Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/10/142

Brussell, it-8 ta' Frar 2010

Ġie magħżul logo ġdid għall-prodotti organiċi kollha tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea llum ħabbret uffiċjalment ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni għal-logo organiku tal-UE. Matul dawn l-aħħar xahrejn, madwar 130 000 persuna vvutaw onlajn biex jagħżlu s-simbolu organiku l-ġdid minn tliet finalisti . Id-disinn rebbieħ huwa ta’ Dusan Milenkovic, student mill-Ġermanja, li kiseb 63% tal-voti kollha għal-logo tiegħu "Euro-leaf". Mill-1 ta’ Lulju 2010, il-logo organiku tal-UE se jkun obbligatorju għall-prodotti organiċi kollha imballati minn qabel li ġew prodotti fi kwalunkwe Stat Membru tal-UE u li jilħqu l-istandards meħtieġa. Mhux se jkun obbligatorju għall-prodotti importati . Logos oħra privati, reġjonali jew nazzjonali se jkunu jistgħu jidhru fejn it-tikketta tal-UE . Ir-regolament tal-biedja organika se jiġi emendat fil-ġimgħat li ġejjin biex jintroduċi l-logo l-ġdid f’wieħed mill-annessi tiegħu .

Mariann Fischer Boel, il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali li kienet l-ewwel waħda li pproponiet il-kompetizzjoni għall-għażla tal-logo, qalet, "Ninsab kuntenta li issa għandna logo ġdid tal-ikel organiku tal-UE . Dan l-eżerċizzju għolla l-profil tal-ikel organiku u issa għandna logo li kulħadd se jkun jista’ jidentifika miegħu . Huwa disinn sabiħ u eleganti u ninsab ħerqana sabiex nixtri prodotti b'dan il-logo minn Lulju ta' din is-sena ."

Il-logo rebbieħ kien ir-riżultat ta’ kompetizzjoni pan-Ewropea miftuħa għall-istudenti tal-arti u d-disinn . Intbagħtu madwar 3 500 disinn tal-logo li ġew analizzati minn ġurija magħrufa internazzjonalment. L-aħjar tliet logos ittellgħu fuq is-sit tal-internet tal-kompetizzjoni www.ec.europa.eu/organic-logo u kienu suġġetti għal vot onlajn li ntemm fil-31 ta’ Jannar 2010.

Id-disinn "Euro-leaf" juri l-istilel tal-UE f’forma ta’ werqa fuq sfond aħdar . Huwa sinjal mingħajr ambigwità li fih żewġ messaġġi ċari : In-natura u l-Ewropa.

Ir-rebbieħ flimkien mar-rebbieħa tat-tieni u t-tielet premju se jiġu onorati mid-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea waqt ċerimonja uffiċjali tal-għoti tal-premjijiet li se ssir fi Brussell f’Lulju 2010 . It-tliet rebbieħa se jirċievu premjijiet ta’ €6 000, €3 500 u €2 500 .

Anness : il-logo magħżul

Id-disinn li rebaħ il-kompetizzjoni tal-logo organiku




Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website