Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi regoli komuni kontra splussivi magħmula b'abbuż

European Commission - IP/10/1144   20/09/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/1144

Brussell, id-29 ta’ Settembru 2010

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi regoli komuni kontra splussivi magħmula b'abbuż

Illum, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta biex jiġi limitat l-aċċess għal kimiċi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' splussivi magħmula b'abbuż. Ir-Regolament għandu l-għan li jnaqqas it-theddid minn attakki li jsiru bi splussivi magħmula b'abbuż, biex b'hekk titjib is-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE. Barra minn dan, il-produtturi u l-bejjiegħa jibbenefikaw minn regoli l-istess madwar l-UE kollha.

"L-isplussivi magħmula b'abbuż jintużaw spiss minn terroristi u kriminali oħra biex bihom iwettqu l-attakki tagħhom. Hemm bżonn intejbu l-kontrolli u ma nħallux lit-terroristi jieħdu vantaġġ minn differenzi li jeżistu fir-regoli ta' sigurtà fost l-Istati Membri tal-UE" qalet il-Kummissarju tal-UE għall-Affarijiet Interni Cecilia Malmström,

Il-biċċa l-kbira tal-attakki terroristiċi fl-aħħar snin użaw tagħmir splussiv li ħafna drabi kien ibbażat fuq splussivi magħmula b'abbuż, magħmula minn kimiċi li għalihom il-pubbliku inġenerali bħalissa għandu aċċess mifrux. Fl-attentati li kien hemm f'Londra fl-2005, pereżempju, intużaw splussivi magħmula b'abbuż.

Filwaqt li jeżistu diversi miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi fuq livell sew internazzjonali, tal-UE kif ukoll dak nazzjonali, dawn jew ma jiffokawx speċifikament fuq ir-riskji tas-sigurtà assoċjati ma’ ċerti kimiċi jew inkella ma jkoprux l-UE kollha. Jista' jagħti l-każ li l-kimiċi li jistgħu jintużaw biex minnhom isiru splussivi b'abbuż ikunu ristretti jew ikkontrollati f'pajjiż wieħed, filwaqt li jkunu jistgħu jinkisbu faċilment f'ieħor. Barra minn dan, jista' jkun hemm distorsjonijiet fis-suq, b'mod li ma jkunx hemm regolamentazzjoni l-istess għal kulħadd madwar l-UE f'dan il-qasam.

Ir-Regolament propost illum jiżgura l-istess livell ta' kontroll fuq l-aċċess għal ċerti kimiċi madwar l-UE kollha. B'hekk it-terroristi u l-kriminali ma jkunux jistgħu jieħdu vantaġġ mid-differenzi fis-sistemi ta' sigurtà fost l-Istati Membri tal-UE.

Il-bejgħ ta' prodotti li jkun fihom ċerti kimiċi, li huma elenkati fl-Anness tar-Regolament, jiġi pprojbit jekk din il-kimika tkun tiżboq ċerta livell ta' konċentrazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-konsumaturi se jkunu jistgħu jużaw prodotti alternattivi, li diġà jistgħu jinkisbu faċilment, jew inkella jkunu jistgħu jiksbu liċenza biex ikomplu jixtru dawn il-prodotti. Xi prodotti se jkunu jistgħu jibqgħu jinbiegħu mingħajr l-ebda restrizzjonijiet ulterjuri lill-konsumaturi iżda l-bejgħ tagħhom se jkun ikkontrollat aħjar, pereżempju permezz ta' mekkaniżmu biex jiġu rrappurtati tranżazzjonijiet li jqanqlu suspett.

Sfond

Il-Kummissjoni ilha sa mill-2006 għaddejja bil-ħidma sabiex titjib is-sigurtà madwar l-isplussivi u l-materjal li jintuża b'rabta magħhom, użat biex isiru l-isplussivi b'abbuż. F'April 2008 il-Kunsill approva l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar it-Tisħiħ tas-Sigurtà tal-Isplussivi, fuq inizjattiva mill-Kummissjoni adottata f'Novembru 2007.

Ir-Regolament se jkun strument vinkolanti. Se jidħol fis-seħħ 18-il xahar wara li jkun ġie adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Madankollu, il-pussess u l-użu tas-sustanzi kimiċi u l-prodotti li fihom jintużaw se jibqa' possibbli sa 36 xahar wara l-adozzjoni.

Għal aktar informazzjoni:

Il-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Kummissarju għall-Affarijiet Interni, Cecilia Malmström:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/malmstrom/index_en.htm

Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar it-Tisħiħ tas-Sigurtà tal-Isplussivi:

http://register.consilium.europa.eu/pdf/mt/08/st08/st08311.mt08.pdf

MEMO/10/428


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website