Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea tappella lill-kumpaniji tan-netwerking soċjali biex itejbu l-politiki tal-ħarsien tat-tfal

European Commission - IP/10/144   09/02/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO



IP/10/144

Strasburgu, id-9 ta' Frar 2010

Il-Kummissjoni Ewropea tappella lill-kumpaniji tan-netwerking soċjali biex itejbu l-politiki tal-ħarsien tat-tfal

Skont studju mill-UE, 50% tal-adolexxenti Ewropej żvelaw xi informazzjoni personali fuq l-internet - informazzjoni li tista' tibqa' onlajn għal dejjem u li jista' jara kulħadd. Illum, il-Jum għal Internet Iktar Sikur, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tgħaddi messaġġ lill-adolexxenti: "Aħseb qabel ma' ttella' fuq l-internet!" Il-Kummissjoni laqgħet tajjeb l-azzjonijiet meħuda s-sena l-oħra minn 20 kumpanija li ffirmaw il-Prinċipji ta’ Netwerking Soċjali aktar Sikur ( IP/09/232 ) għall-ħarsien tat-tfal li jużaw il-websajts tan-netwerking soċjali. Il-biċċa l–kbira ta' dawn il-kumpaniji ppermettew lill-minuri jindirizzaw il-perikli li jinsabu onlajn billi għamluha eħfef biex wieħed jibdel is-settings tal-privatezza, jibblokka utenti jew iħassar kummenti u kontenut li ma jkunx irid. Madankollu, il-Kummissjoni qalet li fadal x'isir għall-ħarsien tat-tfal onlajn. Inqas minn nofs il-kumpaniji tan-netwerking soċjali (40%) jieħdu ħsieb li l-profili tal-utenti taħt it-18-il sena jkunu awtomatikament viżibbli biss għall-sħabhom u terz biss irrispondew ir-rapporti tal-utenti li talbu għall-għajnuna.

"Jekk irridu li t-tfal jirriflettu qabel ma jibagħtu, il-kumpaniji tan-netwerking soċjali għandhom jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa u jużaw il-lingwaġġ adattat. Is-sena l-oħra l-Kummissjoni Ewropea ħeġġet lill-kumpaniji biex jieħdu azzjoni, u ninsab kuntenta li ħafna minnhom taw kas din is-sejħa, " qalet il-Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja, Viviane Reding. "Madankollu nistenna lill-kumpaniji kollha jagħmlu aktar. Il-profili tal-minuri jeħtiġilhom ikunu ssettjati awtomatikament bħala privati u mistoqsijiet jew rapporti ta' abbuż għandhom jirċievu tweġibiet xierqa u bla dewmien. L-internet issa sar vitali għat-tfal tagħna u hija r-responsabbiltà ta' kulħadd li nagħmluh sikur."

Fil-Jum għal Internet Iktar Sikur tas-sena l-oħra, il-kumpaniji tan-netwerking soċjali għarfu l-ħtieġa li l-utenti ż-żgħar - u l-ġenituri tagħhom – jħossuhom sikuri meta jissoċjalizzaw onlajn u ffirmaw il-Prinċipji ta’ Netwerking Soċjali aktar Sikur. Dawn ħarġu minn diskussjonijiet organizzati mill-Kummissjoni Ewropea f'April 2008 mas-siti tan-netwerking soċjali, l-NGOs u r-riċerkaturi. 18-il kumpanija ffirmaw il-Prinċipji ta’ Netwerking Soċjali aktar Sikur fi Frar 2009 u tnejn oħra ngħaqdu magħhom f'Ġunju 2009.

Sena wara, il-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Prinċipji f'25 sit ġestit mill-firmatarji - Arto, Bebo, Dailymotion, Facebook, Giovani.it, YouTube, Hyves, Windows Live, Xb oxlive, Myspace, Nasza-klaza.pl, Netlog, One.lt, Piczo, Rate.ee, Skyrock, SchülerVZ StudiVZ MeinVZ, Habbo, IRC Galleria, Tuenti, Yahoo!Answers, Flickr, u Zap.lu.

Ir-riżultati juru li 19 minn 23 sit jipprovdu ħjiel dwar is-sikurezza kif ukoll informazzjoni li huma speċifikament indirizzati lit-tfal u/jew adolexxenti (din il-miżura ma tapplikax għal żewġ servizzi). F' 14-il sit din l- informazzjoni tista' tinstab faċilment u hija wkoll faċli biex tinftiehem: YouTube, Habbo Hotel, Hyves, IRC Galleria, MySpace, nasza-klasa, Netlog, One, Rate, SchülerVZ, Skyrock, Yahoo!Answers, Yahoo!Flickr, Zap.

