IP/10/1060
Brussell, l-20 ta’ Awwissu 2010
Il-Kummissjoni Ewropea tappella biex jiġu ffrankati l-ħin u l-flus fi kwistjonijiet legali transkonfinali bl-użu tal-medjazzjoni
Il-Kummissjoni Ewropea llum tenniet il-potenzjal tar-regoli tal-UE dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet legali transkonfinali u fakkret lill-Istati Membri li dawn il-miżuri jistgħu jkunu biss effettivi jekk jiġu adottati mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali. Ir-riżolviment ta’ tilwim u ta’ nuqqas ta’ ftehim permezz tal-qrati mhux biss jiswa ħafna fi flus u f’ħin iżda jista’ jġib fix-xejn relazzjonijiet profitabbli ta’ negozju. Il-kawżi transkonfinali huma aktar kumplessi minħabba l-liġijiet u l-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali differenti kif ukoll minħabba kwistjonijiet prattiċi bħall-ispiża u l-lingwa. Ir-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (RAT) permezz ta’ medjaturi imparzjali tista’ tindirizza dawn il-problemi u toħloq soluzzjonijiet kostruttivi. Iżda teħtieġ medjaturi kompetenti u regoli ċari li ż-żewġ partijiet ikunu jistgħu jafdaw. Il-medjazzjoni transkonfinali hija aktar komplikata għaliex trid tkopri kulturi differenti tan-negozju u ż-żewġ naħat jeħtieġu regoli komuni li jistgħu jiddependu fuqhom. Huwa għal din ir-raġuni li r-regoli tal-UE dwar il-medjazzjoni daħlu fis-seħħ f’Mejju 2008 u jridu jiġu adottati sa Mejju 2011. Joħolqu garanziji legali għall-medjazzjoni u jiżgura li jkun hemm proċess ta’ kwalità għolja billi japplikaw kodiċijiet tal-kondotta jew permezz ta' taħriġ għall-medjaturi. S’issa erba’ pajjiżi (l-Estonja, Franza, l-Italja u l-Portugall) infurmaw lill-Kummissjoni li implimentaw ir-regoli tal-UE dwar il-medjazzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.
"Dawn il-miżuri tal-UE huma ta’ importanza kbira minħabba li jippromwovu aċċess alternattiv u addizzjonali għall-ġustizzja fil-ħajja ta’ kuljum. Is-sistemi tal-ġustizzja jagħtu s-setgħa lin-nies biex jasserixxu d-drittijiet tagħhom. L-aċċess effettiv għall-ġustizzja huwa mħares mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Iċ-ċittadini u n-negozju m’għandhomx jiġu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom sempliċement għaliex huwa diffiċli għalihom li jużaw is-sistema tal-ġustizzja u għaliex dan jiswa wisq flus jew għaliex ma jistgħux jistennew biex il-każ tagħhom jinstema' mill-qorti jew hija biċċa xogħol ikkumplikata wisq," sostniet il-Viċi President Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja. “Nappella lill-Istati Membri biex ikunu ambizzjużi u jdaħħlu malajr ir-regoli tal-UE dwar il-medjazzjoni fis-seħħ: Il-minimu assolut huwa li jippermettu li kwistjonijiet transkonfinali jiġu riżolti b’mod bonarju. Iżda għaliex għandhom jieqfu hemm? Għaliex m’għandhomx jagħmlu l-istess miżuri disponibbli fil-livell nazzjonali? Finalment huma ċ-ċittadini u n-negozji, is-soċjetajiet u l-ekonomiji, u s-sistema legali nfisha li se jgawdu."
Id-EU Mediation Directive tapplika meta żewġ partijiet li jkunu involuti fi kwistjoni transkonfinali jaqblu minn rajhom li jirrisolvu dil-kwistjoni bl-użu ta' medjatur imparzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ftehimiet li jirriżultaw minn medjazzjoni jkunu jistgħu jiġu infurzati. Skont studju reċenti ffinanzjat mill-UE, iż-żmien li jinħela f’kull każ meta ma tintużax medjazzjoni huwa stmat li jammonta għal medja ta’ 331 u 336 jum aktar fl-UE, filwaqt li jkun hemm bejn €12,471 u €13,738 spejjeż legali żejda għal kull każ1.
Il-medjazzjoni tista’ ssolvi problemi bejn negozji, bejn dawk li jħaddmu u l-impjegati tagħhom, bejn is-sidien u dawk li jikru mingħandhom, u l-familji, sabiex dawn ikunu jisgħu jżommu u saħansitra jsaħħu r-relazzjoni tagħhom b'mod kostruttiv – riżultat li mhux dejjem jista’ jinkiseb permezz ta’ proċedimenti tal-qrati. Ir-riżolviment ta’ kwistjonijiet barra l-qrati jiffranka mill-użu tar-riżorsi tas-sistemi tal-ġustizzja u jista’ potenzjalment inaqqas mill-ispejjeż legali. Ir-riżolviment ta’ kwistjonijiet onlajn jagħmel il-medjazzjoni mill-bogħod aktar u aktar aċċessibbli. Kull ma jonqos huma regoli transkonfinali li jagħtu lill-partijiet ċertezza dwar il-proċess u l-infurzabbiltà tiegħu.
