Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/10/1315

Brussell, it-12 ta' Ottubru 2010

It-tibdil fil-klima: L-Unjoni Ewropea laħqet aktar tnaqqis fl-emissjonijiet mill-miri li impenjat ruħha għalihom.

L-Unjoni Ewropea tinsab aktar 'l quddiem skont l-iskeda tal-impenn tagħha biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2012. Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni juri li l-25 Stat Membru b'miri għat-tnaqqis fl-emissjonijiet skont il-Protokoll ta' Kjoto se jilħqu l-impenji tagħhom.

Connie Hedegaard, il-Kummissarju Ewropew għall-Azzjoni dwar il-Klima qalet: "L-Unjoni Ewropea mhux biss iffirmat il-Protokoll ta' Kjoto, aħna mhux biss impenjajna ruħna skont Kjoto. Il-fatti jindikaw li d-dinja tista' toqgħod fuq l-Unjoni Ewropea; dak li nimpenjaw ruħna li se nwettqu, nagħmluh F'dan il-każ, verament resqin lejn pożizzjoni iżjed avvanzata milli mmirajna".

L-impenji ta' Kjoto

Skont il-Protokoll ta’ Kjoto, il-15 il-pajjiż li kienu Stati Membri tal-UE meta ntlaħaq ftehim dwar il-Protokoll huma mpenjati li jnaqqsu l-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tagħhom fil-perjodu 2008-2012 għal medja ta' 8 % taħt il-livelli ta’ sena bażi magħżula (l-1990 fil-parti l-kbira tal-każi). Dan l-impenn kollettiv jidher f’miri nazzjonali diversifikati għat-tnaqqis fl-emissjonijiet għal kull Stat Membru tal-UE-15, miri li huma vinkolanti skont il-liġi tal-UE.

Ma hemm l-ebda mira kollettiva għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-UE-27. Għaxra mit-tnax-il Stat Membru li daħlu fl-UE fl-2004 u l-2007 għandhom impenji individwali skont il-Protokoll li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b’6 % jew 8 % taħt il-livelli tas-sena bażi sal-2008-2012. Ċipru u Malta biss ma għandhomx mira għat-tnaqqis fl-emissjonijiet.

L-emissjonijiet sal-lum

Kif tħabbar f’Ġunju (ara IP/10/659), l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE-15 fl-2008 – l-aħħar sena li għaliha hemm disponibbli d-dejta sħiħa – kienu 6.9 % anqas mill-livelli tas-sena bażi, għalkemm l-ekonomija tal-UE-15 kibret b'madwar 45 % matul l-istess perjodu. Għall-UE-27 kollha flimkien, l-emissjonijiet naqsu b’14.3 % bejn is-sena bażi u l-2008.

F'rapport separat, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent b'mod proviżżorji qed tistma li fl-2009 kien hemm tnaqqis qawwi fl-emissjonijiet minħabba s-sitwazzjoni ekonomika. Fl-2009 l-emissjonijiet tal-UE-15 kienu stmati għal 12.9 % taħt il-livelli tas-sena bażi tagħhom, waqt li l-emissjonijiet tal-UE-27 kienu stmati għal 17.3 % inqas minn dawk tal-1990.

It-tbassir għall-UE-15 u l-UE-27

Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress1 jindika li fir-rigward tal-UE-15, l-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra se jkunu f'medja ta' madwar 14.2 % inqas mil-livelli tas-sena bażi għall-perjodu ta' impenn 2008-2012, jekk l-Istati Membri jkomplu l-pjanijiet tagħhom biex jixtru krediti internazzjonali ta' emissjonijiet u biex iwettqu attivitajiet ta' afforestazzjoni jew forestazzjoni mill-ġdid.

Il-politiki u miżuri eżistenti – jiġifieri dawk diġà implimentati – huma mistennija li jilħqu tnaqqis fl-emissjonijiet ta' 10.4 % inqas mil-livelli tas-sena bażi. Barra minn hekk, il-pjanijiet ta' 10 mill-Istati Membri tal-UE-15 biex jixtru krediti ta' emissjonijiet skont il-mekkaniżmi bbażati fuq is-suq ta' Kjoto, għandhom iwasslu għal tnaqqis ta' 2.7 % aktar, meta wieħed iqis it-tnaqqis globali ta' madwar 13.2 %2. L-attivitajiet ippjanati ta’ afforestazzjoni u forestazzjoni mill-ġdid, li joħolqu “bjar” bijoloġiċi li jassorbu d-dijossidu tal-karbonju mill-atmosfera, għandhom jikkontribwixxu għal tnaqqis addizzjonali ta’ 1.0 %.

Għall-UE-27, l-10 Stati Membri kollha tal-UE-12 li għandhom mira tal-Kjoto aktarx li se jilħqu jew jaqbżu l-impenji tagħhom ta' Kjoto li jnaqqsu b'6 jew bi 8 % mil-livelli tas-sena bażi.

It-tbassir ippreżentat fir-rapport juri l-effett kumulattiv tar-riċessjoni ekonomika fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Differenżi mir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Ir-rapprot tal-Kummissjoni huwa kemxejn differenti fl-approċċ tiegħu mir-rapport ippubblikat illum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, li jivvaluta l-progress li għamlet l-UE lejn l-impenji ta' Kjoto. Waqt li r-rapport tal-Kummissjoni jqis l-emissjonijiet veri u t-tbassir sat-tmiem il-perjodu ta' impenn 2008-2012, l-analiżi fil-livell tal-Istat Membru mogħtija miż-ŻEE hija bbażata fuq emissjonijiet veri għall-2008 biss. Iż-żewġ rapporti għandhom jinqraw fid-dawl ta' dawk l-assunzjonijiet differenti sabiex jinfthemu d-differenzi fil-valutazzjoni ppreżentata f'kull wieħed minnhom.

Aktar tagħrif:

Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress jinsab fuq is-sit tal-internet:

http://ec.europa.eu/environment/climat/gge_progress.htm

Il-paġna ewlenija tat-tibdil fil-klima tad-DĠ Ambjent hija:

http://ec.europa.eu/environment/climat/home_en.htm

Stqarrija għall-istampa tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent:

http://www.eea.europa.eu/pressroom

Tbassir tal-emissjonijiet tal-UE-27 għas-setturi li mhumiex fl-ETS espressi bħala medja annwali għall-perjodu 2008-2012

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

1 :

Progress towards achieving the Kyoto objectives. Rapport mill-Kummissjoni. COM(2010) 569

2 :

Ċifri mqarrba għall-eqreb żero


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website