Ir-rapport juri wkoll li l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji jippermettu lill-minuri jindirizzaw il-perikli potenzjali onlajn u jadottaw approċċ sikur lejn il-privatezza billi:

  • Jagħmluha faċli għall-utenti biex jibblokkaw utenti oħra u jneħħu kummenti mil-profili tagħhom;

  • Jagħmluha faċli li wieħed jibdel il-parametri tal-privatezza ħalli l-utenti jkunu jistgħu jagħżlu jekk il-kontenut li jtellgħu fuq l-internet ikunx viżibbli għal sħabhom biss inkella għad-dinja kollha;

  • Iħallu lill-utenti jagħżlu jekk jurux li qegħdin onlajn jew le (wiri li jippermetti lil utenti oħrajn jaraw min hu onlajn u min mhuwiex).

Madankollu, kien hemm implimentazzjoni anqas sistematika ta' miżuri oħra daqs tant ieħor importanti, imfassla sabiex jipproteġu l-privatezza:

  • 40% tas-siti tan-netwerking soċjali evalwati jieħdu ħsieb li l-informazzjoni personali tal-minuri tkun awtomatikament viżibbli biss għall-sħabhom . Dawn is-siti jinkludu: SchülerVZ, Facebook, Tuenti, Giovani, Flickr, Yahoo Answers, One, Habbo, Windows Live u MySpace;

  • Huma biss 11 minn 22 li jagħmluha impossibbli li l-profili privati ta' minuri jkunu jistgħu jinstabu permezz ta' magni tat-tiftix u dawn jinkludu lil: Arto, Bebo, Facebook, YouTube, MySpace, Piczo, SchülerVZ, Windows Live, Yahoo! Answers, Yahoo!Flickr u Zap;

  • Filwaqt li 19-il sit minn 25 għandhom link disponibbli għar-rapporti l-ħin kollu, disgħa biss (minn 22) irrispondew l-ilmenti mressqa matul l-evalwazzjoni u fosthom hemm: Arto, Dailymotion, YouTube, Habbo Hotel, Hyves, IRC Galleria, MySpace, Rate, Windows Live. Għalhekk hemm ħtieġa urġenti li s-servizzi jitjiebu ħalli jirrispondu lir- rapporti tal-utenti li jitolbu għall-għajnuna .

Sfond:

Il-Prinċipji ta’ Netwerking Soċjali aktar Sikur għall-UE ġew iffirmati fl-10 ta' Frar 2009 minn 18-il fornitur ewlieni tas-servizzi tan-netwerking soċjali attivi fl-Ewropa u żewġ firmatarji oħra ngħaqdu magħhom f'Ġunju 2009 ( IP/09/232 , MEMO/09/58 ). Sa Ġunju 2009, il-firmatarji kollha, minbarra Giovani.it, kienu taw id-dikjarazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni. Ir-rapport ta' evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Prinċipji tan-Netwerking Soċjali aktar Sikur imressqa llum huwa bbażat fuq analiżi tad-dikjarazzjonijiet tal-kumpaniji u l-ittestjar reali tas-siti rispettivi mill-aħħar ta' Ottubru sal-bidu ta' Novembru 2009.

Il-Jum g ħal Internet Iktar Sikur huwa appoġġjat mill- Programm ta’ Internet aktar Sikur tal-Kummissjoni Ewropea u ilu jiġi organizzat kull sena mill- INSAFE mill-2004, b'attivitajiet f'aktar minn 60 pajjiż fl-Ewropa u madwar id-dinja.

Ir-riżultati tar-rapport ser jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni u diskussi fl-attività tal-lum tal-Jum g ħal Internet Iktar Sikur organizzat mill-Parlament Ewropew fi Strażburgu, bl-appoġġ tas-Sinjura Roberta Angellilli, Viċi President tal-Parlament Ewropew.

Ġabra għall-istampa tinsab fi:

http://ec.europa.eu/information_society/newsroom/cf/itemdetail.cfm?item_id=5565

Filmat dwar il-Jum għal Internet Iktar Sikur:

Videoclip sulla giornata Safer Internet:

http://www.saferinternet.org/web/guest/safer-internet-day

http://www.youtube.com/user/eutube?blend=1&ob=4&rclk=cti#p/a/u/2/EhMV609a2Jo

Annex

List of signatories of the Safer Social Networking Principles

Arto, Bebo, Dailymotion, Facebook, Giovani.it, Google, Hyves, Microsoft Europe, Myspace, Nasza-klaza.pl, Netlog, One.lt, Piczo, Skyrock, VZnet Netzwerk Ltd., Sulake, Yahoo!Europe, and Zap.lu. In June 2009, two more signatories joined: Ratee and Tuenti.

Safer Internet Day around Europe and worldwide

The INSAFE network of awareness centres launches a video and a quiz competition on the topic " Think before you post! " This year’s edition includes events in more than 60 countries in Europe and worldwide, including:

- The Swedish Media Council organises a conference "Digital tourists", where participating adults – the tourists – will learn what children – the digital natives – do online.

For the full calendar of events see http://www.saferinternet.org


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website