Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/10/1163

Brussell, l-23 ta' Settembru 2010

L-Aġenda Diġitali: Żewġ terzi mill-programmi televiżivi li jintwerew fl-Ewropa huma ta' oriġini Ewropea

Skont iċ-ċifri f'rapport li jkopri l-perjodu 2007-2008 ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea llum, ix-xandara televiżivi tal-UE qed jallokaw medja ta' 63 % mill-ħin tax-xandir għal programmi li jsiru fl-UE u 35 % għal xogħlijiet indipendenti li huma produzzjonijiet Ewropej. Kull sentejn il-Kummissjoni tippubblika rapport dwar il-monitoraġġ tal-promozzjoni tax-xogħlijiet televiżivi Ewropej madwar l-UE, li tikkostitwixxi wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi tal-UE (Audiovisual Media Services Directive - AVMS).

Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi tal-UE (AVMS) fiha regoli dwar il-proporzjon minimu ta' xogħlijiet prodotti fl-UE jew magħmula minn produtturi indipendenti Ewropej u li kull xandar Ewropew għandu jittrażmetti. Id-Direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li aktar minn 50 % tal-ħin tal-programmi għandu jikkonsisti minn xogħlijiet Ewropej filwaqt li 10 % tal-ħin tat-trażmissjoni jew tal-baġit tal-ipprogrammar tax-xandar għandu jkun allokat għal produzzjonijiet indipendenti. Ir-rapport juri li l-ħin medju tax-xandir tax-xogħlijiet Ewropej fl-UE kien ta' 62.6 % fl-2007 u ta' 63.2 % fl-2008. Il-medja tal-ħinijiet tat-trażmissjoni kienet tvarja bejn il-pajjiżi, minn 27.9 % f'Ċipru għal 85 % fil-Polonja fl-2007 u minn 30 % f'Ċipru għal 83.11 % fil-Polonja fl-2008. Il-kanali televiżivi fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri wrew aktar xogħlijiet Ewropej mill-minimu meħtieġ bir-regoli tal-UE.

Tliet Stati Membri (Ċipru, is-Slovenja u l-Isvezja) ma rnexxilhomx ixandru daqstant programmi prodotti fl-UE. Il-Kummissjoni tistieden lil dawn il-pajjiżi biex iħeġġu lix-xandara tagħhom jittrażmettu aktar xogħlijiet Ewropej u biex jagħtu attenzjoni partikolari lil kanali żgħar speċjalizzati li qed isibu diffikultajiet biex jilħqu l-proporzjonijiet meħtieġa.

Is-sehem medju tax-xogħlijiet ta' produtturi indipendenti mxandra fl-Istati Membri kollha kien ta' 35.3 % fl-2007 u ta' 34.1 % fl-2008. Il-medja kienet tvarja bejn l-Istati Membri, minn 10.9 % fis-Slovenja għal 61.7 % fil-Ġermanja fl-2007 u minn 15.1 % fil-Greċja għal 62.3 % fil-Ġermanja fl-2008. Għalhekk il-limitu ta' 10 % stabbilit bid-Direttiva AVMS intlaħaq fl-Istati Membri kollha.

Il-ħin tat-trażmissjoni ta' xogħlijiet Ewropej riċenti minn produtturi indipendenti (imxandra fi żmien ħames snin wara l-produzzjoni tagħhom) baqa' f'livell għoli: 63 % u 62.4 % fl-2007 u fl-2008 rispettivament.

Minn tmiem l-2009 'l hawn, id-Direttiva AVMS qed issejjaħ ukoll għall-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej f'servizzi on-demand (pereżempju, video-on-demand u catch-up TV) mingħajr ma stabbilixxiet livelli minimi speċifiċi. Madankollu, hija tħeġġeġ lill-operaturi tas-servizzi on-demand biex jinkoraġġixxu xogħlijiet Ewropej billi jew jikkontribwixxu finanzjarjament għall-produzzjoni tagħhom u għall-ksib tad-drittijiet tagħhom jew inkella jippromwovu l-aċċess tal-utenti tagħhom L-Istati Membri se jirrappurtaw dwar l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet sa tmiem l-2011 u r-rapport li jmiss fl-2012 se jinkludi informazzjoni dwar xogħlijiet Ewropej f'servizzi on-demand.

Sfond

Id-Direttiva Televiżjoni mingħajr Fruntieri tal-1989 ġiet aġġornata bid-Direttiva AVMS fi tmiem l-2007 biex tirrifletti l-iżviluppi ġodda fis-settur tax-xandir. L-Artikolu 4 jistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw, "fejn huwa prattikabbli u permezz ta' mezzi xierqa", li x-xandara rreġistrati fit-territorju tagħhom jirriżervaw l-akbar proporzjon tal-ħin tat-trażmissjoni tagħhom għal xogħlijiet Ewropej.

B'mod simili l-Artikolu 5 jirrikjedi li x-xandara jirriżervaw 10 % tal-ħin tat-trażmissjoni tagħhom jew 10 % tal-baġit tal-ipprogrammar tagħhom għal xogħlijiet Ewropej minn produtturi indipendenti, li proporzjon minnu għandu jkun trażmess fi żmien ħames snin wara l-produzzjoni tagħhom.

Fiż-żewġ każijiet, il-ħin tat-trażmissjoni allokat għal aħbarijiet, avvenimenti sportivi, logħob, riklamar, servizzi tat-teletext u tat-teleshopping huwa eskluż.

Ir-rapport sħiħ huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/avpolicy/reg/tvwf/implementation/promotion/index_en.htm

Chart on the development of main indicators for 2005 – 2008 (EU level)

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Main indicators for 2007-2008 by Member State

Country

% European works

% European works by independent producers

 

2007

2008

2007

2008

Belgium

74.9%

69.1%

54.0%

46.0%

Bulgaria

55.6%

55.6%

25.2%

25.2%

Czech Republic

64.3%

65.9%

32.2%

34.7%

Denmark

84.9%

84.8%

28.1%

25.5%

Germany

64.2%

63.9%

61.7%

62.3%

Estonia

61.6%

64.6%

50.3%

47.8%

Ireland

55.0%

56.4%

21.9%

23.0%

Greece

54.1%

61.7%

14.5%

15.1%

Spain

54.2%

55.7%

31.3%

29.6%

France

72.6%

71.7%

47.5%

45.6%

Italy

62.9%

52.7%

22.6%

17.0%

Cyprus

27.9%

30.0%

39.6%

41.9%

Latvia

62.2%

62.2%

18.4%

19.7%

Lithuania

59.3%

59.1%

39.0%

41.5%

Luxembourg

69.6%

70.7%

56.2%

56.9%

Hungary

68.5%

75.3%

39.7%

41.8%

Malta

55.9%

69.0%

41.4%

45.2%

Netherlands

80.8%

80.3%

40.2%

31.2%

Austria

81.0%

79.1%

49.0%

48.7%

Poland

85.0%

83.1%

25.0%

26.3%

Portugal

72.5%

63.8%

39.5%

24.1%

Romania

63.0%

67.2%

28.2%

25.9%

Slovenia

34.1%

44.6%

10.9%

15.9%

Slovak Republic

66.5%

67.3%

24.0%

23.8%

Finland

64.0%

56.8%

40.1%

35.7%

Sweden

45.1%

45.5%

41.6%

42.9%

United Kingdom

51.7%

50.7%

29.8%

28.3%


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website