Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-Aġenda Diġitali: Il-Kummissjoni telenka miżuri biex twassal broadband veloċi u ultraveloċi fl-Ewropa

European Commission - IP/10/1142   20/09/2010

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/1142

Brussell, l-20 ta’ Settembru 2010

L-Aġenda Diġitali: Il-Kummissjoni telenka miżuri biex twassal broadband veloċi u ultraveloċi fl-Ewropa

Illum, il-Kummissjoni Ewropea adottat tliet miżuri kumplimentari biex jiffaċilitaw it-tixrid u l-aċċettazzjoni ta' broadband veloċi u ultraveloċi fl-UE. Dan il-pakkett jiġbor fih Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar aċċess irregolat għan-netwerks tal-Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) li tipprovdi ċertezza rregolata lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni, billi tiżgura bilanċ xieraq bejn il-ħtieġa li tinkuraġġixxi l-investiment u l-ħtieġa li tissalvagwardja l-kompetizzjoni, proposta għal Deċiżjoni li tistabbilixxi Programm ta' Politika dwar l-Ispettru tar-Radju biex tiżgura, inter alia, li l-ispettru jkun disponibbli għall-broadband mingħajr l-użu tal-wajers u Komunikazzjoni dwar il-Broadband li telenka kif l-aħjar tinkuraġġixxi l-investiment pubbliku u privat f'netwerks b'veloċità għolja u għolja ħafna. Dawn il-miżuri jimmiraw li jgħinu lill-UE twettaq l-impenji fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa biex sal-2013 tagħti lill-Ewropej kollha l-aċċess għal broadband bażiku u sal-2020 broadband veloċi u ultraveloċi (ara IP/10/581, MEMO/10/199 and MEMO/10/200). Kif elenkat fl-istrateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv f'Europe 2020 (ara IP/10/225), l-installazzjoni tal-infrastruttura tal-broadband fl-Ewropa hija essenzjali biex jinħolqu l-impjiegi u l-prosperità.

Neelie Kroes, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Aġenda Diġitali qalet "Broadband veloċi huwa ossiġnu diġitali, essenzjali għall-prosperità u l-benesseri tal-Ewropa. Dawn il-miżuri se jgħinu biex jiżguraw li l-Ewropej ikollhom internet mill-aqwa kif jistennew u kif jixirqilhom, sabiex ikollhom aċċess għall-kontenut u s-servizzi li jridu. "

Il-pakkett ippreżentat illum jiġbor fih:

  • Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Aċċess Irregolat għan-netwerks tal-Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) tistabbilixxi approċċ regolatorju komuni għal aċċess għal netwerks ġodda ta' fibri b'veloċità għolja li jeħtieġu regolaturi nazzjonali tat-telekomunikazzjonijiet biex jiżguraw bilanċ xieraq bejn il-ħtiġijiet li jinkuraġġixxu l-investiment u li jissalvagwardjaw il-kompetizzjoni. Dan se jipprovdi iktar ċarezza regolatorja lill-parteċipanti kollha tas-suq, li hija meħtieġa biex tistimula l-investiment fi broadband veloċi u ultarveloċi. Id-Direttiva Qafas dwar it-Telekomunikazzjonijiet (2002/21/EC) titlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji tagħhom "jagħtu l-akbar kont" tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li jiġġustifikaw kwalunkwe tbegħid minnha. (Ara MEMO/10/424)

  • Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jiġi stabbilit programm ta' politika ta' 5 snin biex jippromwovi ġestjoni effiċjenti tal-ispettru tar-radju, b'mod partikolari, biex jiżgura li sal-2013 ikun disponibbli biżżejjed spettru għall-broadband mingħajr l-użu tal-wajers (li se jagħti kontribut sinifikanti biex iwassal il-konnessjonijiet tal-broadband veloċi lin-nies f'żoni remoti u biex is-servizzi innovattivi jkunu disponibbli madwar l-Ewropa). Użu effiċjenti u kompetittiv ta' spettru fl-UE se jappoġġa wkoll l-innovazzjoni f'oqsma u setturi oħra tal-politika bħat-trasport u l-ambjent. (Ara MEMO/10/425)

