Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/993

Brussell, l-24 ta' Ġunju 2009

Għajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni tadotta linji gwida fuq evalwazzjoni bir-reqqa ta’ għajnuna reġjonali għal proġetti ta’ investiment kbir

Il-Kummissjoni Ewropea adottat ktieba gwida li tistipula l-kriterji għal evalwazzjoni bir-reqqa ta’ għajnuna reġjonali għal proġetti ta’ investiment kbir. Il-gwida tispjega t-tip ta’ informazzjoni meħtieġa mill-Kummissjoni għall-valutazzjoni dettaljata tal-kompatibilità u l-metodoloġija tal-valutazzjoni, li hija bbażata fuq l-ibbilanċjar tal-effetti pożittivi u negattivi tal-għajnuna. Il-gwida hija skont l-aproċċ ekonomiku rfinut tal-Kummissjoni biex tanalizza l-għajnuna mill-istat, ibbażata fuq prinċipji stipulati fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Għajnuna mill-Istat (ara IP/05/680 u MEMO/05/195 ). Il-gwida tifforma parti mill-isforzi tal-Kummissjoni biex tiċċara u tirfina r-regoli tal-għajnuna mill-Istat.

Il-Kummissarju għall-Kompetizzjoni Neelie Kroes qalet “Il-Ktieba ta’ gwida hija pass utli u importanti biex tgħin l-awtoritajiet pubbliċi u kumpaniji jifhmu kif jippreżentaw bl-aħjar mod proġetti ta' għajnuna reġjonali li jinvolvu investimenti kbar bil-għan li jkun hemm deċiżjonijiet iktar malajr. Hija pass ieħor lejn l-aproċċ ekonomiku spjegat fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Għajnuna mill-Istat tal-2005 tal-Kummissjoni.”

Il-Linji Gwida tal-Għajnuna Reġjonali ta l-2007-13 (ara IP/05/1653 ) jipprevedu li proġetti ta’ investiment kbir 'ilfuq minn ċertu limiti għandhom bżonn jkunu notifikati individwalment lill-Kummissjoni għaliex jistgħu jkollhom riskju ikbar li jfixklu l-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tiftaħ proċedura investigattiva formali għal proġetti fejn il-benefiċċjarju tal-għajnuna għandu sehem tas-suq ta’ iktar minn 25% jew meta l-kapaċità produttiva maħluqa bil-proġett teċċedi il-5% tas-suq (waqt li r-rata tat-tkabbit tas-suq tal-prodott konċernat hija taħt ir-rata tat-tkabbir tal-PGD taż-ŻEE). Għajnuna reġjonali lill-investiment tant kbir tinvolvi riskju akbar li tfixkel il-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni issa pprovdiet iktar gwida dwar kif hi se tgħamel din il-valutazzjoni bir-reqqa.

Il-gwida hija bbażata fuq il-prinċipji tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari t-test ta’ bilanċ li jiżen l-effetti pożittivi b’riżultat tal-għajnuna kontra l-impatt negattiv ta’ tfixkil potenzjali tal-kompetizzjoni li jista' jkun hemm minħabba l-għajnuna. L-Istati Membri għalhekk għandhom jipprovdu informazzjoni fuq l-effett pożittiv tal-għajnuna kif ukoll fuq kemm hi xierqa, proporzjonali u l-effett ta' inċentiv tagħha. . Il-Kummissjoni ser tibbaża l-valutazzjoni ġenerali tagħha dwar l-għajnuna fuq dawn il-kriterji.

Għal akta r dettalji ara wkoll MEMO/09/292 .

It-test sħiħ tal-ktieba ta’ gwida ser tkun disponibbli fil-sit:

http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/reform/reform.cfm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website