Il-fiduċja fil-proċess hija element kruċjali f’kull medjazzjoni, b'mod speċjali meta ż-żewġ partijiet ikunu ġejjin minn pajjiżi differenti. Ir-regoli tal-UE għaldaqstant jinkoraġġixxu lill-Istati Membri biex jipprovdu kontroll tal-kwalità, ifasslu kodiċijiet tal-kondotta u joffru taħriġ lill-medjaturi biex jiżguraw li jkun hemm sistema effettiva ta’ medjazzjoni. Il-A European Code of Conduct for Mediators ġie mfassal minn grupp ta’ persuni interessati bl-għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea u tnieda fit-2 ta’ Lulju 2004. Il-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew jistabbilixxi numru ta’ prinċipji li l-medjaturi individwali jistgħu jikkommettu ruħhom volontarjament li jirrispettawhom; dawn il-prinċipji jirreferu għall-kompetenza, il-ħatra u d-drittijiet tal-medjaturi, il-promozzjoni tas-servizzi tagħhom, l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom u r-regola dwar il-konfidenzjalità.
Il-lista ta’ organizzazzjonijiet li kkommettew ruħhom għall-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew hija ppubblikata fuq: http://ec.europa.eu/civiljustice/adr/adr_ec_list_org_en.pdf
Jekk il-medjazzjoni ma tirnexxix, il-kwistjonijiet jistgħu dejjem jerġgħu jkunu suġġetti għall-proċedimenti tradizzjonali tal-qrati.
Il-Kummissjoni tistenna li sa Mejju 2011 26 Stat Membru jkunu adottaw dawn ir-regoli tal-UE (id-Danimarka għażlet li ma tinfurzax dawn ir-regoli – prerogattiva li għandha skont Protokoll anness mat-Trattati tal-UE). S’issa erba’ pajjiżi (l-Estonja, Franza, l-Italja u l-Portugall) infurmaw lill-Kummissjoni li adottaw dawn ir-regoli. Barra minn dan, il-Litwanja u s-Slovakkja nnotifikaw l-ismijiet tal-qrati li għandhom il-kompetenza biex jinfurzaw ftehimiet li jirriżultaw minn medjazzjoni transkonfinali.
Minkejja li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri diġà kellhom regoli simili fis-seħħ fil-livell nazzjonali qabel l-adozzjoni tad-Direttiva, qabel il-21 ta’ Mejju 2011 huma jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li jadottaw biex idaħħlu d-Direttiva fis-seħħ (dawn il-miżuri nazzjonali għandhom isemmu d-Direttiva speċifikament). Xi pajjiżi diġà għandhom regoli għall-medjazzjoni f’ċerti setturi; pereżempju, l-Irlanda u d-Danimarka f’relazzjonijiet dwar l-impjiegi, il-Finlandja għal kwistjonijiet li jirrigwardaw il-konsumatur, l-Isvezja għal inċidenti tat-traffiku u Franza u l-Irlanda għall-familji. Il-Portugall beda taħriġ għall-medjaturi fl-2001.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar il-qrati li għandhom il-kompetenza biex jagħmlu l-ftehimiet li jirriżultaw minn medjazzjoni infurzabbli aktar kmieni (il-21 ta’ Novembru 2010), sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħti pubbliċità li din l-informazzjoni biex ikun aktar faċli għaċ-ċittadini u n-negozji li jużaw il-medjazzjoni.
Sfond
Directive 2008/52/EC dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali ġiet adottata fit-23 ta’ April 2008 (IP/08/628). Il-Kummissjoni ressqet il-Proposta għad-Direttiva f’Ottubru 2004 (IP/04/1288).
Għal aktar informazzjoni
Il-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Ġustizzja:
http://ec.europa.eu/justice/news/intro/news_intro_en.htm
Il-paġna fuq l-internet ta' Viviane Reding, Viċi President u Kummissarju għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza:
http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/index_en.htm
ANNEX
Mediation in the E.U. (August 2010)*
ADR Schemes in force (August 2010) | For domestic disputes | For cross-border disputes (implementing Dir.2008/52) |
Austria | Mediation (statutory law) | |
Belgium | Mediation (statutory law) | |
Bulgaria | Mediation (statutory law) | |
Cyprus | n.a. | |
Czech Republic | Arbitration (statutory law) | Legislation in preparation |
Denmark | Mediation | Not party to the Directive |
Estonia | Conciliation (statutory law) | Notified legislation |
Finland | Arbitration | |
France | Mediation (statutory law) | Notified legislation |
Germany | Amicable settlement of disputes (statutory law) | Legislation in preparation |
Greece | mediation | Legislation in preparation |
Hungary | Mediation (statutory law) | |
Ireland | Mediation (statutory law) | |
Italy | Mediation (statutory law) | Notified legislation |
Latvia | Conciliation (voluntary basis) | |
Lithuania | n.a. | Notified competent courts |
Luxembourg | Arbitration (statutory law) | Legislation in preparation |
Malta | n.a. | |
Netherlands | Mediation (voluntary basis) | Legislation in preparation |
Poland | Mediation (statutory law) | |
Portugal | Mediation (statutory law) | Notified legislation |
Romania | n.a. | |
Slovenia | Mediation (statutory law) | |
Slovak Republic | Mediation (statutory law) | Notified competent courts |
Spain | Mediation (statutory law) | Legislation in preparation |
Sweden | Mediation (voluntary basis) | Legislation in preparation |
UK | Mediation (voluntary basis) |
* sources: http://ec.europa.eu/civiljustice/adr/adr_gen_en.htm
http://www.adrcenter.com/international/cms/?page_id=259
The Cost of Non ADR – Surveying and Showing the Actual Costs of Intra-Community Commercial Litigation, proġett iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropew u implimentat miċ-Ċentru RAT, Ġunju 2010, paġna 53, http://www.adrcenter.com/jamsinternational/civil-justice/Survey_Data_Report.pdf