  • Komunikazzjoni dwar il-Broadband li tistabbilixxi qafas koerenti biex jintlaħqu l-miri tal-broadband tal-Aġenda Diġitali u, b'mod partikolari, telenka kif l-aħjar li l-investiment pubbliku u privat jiġi inkuraġġut f'netwerks tal-broadband veloċi u ultraveloċi. Il-Komunikazzjoni qed tappella lill-Istati Membri tal-UE jintroduċu pjanijiet operattivi tal-broadband għal netwerks b'veloċità għolja u għolja ħafna b'miżuri konkreti ta' implimentazzjoni, tipprovdi gwida dwar kif jitnaqqsu l-ispejjeż tal-investiment u tindika kif l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jappoġġaw l-investment tal-broadband, inkluż billi jużaw aħjar il-fondi tal-UE. Qed tħabbar ukoll pjanijiet mill-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment biex jippreżentaw strumenti finanzjarji tal-broadband. (Ara MEMO/10/427)

Bħalissa, l-Ewropa bħala reġjun għandha l-ogħla livelli medji ta' adozzjoni tal-broadband fid-dinja kollha (24.8 %) imma n-netwerks tagħha jeħtieġu li jiġu żviluppati iktar u jiġu aġġornati. Pereżempju, illum 1 % biss tal-Ewropej għandhom konnessjoni tal-internet b'fibri b'veloċità għolja d-dar tagħhom, meta mqabbla mat-12 % tal-Ġappuniżi u l-15 % tal-Koreani t'Isfel.

Il-miżuri tal-Kummissjoni jimmiraw li jistimulaw iktar investment pubbliku u privat f'netwerks tal-broadband veloċi u ultraveloċi, li min-naħa tagħhom jagħtu spinta għad-domanda għas-servizzi mwassla min-netwerks tal-broadband u għalhekk joħolqu ċirku virtuż ta' tkabbir ekonomiku fl-UE.

L-Aġenda Diġitali tistabbilixxi miri ambizzjużi għall-broadband, li jiżguraw kopertura tal-broadband bażiku għaċ-ċittadini kollha tal-UE sal-2013 u, kopertura tal-broadband veloċi bi 30 Megabits fis-sekonda disponibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE sal-2020, b'mill-inqas nofs id-djar Ewropej abbonati għall-aċċess tal-broadband b'100 Megabits fis-sekonda.

Sfond

Aċċess għall-broadband veloċi u ultraveloċi jista' jkollu impatt rivoluzzjonarju simili fuq ħajjet in-nies bħalma kellhom il-ferroviji iktar minn 100 sena ilu. Il-konnessjonijiet b'veloċità għolja jagħmluha iktar faċli li wieħed jaħdem mid-dar jew waqt li jkun qed jivvjaġġa.. Il-konnessjonijiet b'veloċità għolja jagħmlu s-servizzi interattivi onlajn ġodda possibbli f'oqsma differenti, inklużi l-edukazzjoni u s-saħħa (bħad-djanjosi remota). Huma jgħinu wkoll lill-SMEs biex inaqqsu l-ispejjeż tagħhom u jsiru iktar kompetittivi permezz tal-aċċess għas-servizzi "cloud" kif ukoll jagħmlu possibbli era ġdida ta' servizzi tal-vidjow diġitali, ikkontrollati mill-utent u b'definizzjoni għolja.

Għal iktar tagħrif, ara MEMO/10/426.

http://ec.europa.eu/information_society/newsroom/cf/itemdetail.cfm?item_id=6070

Annex

EU Broadband Penetration Rates, January 2010

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: EU Member States' telecoms regulators

% of households using a broadband connection

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: Eurostat Community Survey on ICT usage by Households and Individuals (2009)

International fixed broadband penetration rates, July 2009

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: OECD

Deployment of optical fibre in the local loop in the EU, US, Japan and South Korea

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: Commission, on the basis of Point Topic

Digital Subscriber Line national and rural coverage, December 2009

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Source: Communication Services on the basis of Idate; Broadband developments in Europe", a study for the European Commission.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website