Navigation path

Left navigation

Additional tools

Other available languages: EN FR DE

IP/10/1238

Brussell, it-30 ta’ Settembru 2010

Affarijiet soċjali: il-Kummissjoni Ewropea tagħlaq il-każ kontra Malta dwar il-liv tal-ġenituri

Il-Kummissjoni Ewropea llum għalqet il-proċeduri legali kontra Malta talli ma implimentatx tajjeb ir-regoli tal-UE dwar il-liv tal-ġenituri (Direttiva 96/34/EC) Il-każ ingħalaq wara li Malta ħadet passi biex iġġib il-liġi nazzjonali tagħha konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva wara l-azzjoni ta' ksur min-naħa tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni nediet proċeduri ta' ksur kontra Malta f'Marzu 2007 minħabba traspożizzjoni ineżatta tad-Direttiva 96/34/KE Id-Direttiva timplimenta ftehim ta' qafas dwar il-liv tal-ġenituri konkluż mill-organizzazzjonijiet Ewropej tat-trade unions u ta' min iħaddem, UNICE, CEEP u ETUC.

Malta kkoreġiet il-problema billi adottat liġi ġdida. Il-Kummissjoni għalqet il-każ wara li kkonkludiet li bil-liġi l-ġdida l-leġiżlazzjoni Maltija tiġi konformi mad-Direttiva.

Għal aktar tagħrif dwar il-proċess ta' ksur, ara MEMO/10/457.

Sfond

Id-Direttiva 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 - li tagħti effett legali lill-ewwel ftehim bejn il-partijiet soċjali f'livell Ewropew li jmur lura għall-1995 - tipprovdi għad-dritt individwali tal-ħaddiema, irġiel u nisa, għal-liv tal-ġenituri ta' mill-anqas tliet xhur wara t-twelid jew l-adozzjoni ta' wild. Dan id-dritt għandu, fil-prinċipju, jingħata fuq bażi mhux trasferibbli, għalkemm ħafna Stati Membri ippermettew li l-intitolamenti ta' liv tal-ġenituri jiġu trasferiti minn ġenitur għall-ieħor, li fil-prattika wasslet biex l-ommijiet jieħdu liv tal-ġenituri itwal mill-missirijiet.

Id-Direttiva tiżgura wkoll li l-ħaddiema jitħarsu mill-periklu tat-tkeċċija jekk jieħdu l-liv tal-ġenituri, id-dritt li jirritornaw fl-istess impjieg jew wieħed ekwivalenti u ż-żamma tad-drittijiet tal-impjieg matul il-liv tal-ġenituri. Hija tistipula l-kundizzjonijiet ta' aċċess u l-modalitajiet ta' kif jiġi applikat il-liv tal-ġenituri li jistgħu jiġu determinati mill-Istati Membru u/jew mill-partijiet soċjali f'livell nazzjonali.

Fl-aħħar nett id-Direttiva tipprovdi għad-dritt tal-ħaddiema li jieħdu ħin frank mix-xogħol f'każ ta' raġunijiet familjari urġenti jew inkella minħabba mard jew inċidenti. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu għal kemm jista' jittieħed liv fis-sena u/jew skont il-każ.

Wara li l-partijiet soċjali Ewropej irrevedew il-ftehim tagħhom tal-1995 (IP/09/948), ġiet adottata d-Direttiva l-ġdida 2010/18/UE fit-8 ta' Marzu 2010. Din se tieħu post id-Direttiva 96/34/KE. L-Istati Membri kollha għandhom jittrasponu d-direttiva l-ġdida sat-8 ta' Marzu 2012.

Aktar tagħrif

Leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ugwaljanza tas-sessi

http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=420&langId=mt

Inkiteb bla ħlas fin-newsletter bl-email tal-Kummissjoni dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs

http://ec.europa.eu/social/e-newsletter

Il-paġna ewlenija fuq l-internet tal-Viċi-President Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website