IP/10/1377
Brussell, is-26 ta' Ottubru 2010
Arranġamenti flessibbli fix-xogħol jgħinu kemm lil min iħaddem kif ukoll lill-impjegat, jgħid studju ġdid tal-Kummissjoni Ewropea
Studju tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikat illum sab li min iħaddem u l-ħaddiema jibbenefikaw minn arranġamenti flessibbli fil-ħin tax-xogħol. Ir-rapport mill-grupp ta' esperti jasal hekk kif il-ministri għall-ugwaljanza bejn is-sessi inġabru fi Brussell għal laqgħa informali biex jiddiskutu l-istrateġija l-ġdida għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 (IP/10/1149, MEMO/10/430).
"Arranġamenti flessibbli fil-ħin tax-xogħol flessibbli, faċilitajiet tal-ħarsien tat-tfal u ta' dipendenti oħra, u intitolamenti ta' liv aktarx iwasslu għal rati ogħla ta' impjegament kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel u iktar rati ta' twelid sostenibbli," qalet il-Viċi Viċi-President Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza. "Fi żmien ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, arranġamenti flessibbli fil-ħin tax-xogħol jistgħu jgħinu lin-nies jibqgħu f'xogħolhom. Jeħtieġ li nkomplu bil-progress li sar fl-istrutturi tas-suq tax-xogħol favorevoli għall-familja. Kemm il-flessibilità fl-arranġamenti fil-ħin tax-xogħol kif ukoll l-ugwaljanza bejn is-sessi huma prekondizzjonijiet importanti għall-irpiljar tal-ekonomija.
Ir-rapport mill-grupp ta' esperti dwar l-"Arranġamenti flessibbli fil-ħin tax-xogħol u ugwaljanza bejn is-sessi" jipprovdi ħarsa komprensiva lejn il-prattiċi kurrenti fis-27 pajjiż tal-UE u fil-pajjiżi ŻEE-EFTA (Islanda, Norveġja, Liechtenstein u Svizzera). Dan jiffoka fuq il-flessibilità interna (fil-kumpanniji u fl-organizzazzjonijiet), kemm f'termini ta' tul tal-ħin tax-xogħol (pereżempju l-part-time) u l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (pereżempju arranġamenti flessibbli tal-ħin tax-xogħol jew sigħat irranġati u flessibilità fil-bidu u t-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol). Il-konklużjonijiet prinċipali tar-rapport huma:
1. Għad hemm differenzi kbar ħafna bejn l-Istati Membri rigward il-flessibilità fil-ħin tax-xogħol.
Flessibilità fit-tul tal-ħin tax-xogħol hi iktar mifuxa fl-Ewropa tat-tramuntana u tal-punent, filwaqt li fl-Ungerija, fil-Litwanja, fir-Repubblik Ċeka, fl-Estonja, fil-Bulgarija, fis-Slovakkja u fir-Rumanija tiddomina t-tradizzjoni tal-40 siegħa xogħol.
Id-Danimarka, l-Isvezja, il-Ġermanja, il-Finlandja u n-Norveġja jikklassifikaw relattivament 'il fuq fl-organizzazzjoni flessibbli bi ftit iktar minn nofs l-impjegati kollha jużaw xi tip ta' flessibilità fis-sigħat ta' xogħolhom.
2. Flessibilità miżjuda fil-ħin tax-xogħol mhix dejjem tajba għall-ugwaljanza bejn is-sessi:
Iktar sigħat ta' xogħol individwalizzati għandhom effet pożittiv fuq ir-rati ta' impjegament femminili u jistgħu jgħinu lill-impjegati joħolqu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali, iżda x-xogħol part-time (iddominat min-nisa) għadu kkonċentrat fis-setturi bi qliegħ baxx u b'opportunitajiet fil-karriera u fit-taħriġ limitati fil-maġġoranza tal-pajjiżi.
Kultura organizzattiva għandha rwol importanti wkoll. Sakemm il-flessibilità hi kkunsidrata mod "femminili" ta' kif jiġi organizzat il-ħin tax-xogħol, skedi ta' ħin tax-xogħol flessibbli għandhom aktar ċans li jikkonfermaw id-differenzi bejn is-sessi milli jbiddluhom.
3. Żviluppi riċenti fil-politika juru li l-flessibilità fil-ħin tax-xogħol qiegħda fl-aġenda politika f'diversi pajjiżi, għalkemm il-kwistjonijiet speċifiċi jistgħu jvarjaw.
Xi pajjiżi (bħar-Repubblika Ċeka u l-Litwanja) jiffukaw fuq il-flessibilità bħala strument li jżid ir-rata tal-impjieg (kemm fl-individwi kif ukoll fis-sigħat).
