Navigation path

Left navigation

Additional tools

OPEN DAYS 2010 – Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Ibliet (4-7 ta' Ottubru): lejn l-Ewropa 2020

European Commission - IP/10/1236   30/09/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/1236

Brussell, it-30 ta' Settembru 2010

OPEN DAYS 2010 – Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Ibliet (4-7 ta' Ottubru): lejn l-Ewropa 2020

It-tmien organizzazzjoni tal-ĠRANET GĦALL-PUBBLIKU – Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Ibliet, se tiftaħ fl-4 ta' Ottubru fi Brussell. F'dan l-avveniment ta' erbat ijiem, organizzat ta' kull sena mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kumitat tar-Reġjuni tal-UE, se jkunu qed jieħdu sehem ’il fuq minn 6,000 rappreżentant reġjonali u lokali. Taħt l-intestatura "L-Ewropa 2020: kompetittività, kooperazzjoni u koeżjoni għar-reġjuni kollha", il-ĠRANET GĦALL-PUBBLIKU se jipprovdu forum għall-iskambju tal-ideat dwar ir-rwol tar-reġjuni u l-ibliet Ewropej fit-twassil tal-istrateġija Ewropa 2020. Madwar l-Ewropa se jkunu qed jiġu organizzati wkoll xi 260 attività lokali oħra b'rabta mal-ĠRANET GĦALL-PUBBLIKU, fosthom panel ta' ġurnalisti dwar ir-rwol tal-futbol biex iqarreb komunitajiet mifrudin.

Il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali Johannes Hahn qal: "Il-ĠRANET GĦALL-PUBBLIKU qed jiġi organizzati f'mument importanti. Id-diskussjonijiet dwar il-futur tal-baġit tal-UE, il-futur tal-politika ta' koeżjoni u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 għaddejjin ġmielhom. L-iskambju tal-fehmiet bejn l-entitajiet pubbliċi, l-akkademja u l-komunità tan-negozju waqt il-ĠRANET GĦALL-PUBBLIKU għandu jipprovdilna l-kontribut tajjeb b'mod li naraw liema rwol jista' jkollhom ir-reġjuni u l-ibliet Ewropej biex iwasslu din l-istrateġija. Se jkun daqstant ieħor importanti li naraw kif il-politika ta' koeżjoni tal-UE tista' ssarraf l-ambizzjonijiet tal-Ewropa 2020 f'miżuri prattiċi."

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni (CoR) Mercedes Bresso qalet: "L-istrateġija Ewropa 2020 teħtieġ proposti ta' politika reali, ta' baġit li jirrealizza l-ambizzjonijiet tagħha u ta' politika tar-reġjuni Ewropea f'saħħitha. Li jinkiseb dan huwa l-prijorità ewlenija tagħna. Il-fondi strutturali huma l-aqwa għodda operazzjonali li l-Ewropa għandha biex timplimenta l-politiki tagħha. Biex jinfetħu l-bibien għall-potenzjal li għandha għall-iżvilupp, l-Ewropa teħtieġ tnaqqas il-burokrazija, tevita approċċi minn fuq għal isfel u tistrieħ iktar fuq ir-reġjuni u l-ibliet. Il-ĠRANET GĦALL-PUBBLIKU huma opportunità eċċellenti biex jingħad x'qed nistennew. L-avveniment huwa wkoll vetrina li tesponi d-diversi modi kif ir-reġjuni u l-ibliet jagħmlu l-aġenda ta' politika Ewropea realtà."

Ewropa 2020: kompetittività, kooperazzjoni u koeżjoni għar-reġjuni kollha

Ir-reġjuni huma fuq quddiem f'dik li hi implimentazzjoni tar-riformi u investimenti fl-oqsma ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020: ir-riċerka u l-innovazzjoni; it-taħriġ u l-ħolqien tal-impjiegi; l-edukazzjoni u l-ħiliet; l-enerġija u s-sostenibbiltà. B'aktar minn 240 reġjun u belt imseħbin fil-ĠRANET GĦALL-PUBBLIKU, l-avveniment jipprovdi punt ċentrali fejn tinqasam din il-ġabra prezzjuża ta' esperjenza.

L-interess mis-settur privat ukoll kompla jiżdied minn sena għal sena, b'kumpaniji stabbiliti bħall-Philips, il-Veolia u l-IBM ikomplu jagħtu sehemhom.

Tul il-ġimgħa, se jkun hemm ’il fuq minn 130 seminar miġbura madwar tliet temi:

  • Il-kompetittività (fil-5 ta' Ottubru): l-innovazzjoni, l-iżvilupp reġjonali u t-tkabbir ekonomiku ambjentali;

  • Il-kooperazzjoni (fis-6 ta' Ottubru): il-kooperazzjoni interreġjonali, transkonfinali u makroreġjonali;

  • Il-koeżjoni (fis-7 ta' Ottubru): il-koeżjoni territorjali u soċjali u kif jistgħu jiġu integrati aħjar il-politiki differenti fil-livell lokali u reġjonali.

