IP/10/1180
Brussell, 27 ta' Settembru 2010
Ħamsa u għoxrin Destinazzjoni Ewropea ta' Eċċellenza fit-Turiżmu Akkwatiku
Illum, ħamsa u għoxrin destinazzjoni turistika minn madwar l-Ewropa ingħatat it-titolu ta' ''Destinazzjoni Ewropea 2010 ta' Eċċellenza fit-Turiżmu Akkwatiku" f'ċerimonja Gala tal-Premjijiet fi Brussell. Postijiet attraenti qrib l-ilma fl-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, Ġermanja, Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Lussemburgu, l-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, ir-Rumanija, Spanja, s-Slovenja u t-Turkija rċevew il-premju għad-Destinazzjoni Ewropea ta' Eċċellenza (EDEN) minħabba li mmaniġjaw u ppromwovu l-offerta ta' turiżmu tagħhom b'approċċ innovattiv u b'mod sostenibbli. Għalhekk l-EDEN qed itejjeb il-viżibbiltà ta' destinazzjonijiet emerġenti u inqas magħrufa fl-UE. Barra minn hekk, l-inizjattiva tifrex l-messaġġ ta' prattiċi sostenibbli fit-turiżmu, tippromwovi postijiet li ma tantx ikollhom viżitaturi u b'dan tgħin biex tnaqqas il-konġestjoni ta' destinazzjonijiet b'wisq viżitaturi.
Antonio Tajani, il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Industrija u l-Intraprenditorija qal: "Dawn il-25 post mill-isbaħ isegwu l-miżuri favur l-ambjent li kontinwament jirrispettaw in-natura, b'attenzjoni għall-preservazzjoni tal-eko-sistemi għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Dawn id-destinazzjonijiet turistiċi li l-biċċa l-kbira tagħhom huma qrib il-kosta, il-lagi u x-xmajjar jippromwovu approċċi innovattivi għall-offerta tagħhom fit-turiżmu akkwatiku b'tali mod li mhux biss jippromwovu ambjent aktar kwalitattiv iżda wkoll biex ikampaw mal-problema tal-istaġuni u biex jibbilanċjaw mill-ġdid l-flussi turistiċi lejn destinazzjonijiet mhux tradizzjonali".
Il-postijiet rebbieħa li rċevew it-titolu ta' ''Destinazzjoni Ewropea ta' Eċċellenza fit-Turiżmu Akkwatiku 2010" huma:
Seelentium - ir-reġjun Innviertel ta' Fuq (l-Awstrija)
Il-Lagi Eau d’heure (il-Belġju)
Amministrazzjoni Reġjonali Silistra (Bulgarija)
Nin (il-Kroazja), Kato Pyrgos (Ċipru)
Bystřicko (ir-Repubblika Ċeka), Lag Võrtsjärv (l-Estonja)
Saimaa Holiday (il-Finlandja)
Il-Grand Site du Marais Poitevin (Franza)
Western Pomeranian River District (il-Ġermanja)
Prefecture of Serres (il-Greċja)
Il-Lag Tisza (l-Ungerija)
Ir-reġjun tal-Westfjords (l-Iżlanda),
Loop Head Peninsula f'Co. Clare – Kilkee (l-Irlanda)
Il-Muniċipalità ta' Monte Isola (l-Italja)
Ir-Resort tal-Baħar Jūrmala (il-Latvja)
Ir-Reġjuni ta' Zarasai - Heavenly Shore on Earth (il-Litwanja)
Il-Park Naturali tas-Sûre ta' Fuq (il-Lussemburgu)
L-Isla (Senglea) (Malta)
WaterReijk Weerribben Wieden - Giethoorn & l-artijiet mistagħdra (Il-Pajjiżi l-Baxxi)
Wied Biebrza u l-Artijiet Mistagħdra – Santwarju tal-Fawna Selvaġġa (il-Polonja)
Geoagiu Băi (ir-Rumanija)
Ix-Xmara Kolpa (is-Slovenja)
A Guarda (Spanja)
Il-Lag Bitlis-Nemrut Crater (it-Turkija).
Sa mill-2007 l-EDEN beda jippromwovi mudelli sostenibbli tat-turiżmu madwar l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi kandidati. Il-proġett huwa bbażat fuq kompetizzjonijiet nazzjonali li jsiru ta' kull sena u jirriżulta fl-għażla tad-destinazzjoni turistika ta' eċċellenza għal kull pajjiż parteċipant. Din it-tfittxija għall-eċċellenza Ewropea fit-turiżmu hija żviluppat madwar tema annwali, magħżula mill-Kummissjoni flimkien mal-awtoritajiet rilevanti nazzjonali tat-turiżmu. Sal-lum it-temi ffukaw fuq it-turiżmu rurali (2007), il-wirt lokali intanġibbli (2008), iż-żoni protetti (2009) u t-tema din is-sena ta' turiżmu akkwatiku.
Għal aktar informazzjoni dwar il-proġett EDEN u dawk li rċievu l-premjijiet qabel