Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/10/1071

Brussell, 26 ta’ Awwissu 2010

L-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa 2010: Iċ-ċittadini tal-UE huma favur governanza ekonomika Ewropea iktar qawwija

Skont l-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa 2010, l-istħarriġ tal-opinjoni biannwali organizzat mill-UE, 75% tal-Ewropej jaħsbu li koordinament iktar qawwi tal-politiki ekonomiċi u finanzjarji fost l-Istati Membri tal-UE jkunu effettivi fil-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika. L-istħarriġ sar f'Mejju - fl-agħar mumenti tal-kriżi Ewropea tad-dejn - u ġie ppubblikat illum. Tnejn u sebgħin fil-mija tal-Ewropej jappoġġjaw superviżjoni iktar qawwija mill-UE għall-attivitajiet tal-gruppi finanzjarji internazzjonali l-iktar importanti, żieda ta' erba' punti perċentwali mill-aħħar Ewrobarometru fil-ħarifa 2009. L-oqsma ewlenin ta' tħassib fil-kriżi kienu l-qagħda ekonomika attwali (40%; bla bdil meta mqabbel mal-ħarifa 2009), il-qgħad (48%; -3 punti perċentwali) u l-għoli tal-prezzijiet (20%; +1). Il-kriżi kellha influwenza wkoll fuq il-perċezzjoni taċ-ċittadini lejn l-UE: 40% tal-Ewropej jassoċjaw lill-UE mal-ewro (+3), 45% mal-libertà tal-ivvjaġġar, l-istudju u x-xogħol fejn trid fl-UE (-1), u 24% mal-paċi (-4).

"Il-maġġoranza netta għal governanza ekonomika Ewropea msaħħa turi li n-nies jaraw l-UE bħala parti deċiżiva tas-soluzzjoni għall-kriżi," qalet Viviane Reding, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, li hija wkoll inkarigata mill-Komunikazzjoni. "L-istħarriġ tar-rebbiegħa tagħna - li sar fl-agħar mumenti tal-kriżi - jirrifletti ż-żminijiet u l-isfidi diffiċli li ffaċċjaw l-Ewropej tul l-aħħar xhur. Minn dakinhar, l-UE ħadet passi importanti u ċari biex tirritorna l-fiduċja. Minħabba f'hekk, l-ewro rkupra u issa qed naraw il-bidu ta' tkabbir fl-ekonomiji ewlenin tal-Ewropa. Ċertament għadu kmieni wisq biex ngħidu li l-kriżi ngħelbet. Madankollu, issa għandna ċ-ċans li nagħtu l-forma lill-governanza ekonomika Ewropea, kif jippreferu ċ-ċittadini tal-UE, ħalli l-Ewropa tkun tista' tindirizza t-tħassib tagħhom."

L-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa 2010 sar permezz ta' intervisti wiċċ imb wiċċ bejn il-5 u t-28 ta' Mejju 2010, u għalhekk fl-agħar mumenti tal-kriżi Ewropea tad-dejn. Ġie intervistat total ta' 26,641 ruħ minn fost is-27 Stat Membru tal-UE.

Ir-riżultati tal-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa 2010 juru biċ-ċar l-istenniji dejjem jikbru taċ-ċittadini mill-UE: għadd dejjem jikber ta' Ewropej jemmnu li la l-Istati Uniti u lanqas il-G20 mhuma fl-aqwa pożizzjoni biex jieħdu azzjoni effettiva kontra l-kriżi iżda l-UE hija (26%, +4 meta mqabbel mal-ħarifa 2009).

Hemm ukoll domanda dejjem tikber għal koordinament aqwa fil-politiki ekonomiċi u finanzjarji fil-livell tal-UE: 75% taċ-ċittadini jridu iktar governanza ekonomika Ewropea (+2 meta mqabbel mal-ħarifa 2009 u +4 meta mqabbel ma' Frar 2009). L-appoġġ għal governanza ekonomika huwa l-iktar qawwi fis-Slovakkja (89%), il-Belġju (87%) u Ċipru (87%). Kien hemm qabża importanti favur governanza ekonomika iktar qawwija f'bosta pajjiżi, b'mod partikolari, il-Finlandja u l-Irlanda (+13 meta mqabbel mal-ħarifa 2009), il-Belġju u l-Ġermanja (+7), l-Awstrija, il-Lussemburgu u s-Slovakkja (+6), u l-Pajjiżi l-Baxxi (+5).

