Navigation path

Left navigation

Additional tools

Other available languages: EN FR DE IT RO

IP/10/1016

Brussell, it-30 ta’ Lulju 2010

Forum ta' Livell Għoli se jilqa' l-isfidi tas-settur tal-ikel

Il-Kummissjoni Ewropea llum iddeċidiet li testendi l-mandat tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Kompetittività tal-Industrija AgroAlimentari, u għollietu għall-grad ta' Forum ta' Livell Għoli għat-titjib fil-funzjonament tal-linja tal-provvista fejn jikkonċerna r-relazzjonijiet kuntrattwali, il-loġistika u l-kompetittività. L-industrija agroalimentari tirrappreżenta 2 % tal-PGD tal-Ewropa u 13.5 % tal-impjiegi kollha fis-settur tal-manifattura tal-UE. Hija magħmula minn, bejn wieħed u ieħor, 310,000 impriża (li jinkludu xi impriżi ewlenin fuq livell globali). Għad għandha rwol fundamentali biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumaturi u tikkontribwixxi produzzjoni annwali ta' aktar minn EUR 600 biljun għall-ekonomija tal-UE. Iżda l-linja ta' provvista alimentari Ewropea, kollha kemm hi, qegħda fi żmien ta' aġġustament. L-għażliet tal-konsumaturi qed jinbidlu bħala riżultat ta' żviluppi fid-dħul u fil-modi tal-għajxien, kif ukoll minħabba tibdiliet demografiċi. L-attenzjoni tal-klijenti fuq is-sikurezza tal-ikel, fuq is-saħħa u fuq il-prezzijiet ġabet magħha kundizzjonijiet li jirrestrinġu lis-settur.

Il-Viċi President Antonio Tajani, li hu responsabbli għall-Industrija u l-Imprenditorija qal: "Il-Grupp ta' Livell Għoli se jgħin fit-tkabbir u l-kompetittività fl-industrija agroalimentari Ewropea tal-ġejjieni, se jgħinna nindirizzaw l-impatt tal-globalizzazzjoni u nisfruttaw l-opportunitajiet tagħha. Għandu jwassal għal settur agroalimentari aktar kompetittiv għall-benefiċċju tal-konsumaturi, tal-bdiewa u tal-industrija, u dan għandu jgħin il-promozzjoni ta' ikel ta' kwalità għolja għaċ-ċittadini Ewropej kollha. Jien nistenna bil-ħerqa li naħdem f'kooperazzjoni fil-qrib ma' sħabi l-Kummissarji Dacian Cioloş, John Dalli u Michel Barnier, kif ukoll mal-partijiet kollha interessati, mal-Istati Membri u mal-Membri tal-Parlament Ewropew.

Il-forum se jirrappreżenta l-operaturi kollha tal-katina alimentari. Huwa maħsub li x-xogħol tiegħu se jibda fil-ħarifa u li se jintemm sal-31 ta' Diċembru 2012.

Sa issa l-Kummissjoni Ewropea kienet qed taħdem fuq żewġ attivitajiet ewlenin:

  • Il-Grupp ta' Livell Għoli maħtur mill-Kummissjoni fl-2008, ħareġ 30 rakkomandazzjoni (IP/09/1089) li indirizza l-isfidi li qiegħda tiffaċċja l-Industrija alimentari Ewropea, u pjan ta' inizjattivi biex iġibu 'l quddiem l-industrija AgroAlimentari Ewropea.

  • L-Adozzjoni ta' komunikazzjoni dwar "katina tal-provvediment tal-ikel fl-Ewropa li taħdem b'mod aħjar" li tiffoka fuq 10 inizjattivi politiċi bil-għan li jeliminaw ir-raġunijiet għall-problemi li ġew identifikati waqt l-eżerċizzju ta' sorveljanza fuq is-suq alimentari.

Tul xogħlu l-Grupp sa issa studja l-modi ta' kif jistgħu jiżdiedu t-tkabbir u l-effiċjenza tal-linja kollha tal-provvista alimentari, ibda mis-settur primarju sas-settur tal-bejgħ bl-imnut, filwaqt li jiżgura provvista sostenibbli ta' prodotti sikuri u diversi bi prezzijiet li jistgħu jaffordjawhom il-konsumaturi. Id-diskussjoni kkonċentrat fuq: il-politika agrikola u ambjentali; is-suq alimentari intern, it-tħaddim tal-katina alimentari, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-kummerċ u l-esportazzjoni. Il-Forum għandu joħroġ rapport annwali dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli u dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattivi proposti mill-Kummissjoni.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website