Navigation path

Left navigation

Additional tools

Ħamsa u għoxrin Destinazzjoni Ewropea ta' Eċċellenza fit-Turiżmu Akkwatiku

European Commission - IP/10/1180   27/09/2010

Other available languages: EN FR DE ES IT EL CS ET LT LV PL SL RO

IP/10/1180

Brussell, 27 ta' Settembru 2010

Ħamsa u għoxrin Destinazzjoni Ewropea ta' Eċċellenza fit-Turiżmu Akkwatiku

Illum, ħamsa u għoxrin destinazzjoni turistika minn madwar l-Ewropa ingħatat it-titolu ta' ''Destinazzjoni Ewropea 2010 ta' Eċċellenza fit-Turiżmu Akkwatiku" f'ċerimonja Gala tal-Premjijiet fi Brussell. Postijiet attraenti qrib l-ilma fl-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, Ġermanja, Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Lussemburgu, l-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, ir-Rumanija, Spanja, s-Slovenja u t-Turkija rċevew il-premju għad-Destinazzjoni Ewropea ta' Eċċellenza (EDEN) minħabba li mmaniġjaw u ppromwovu l-offerta ta' turiżmu tagħhom b'approċċ innovattiv u b'mod sostenibbli. Għalhekk l-EDEN qed itejjeb il-viżibbiltà ta' destinazzjonijiet emerġenti u inqas magħrufa fl-UE. Barra minn hekk, l-inizjattiva tifrex l-messaġġ ta' prattiċi sostenibbli fit-turiżmu, tippromwovi postijiet li ma tantx ikollhom viżitaturi u b'dan tgħin biex tnaqqas il-konġestjoni ta' destinazzjonijiet b'wisq viżitaturi.

Antonio Tajani, il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Industrija u l-Intraprenditorija qal: "Dawn il-25 post mill-isbaħ isegwu l-miżuri favur l-ambjent li kontinwament jirrispettaw in-natura, b'attenzjoni għall-preservazzjoni tal-eko-sistemi għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Dawn id-destinazzjonijiet turistiċi li l-biċċa l-kbira tagħhom huma qrib il-kosta, il-lagi u x-xmajjar jippromwovu approċċi innovattivi għall-offerta tagħhom fit-turiżmu akkwatiku b'tali mod li mhux biss jippromwovu ambjent aktar kwalitattiv iżda wkoll biex ikampaw mal-problema tal-istaġuni u biex jibbilanċjaw mill-ġdid l-flussi turistiċi lejn destinazzjonijiet mhux tradizzjonali".

Il-postijiet rebbieħa li rċevew it-titolu ta' ''Destinazzjoni Ewropea ta' Eċċellenza fit-Turiżmu Akkwatiku 2010" huma:

  • Seelentium - ir-reġjun Innviertel ta' Fuq (l-Awstrija)

  • Il-Lagi Eau d’heure (il-Belġju)

  • Amministrazzjoni Reġjonali Silistra (Bulgarija)

  • Nin (il-Kroazja), Kato Pyrgos (Ċipru)

  • Bystřicko (ir-Repubblika Ċeka), Lag Võrtsjärv (l-Estonja)

  • Saimaa Holiday (il-Finlandja)

  • Il-Grand Site du Marais Poitevin (Franza)

  • Western Pomeranian River District (il-Ġermanja)

  • Prefecture of Serres (il-Greċja)

  • Il-Lag Tisza (l-Ungerija)

  • Ir-reġjun tal-Westfjords (l-Iżlanda),

  • Loop Head Peninsula f'Co. Clare – Kilkee (l-Irlanda)

  • Il-Muniċipalità ta' Monte Isola (l-Italja)

  • Ir-Resort tal-Baħar Jūrmala (il-Latvja)

  • Ir-Reġjuni ta' Zarasai - Heavenly Shore on Earth (il-Litwanja)

  • Il-Park Naturali tas-Sûre ta' Fuq (il-Lussemburgu)

  • L-Isla (Senglea) (Malta)

  • WaterReijk Weerribben Wieden - Giethoorn & l-artijiet mistagħdra (Il-Pajjiżi l-Baxxi)

  • Wied Biebrza u l-Artijiet Mistagħdra – Santwarju tal-Fawna Selvaġġa (il-Polonja)

  • Geoagiu Băi (ir-Rumanija)

  • Ix-Xmara Kolpa (is-Slovenja)

  • A Guarda (Spanja)

  • Il-Lag Bitlis-Nemrut Crater (it-Turkija).

Sa mill-2007 l-EDEN beda jippromwovi mudelli sostenibbli tat-turiżmu madwar l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi kandidati. Il-proġett huwa bbażat fuq kompetizzjonijiet nazzjonali li jsiru ta' kull sena u jirriżulta fl-għażla tad-destinazzjoni turistika ta' eċċellenza għal kull pajjiż parteċipant. Din it-tfittxija għall-eċċellenza Ewropea fit-turiżmu hija żviluppat madwar tema annwali, magħżula mill-Kummissjoni flimkien mal-awtoritajiet rilevanti nazzjonali tat-turiżmu. Sal-lum it-temi ffukaw fuq it-turiżmu rurali (2007), il-wirt lokali intanġibbli (2008), iż-żoni protetti (2009) u t-tema din is-sena ta' turiżmu akkwatiku.

Għal aktar informazzjoni dwar il-proġett EDEN u dawk li rċievu l-premjijiet qabel

http://ec.europa.eu/eden

MEMO/10/452


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website