Ix-xogħol part-time qiegħed jintuża iktar biex jippromwovi x-xjuħija attiva. B'mod partikolari fil-pajjiżi Nordiċi, ix-xogħol part-time involontarju huwa kwistjoni importanti li twassal għal miżuri mill-politiki li jippruvaw joħolqu bilanċ ġdid bejn il-flessibilità u s-sigurtà.
Il-ġbir tas-sigħat ta' xogħol u n-numru ta' sigħat f'sena huma wkoll parti mill-aġenda politika kurrenti (fil-Finlandja, fil-Ġermanja u fil-Lussemburgu). F'xi pajjiżi l-iskedi ta' ħin ta' xogħol flessibbli huma konnessi (bħal fil-Polonja u fil-Portugall) mad-dibattitu dwar it-tnaqqis possibbli fis-sahra.
Il-kriżi finanzjarja u ekonomika kurrenti ħalliet effett ċar u llum il-ġurnata l-flessibilità qiegħda titqies bħala strument importanti għall-politika biex tgħin lill-impjegati jadattaw għaċ-cirkostanzi ekonomiċi kurrenti. Fid-dibattitu kurrenti, madankollu, id-dimensjoni tal-ġeneru ma tidhirx b'mod promenenti.
Sfond
Fit-3 ta' Marzu tal-2010, il-Kummissjoni Ewropea niedet l-ewwel pass lejn reviżjoni tar-regoli eżistenti tal-UE dwar il-ħin tax-xogħol, b'konsultazzjoni fl-ewwel stadju tal-imsieħba soċjali Ewropej (IP/10/345). Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’qasir żmien ir-rapport mill-grupp ta' esperti dwar l-impatt soċjali u ekonomiku tar-regoli dwar il-ħin tax-xogħol fil-kuntest ta' din ir-reviżjoni.
Ir-rapport tal-lum huwa t-tielet f'sensiela ta' rapporti ta' reviżjoni komparattiva dwar kwistjonijiet ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, li inkluda wkoll "rikonċiljazzjoni tax-xogħol u tal-ħajja privata" (2005); "il-provvediment ta' servizzi għall-kura tat-tfal" (2009).
Informazzjoni ulterjuri
Rapport: "Arranġamenti flessibbli fil-ħin tax-xogħol u ugwaljanza bejn is-sessi – Reviżjoni komparattiva ta' 30 pajjiż Ewropew"
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=418&langId=en&furtherPubs=yes
Laqgħa informali tal-ministri responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi
http://www.eutrio.be/informal-meeting-ministers-gender-equality
ANNEX
Summary of countries regarding flexibility in the length of working hours
Below EU27 average | Around EU27 average | Above EU27 average | |
Part-time work | Portugal, Poland, Slovenia, Greece, Czech Republic, Lithuania, Cyprus, Latvia, Hungary, Slovakia, Bulgaria, Romania | Luxembourg, Denmark, Iceland, France, Italy, Ireland, Malta, Spain, Finland, Estonia | Netherlands, Germany, Norway, Belgium, Austria United Kingdom, Sweden |
Working overtime | Luxembourg, Cyprus, Malta, Portugal, Hungary, Poland, Lithuania, Norway, Spain, Romania, Denmark, Greece, Bulgaria | Sweden, Latvia, Slovenia, Belgium, Germany, Ireland, Italy, Finland. Slovakia, Estonia | Iceland, United Kingdom, Austria, Netherlands, Czech Republic |
Working long hours | Italy, Denmark, Portugal, Cyprus, Malta, Hungary, Germany, Ireland, Belgium, Finland, Norway, Lithuania, Sweden, Netherlands, Luxembourg | Slovakia, Spain, France, Slovenia, Estonia | Iceland, United Kingdom, Greece, Poland, Austria, Bulgaria, Romania, Latvia, Czech Republic |
This table summarises the countries in regard to the three indicators of flexibility in the length of working hours. There does not appear to be a clear pattern regarding the flexibility in the length of working hours in terms of these indicators. The most flexible countries seem to be Austria and the United Kingdom, which have a high ranking on all three indicators. At the other end, four countries appear to be the least flexible and score low on all three indicators: Portugal, Lithuania, Cyprus and Hungary.
Share of part-time workers in total employment (persons aged 15 and over) in EU Member States - 2009
Source: Eurostat, Labour Force Survey (LFS), annual averages.
Involuntary part-time work and total part-time employment rate, 2007
Source: Eurostat, EU Labour force survey 2007
Share of employees working overtime, by gender 2004
Source: Eurostat, EU Labour force survey, ad hoc module 2004 (no data available for France and Liechtenstein)
Share of employees working long hours (48 or more), by gender, 2007
Source: Eurostat, EU Labour force survey 2007 (no data available for Liechtenstein)
Working time schedules of men and women employees, 2004
Left bar: male employees, right bar: female employees - Source: Eurostat, EU Labour force survey, ad hoc module 2004 (no data available for Liechtenstein)