Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissarju Piebalgs jipproponi żieda ta' 10% fil-finanzjament għall-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja (GFATM)

European Commission - IP/10/1285   04/10/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/1285

Brussell, l-4 ta' Ottubru 2010

Il-Kummissarju Piebalgs jipproponi żieda ta' 10% fil-finanzjament għall-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja (GFATM)

Għada, il-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp Andris Piebalgs ser jipparteċipa fit-Tielet Konferenza dwar ir-Riforniment Volontarju tal-Fond Globali għall-ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja li ser issir fi New York. Ġimgħatejn wara l-Laqgħa Plenarja ta' Livell Għoli tan-NU dwar l-Għanijiet Millenarji għall-Iżvilupp (MDGs) il-Fond Globali qed isejjaħ għal riforniment tar-riżorsi tiegħu għas-snin 2011 - 2013. Jekk approvata, il-kontribuzzjoni tal-UE għall-Fond Globali tista' tiżdied b'mill-inqas 10% għall-2011 – 2013, u tilħaq it-€330 miljun.Qabel il-konferenza l-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp Andris Piebalgs qal: "Ġimgħatejn ilu, waqt is-Summit dwar l-MDGs tan-NU, id-dinja impenjat ruħha li ddawwar il-"Miri" għall-Iżvilupp tal-Millennju f'"Realtajiet". Illum nistgħu nbiddlu l-impenji tagħna f'azzjonijiet. Billi noħolqu iktar tkabbir u tkabbir inklussiv fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex nilħqu l-MDGs, sempliċiment ma jistax jintlaħaq mingħajr popolazzjoni b'saħħitha. L-UE ser tkompli tappoġġa lill-Fond Globali fil-ġlieda kontra dan il-mard qerriedi."

Matul il-konferenza, il-Kummissarju Piebalgs ser iħabbar l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li żżid il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha għall-Fond Globali. Il-proposta hija soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet baġitarji tal-UE u tal-Grupp tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP). Preżentement il-Kummissjoni tikkontribwixxi €100 miljun fis-sena għall-perjodu 2008 2010.

Il-Kummissjoni Ewropea hija membru fundatur tal-Fond Globali. Ilha mill-2002 tipprovdi appoġġ politiku u finanzjarju qawwi. Mill-2002 sal-2010, il-Kummissjoni Ewropea kkontribwixxiet total ta' €972.5 miljun, li jagħmilha l-ħames l-ikbar donatur għall-fond (wara l-Istati Uniti tal-Amerika, Franza, l-Italja u l-Ġappun) Matul l-istess perjodu, l-Unjoni Ewropea kkontribwixxiet iktar minn $9 biljun jew 52% tar-riżorsi tal-GFATM.

Fl-10 ta' Mejju 2010 l-UE adottat ukoll konklużjonijiet dwar ir-rwol tagħha fis-saħħa globali, biex tippromwovi viżjoni b'saħħita tal-UE, vuċi waħda u azzjoni fil-qasam tas-saħħa globali, u biex tappoġġa sorsi innovattivi ta' finanzjar għas-settur tas-saħħa biex tavvanza lejn il-kisba tal-MDGs relatati mas-saħħa.

Sfond

Il-GFATM huma mekkaniżmu globali ta' finanzjament stabbilit fl-2001 bħala parti mir-rispons internazzjonali għall-emerġenza dinjija kkawżata minn tliet mardiet li jittieħdu. Mill-2002 sal-2009, il-Fond Globali impenja $19.3 biljun għal 572 għotja f'144 pajjiż u żborsa $10.3 biljun lil riċevituri tal-għotjiet (53%). Huwa poġġa 2.5 miljun persuna fuq it-trattament kontra l-HIV/AIDS u 6 miljun persuna fuq trattament kontra t-tuberkolożi, u qassam 104 miljun xibka tas-sodod trattati bl-insettiċidi għall-prevenzjoni tal-malarja.

Aktar informazzjoni:

Il-websajt tad-DĠ għall-Iżvilupp dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, TB u l-Malarja:

http://ec.europa.eu/development/policies/9interventionareas/humandev/humandevhealth3_en.cfm

Il-websajt tal-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/piebalgs/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website