Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Żieda fl-appoġġ mill-UE għas-settur tal-apikultura

Commission Européenne - IP/10/1121   14/09/2010

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/10/1121

Brussell, l-14 ta' Settembru 2010

Żieda fl-appoġġ mill-UE għas-settur tal-apikultura

Illum il-Kummissjoni approvat il-programmi nazzjonali tas-27 Stat Membru għal titjib fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-apikultura għall-perjodu 2011-2013. Il-kontribuzzjoni mill-UE għall-finanzjament tal-programmi żdidet bi kważi 25 % meta mqabbla mal-perjodu ta' qabel (2008-2010), minn EUR 26 miljun għal EUR 32 miljun fis-sena.

Il-qagħda tajba tas-settur tal-apikultura hija kwistjoni sensittiva meta wieħed iqis ir-rwol fundamentali tan-naħal għall-fertilizzazzjoni bil-polline. Għal bosta snin is-settur kien qed iġarrab mortalità li qatt ma kien hawn bħalha. Dan mhux biss ipoġġi lil dawk li jrabbu n-naħal f'sitwazzjoni ekonomika diffiċli, iżda jhedded ukoll il-bijodiversità. Il-programmi nazzjonali bħalissa huma l-unika għodda disponibbli biex ipattu parzjalment għan-nuqqas ta' naħal li hawn. L-Istati Membri huma sodisfatti bil-benefiċċji pprovduti minn dawn il-programmi u l-effett pożittiv ta' miżuri ffinanzjati taħt programmi nazzjonali għas-settur huwa wkoll rikonoxxut minn dawk li jrabbu n-naħal.

F'dan l-isfond, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżid il-baġit globali annwali allokat għall-kofinanzjament tal-programm nazzjonali b'EUR 32 miljun kull sena għall- 2011, l-2012 u l-2013, meta mqabbel mal-livell tal-konfinanzjament mill-UE li kien disponibbli matul il-perjodu 2008-2010 (EUR 26 miljun). Dan se jżid l-effikaċja tal-programmi u jixhed l-approċċ proattiv tal-Kummissjoni biex issolvi l-problemi ta' settur verament sensittiv.

L-Istati Membri kollha kkomunikaw il-programmi nazzjonali għall-apikultura tagħhom lill-Kummissjoni. Il-programmi huma relatati ma' miżuri differenti: Kontroll tal-varroa, razzjonalizzazzjoni tat-transumanza, appoġġ tal-laboratorji, ripopolazzjoni tad-doqqajs, programmi ta' riċerka applikata u assistenza teknika. Is-27 programm kollha huma eliġibbli għal kofinanzjament.

Fl-Anness: Għadd ta' doqqajs għal kull Stat Membru, u finanzjament annwali għall-programmi (kontribuzzjoni tal-UE u l-ammont totali) għal kull sena.

Sfond

Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS1 jipprovdi għal appoġġ finanzjarju għall-industrija tal-apikultura. Kull Stat Membru għandu l-għażla li jissottometti programm nazzjonali għall-apikultura kull tliet snin biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-apikultura, inkluż studju dwar l-istruttura tas-settur. Għall perjodu li jmiss (2011-2013) l-Istati Membri kollha wrew interess f'dawn il-programmi.

MS. 

 

Doqqajs

Finanzjament tal-programmi nazzjonali – f'EUR

Għadd

%

2011

2012

2013

Total: (SM+UE)

Kofinanzjament mill-UE

Total: (SM+UE)

Kofinzjament mill- UE

Total: (SM+UE)

Kofinanzjament mill-UE

BE

112.000

0,801

571.800

285.900

571.800

285.900

571.800

285.900

BG

617.420

4,415

3.773.392

1.675.424

3.827.078

1.670.033

3.663.463

1.662.376

CZ

497.946

3,561

2.500.000

1.250.000

2.575.758

1.287.879

2.632.576

1.316.288

DK

170.000

1,216

357.858

178.929

340.657

170.329

365.115

182.557

DE

711.913

5,091

3.022.300

1.511.150

3.022.300

1.511.150

3.022.300

1.511.150

EE

24.800

0,177

99.191

49.595

99.191

49.595

99.191

49.595

EL

1.502.239

10,742

5.600.000

2.800.000

5.600.000

2.800.000

5.600.000

2.800.000

ES

2.459.373

17,586

11.000.000

5.500.000

11.000.000

5.500.000

11.000.000

5.500.000

FR

1.338.650

9,572

5.500.000

2.750.000

5.500.000

2.750.000

5.500.000

2.750.000

IE

24.000

0,172

100.000

50.000

100.000

50.000

100.000

50.000

IT

1.127.836

8,065

7.728.265

3.060.484

7.820.761

3.050.635

7.866.258

3.036.648

CY

43.975

0,314

233.000

116.500

233.000

116.500

233.000

116.500

LV

64.133

0,459

270.192

135.096

270.192

135.096

270.192

135.096

LT

117.977

0,844

1.158.480

320.141

1.158.480

319.111

1.158.480

317.648

LU

8.171

0,058

45.600

22.173

45.600

22.101

45.600

22.000

HU

900.000

6,435

4.020.000

2.010.000

4.020.000

2.010.000

4.020.000

2.010.000

MT

2.722

0,019

13.974

6.987

13.974

6.987

13.974

6.987

NL

80.000

0,572

334.200

167.100

341.938

170.969

354.646

177.323

AT

367.583

2,628

1.500.000

750.000

1.500.000

750.000

1.500.000

750.000

PL

1.123.356

8,033

5.030.000

2.515.000

5.030.000

2.515.000

5.030.000

2.515.000

PT

562.557

4,023

2.517.000

1.258.500

2.517.000

1.258.500

2.517.000

1.258.500

RO

1.280.000

9,153

8.065.570

3.473.395

9.813.679

3.462.218

10.886.824

3.446.343

SI

142.751

1,021

889.500

387.368

889.500

386.121

889.500

384.351

SK

235.689

1,685

2.000.000

639.563

2.000.000

637.505

2.000.000

634.582

FI

46.000

0,329

200.686

100.343

200.826

100.413

201.191

100.596

SE

150.000

1,073

485.659

242.829

485.659

242.829

485.659

242.829

UK

274.000

1,959

1.790.738

743.523

1.790.738

741.131

1.790.738

737.733

TOTAL

13.985.091

100%

68.807.404

32.000.001

70.768.130

32.000.001

71.817.505

32.000.001

1 :

1 Ir-Regolament tal-Kunsill KE 1234/2007 tas-16 ta' Novembru 2007 – mill-Artikolir 107 sa 109


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site