Il-politika ta' koeżjoni futura fuq l-aġenda

L-iżgurar ta' politika ta' koeżjoni li tirnexxi għal wara l-2013 teħtieġ il-kontribuzzjoni tal-fehmiet mir-reġjuni u l-ibliet. L-avveniment ĠRANET GĦALL-PUBBLIKU se jkun qed isir ftit qabel l-adozzjoni tal-Ħames Rapport ta' Koeżjoni, u lejlet id-dibattitu dwar il-futur tal-baġit tal-UE. Se jkun qed jipprovdi opportunità eċċellenti għal diskussjoni dwar kif jistgħu jinżammu l-punti b'saħħithom tal-politika ta' koeżjoni attwali filwaqt li jitqiesu l-isfidi għall-ġejjieni.

Kwistjoni ewlenija f'dan id-dibattitu hija jekk l-istrateġiji makroreġjonali, bħalma hi l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju, jistgħux isiru qafas importanti għat-twassil tal-politika. L-Ewwel Viċi Prim Ministru Slovakk, Ján Figel, u d-Deputat Ministru għall-Iżvilupp Reġjonali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Bulgaru, Lilyana Pavlova, se jkunu fost il-mexxejja politiċi fil-livell għoli li se jkunu qed jieħdu sehem f'Panel speċjali tal-Ġurnalisti tad-Danubju fil-5 ta' Ottubru.

Il-Meeting Place

Il-ĠRANET GĦALL-PUBBLIKU 2020 se jkunu opportunità biex wieħed jiltaqa' mal-prattikanti lokali u biex jitgħallem iktar dwar proġetti finanzjati mill-UE. Il-'Meeting Place' fil-bini tal-Kumitat tar-Reġjuni se jkun qed jesponi proġetti u programmi reġjonali f'wirja b'aktar minn 50 stand dwar l-'Ekonomija Ħadra' u l-'Kooperazzjoni Territorjali' u li se magħha se jsiru wkoll 36 seminar inkluż wieħed li jinvolvi lill-President. tal-Konferenza Amerikana tas-Sindki, B. Elisabeth Kautz, li se tiffirma ftehim mal-Kumitat tar-Reġjuni fil-5 ta' Ottubru dwar il-kooperazzjoni futura fil-qasam tal-azzjoni dwar il-klima.

Il-ĠRANET GĦALL-PUBBLIKU lokalment: L-Ewropa fir-reġjun tiegħek

Iżda l-ĠRANET GĦALL-PUBBLIKU mhumiex biss dwar Brussell. Bejn Settembru u Novembru, f'35 pajjiż se jsiru madwar 260 avveniment lokali organizzati mir-reġjuni u l-ibliet imsieħba, u dan fid-dawl ta' 'L-Ewropa fir-reġjun tiegħi/L-Ewropa fil-belt tiegħi'. Filwaqt li jiżdied l-għarfien dwar kif l-UE tinvesti fi proġetti li jolqtu l-ħajja ordinarja taċ-ċittadini fl-Ewropa, l-inizjattiva se tkun qiegħda wkoll twassal id-dibattitu dwar il-politika ta' koeżjoni futura lil pubbliku usa'.

Sfond

www.opendays.europa.eu

Editorjali speċjali fuq EURACTIV, Europolitics u Regional Review

Anness:

Media Programme

OPEN DAYS 2010 partner regions and cities

Attivitajiet speċjali oħra ta;-ġimgħa tal-ĠRANET GĦALL-PUBBLIKU jinkludu:

  • ĠRANET GĦALL-PUBBLIKU fl-Università: Wara s-suċċess tal-inawgurazzjoni s-sena l-oħra, l-Università se tkun qed terġa' tipprovdi opportunità biex tisma' fehmiet siewja dwar l-iżvilupp reġjonali mill-akkademiċi ewlenin tul il-ġimgħa.

  • Il-ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar azzjoni għall-klima (fil-5 ta' Ottubru): Attività li tinvolvi l-President tal-Konferenza Amerikana tas-Sindki b. Elisabeth Kautz, il-Kummissarju tal-UE għal Azzjoni dwar il-Klima Connie Hedegaard, u l-President tal-Kumitat tar-Reġjuni, Mercedes Bresso.

  • It-tnedija tal-pjattaforma onlajn ""RegioNetwork 2020" (is-6 ta' Ottubru): Maħsuba biex tippermetti lill-imsieħba jaqsmu informazzjoni u jikkooperaw tul is-sena, din il-komunità virtwali se tkun miftuħa għal rappreżentanti tar-reġjuni u għal dawk kollha b'interess professjonali fil-politika ta' koeżjoni tal-UE.

  • Panel ta' ġurnalisti dwar "Politika ta' koeżjoni li tgħaqqad il-komunitajiet diviżi: l-esperjenza tal-futbol" (fis-6 ta' Ottubru): Il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali Hahn, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni u l-Kultura Vassilliou, u rappreżentant tal-UEFA se jkunu fost il-membri tal-panel f'din l-attività għall-ġurnalisti li se titfa' dawl fuq diversi inizjattivi sportivi sostnuta mill-politika ta' koeżjoni biex jindirizzaw ir-razziżmu u s-settarjaniżmu.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website