Il-parti l-kbira tal-Ewropej huma konxji mill-isfidi importanti li qed jiffaċċjaw il-pajjiżi kollha tal-UE bħalissa: 74% jaqblu li pajjiżhom jeħtieġ ir-riformi biex jiffaċċja l-ġejjieni (+1 meta mqabbel mal-ħarifa 2009), u 71% huma lesti jiffaċċjaw ir-riformi għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet futuri (bla bdil). L-Ewropej mhumiex ċerti dwar kif l-aħjar jiġi stimulat l-irkupru ekonomiku: 74% jemmnu li l-miżuri biex jitnaqqsu l-iżbilanċi u d-djun pubbliċi nazzjonali ma jistgħux jitħallew għal aktar tard (85% fl-Isvezja, 84% fl-Ungerija, 83% fil-Ġermanja, 82% fil-Belġju u Ċipru u 80% fir-Repubblika Ċeka, il-Greċja u s-Slovenja). Sadanittant, fl-UE-27, 46% jappoġġjaw ukoll l-użu tal-iżbilanċi pubbliċi biex tiġi stimulata l-attività ekonomika (imqabbla ma' 36% li huma kontra u 18% li ma jafux). Fis-16-il pajjiż taż-żona tal-ewro, ir-riżultat huwa differenti bi 42% li huma kontra l-użu tal-iżbilanċi pubbliċi, filwaqt li 41% jappoġġjawh.

Il-parti l-kbira tal-Ewropej jikkonfermaw li l-UE ffissat il-prijoritajiet it-tajbin fl-istrateġija ta' rkupru ekonomiku "Ewropa 2020" (IP/10/225): 92% jaqsmu l-opinjoni li s-swieq tax-xogħol hemm bżonn li jiġu modernizzati bil-ħsieb li jgħollu l-livelli tal-impjiegi u li l-għajnuna għall-fqar u dawk esklużi mis-soċjetà għandha tkun prijorità. Disgħin fil-mija jappoġġjaw ekonomija li tuża inqas riżorsi naturali u tarmi inqas gassijiet b'effett serra.

Mistoqsija dwar il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE, 49% tal-Ewropej qalu f'Mejju li s-sħubija fl-UE ta' pajjiżhom kienet "xi ħaġa tajba" (-4 meta mqabbla mal-ħarifa 2009). L-appoġġ pubbliku għas-sħubija fl-UE kien xorta ogħla milli fl-2001, meta wara t-tnaqqis ekonomiku li ġiet meta nfaqgħet l-"Internet bubble", l-appoġġ pubbliku għas-sħubija fl-UE kienet ta' 48%.

L-istħarriġ sab ukoll li f'Mejju 2010 l-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-UE baqgħu ogħla meta mqabbla mal-gvernijiet nazzjonali jew mal-parlamenti nazzjonali (42% vs 29% u 31%, rispettivament), għalkemm il-fiduċja fl-UE waqgħet fl-agħar mumenti tal-kriżi (minn 42% għal 48% fil-ħarifa 2009). Il-fiduċja kienet l-iktar prominenti fl-Estonja (68%), fis-Slovakkja (65%), fil-Bulgarija u fid-Danimarka (61%), filwaqt li kienet l-iktar baxxa fir-Renju Unit (20%).

Fid-dawl tad-diskussjonijiet tal-adeżjoni li l-Kunsill Ewropew beda mal-Islanda fis-27 ta' Lulju 2010 (IP/10/1011), l-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa inkluda wkoll għall-ewwel darba intervisti wiċċ imb wiċċ ma' 526 Islandiż. In-nies tal-Islanda ġew mistoqsija dwar l-attitudnijiet ġenerali lejn l-UE. F'Mejju, 35% afdaw l-UE u 29% ħasbu li l-Islanda tibbenefika milli tkun membru tal-UE.

Sfond

Il-Kummissjoni Ewropea għamlet proposti, fit-12 ta' Mejju u fit-30 ta' Ġunju, biex tissaħħaħ il-governanza ekonomika u tittejjeb is-sorveljanza baġitarja fl-UE (IP/10/561, IP/10/850).

L-aħħar ċifri Ewropej (għat-tieni kwart tal-2010) juru li t-tkabbir tal-PGD fl-UE-27 tela' b'1.0% meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2010.

Għal aktar informazzjoni

L-Ewrobarometru tal-Ħarifa 2010 (l-ewwel riżultati) huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb/eb73/eb73_en.htm

Annex

Main findings of the Spring Eurobarometer

Three quarters favour stronger European economic governance

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

What Europeans associate the European Union with

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Perception on the need for reforms at national level

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Confidence in the EU and national governments/parliaments

Question: Generally speaking, do you think that (OUR COUNTRY)'s membership of the European Union is…? Results for period spring 2001- spring 2010. % EU

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Support for "Europe 2020" priorities

Question: For each of the following initiatives, please tell me how important or not you think they are in order for the European Union to exit the present financial and economic crisis and prepare for the next decade. Please use a scale from 1 to 10, where '1' means that you think this initiative is "not at all important" and '10' means that it is "very important". % EU


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website