Sélecteur de langues
Chemin de navigation
IP/09/ 952
Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009
Meta l-bottijiet tal-jogurt jibdew ikellmuk: l-Ewropa tħejji għar-rivoluzzjoni tal-internet
L-internet qiegħed jevolvi rapidament: filwaqt li 25 sena ilu kien jikkonnettja biss xi elf utent, illum qiegħed jgħaqqad xi 1.5 biljun ruħ madwar id-dinja kollha. L-Ewropew medju llum il-ġurnata għandu mill-inqas oġġett wieħed, li jista' jkun komputer jew mowbajl, konness mal-internet. Imma l-għadd ta' mezzi konnessi madwarna, tant huma żgħar li bilkemm jidhru u dejjem aktar kumplessi u mobbli, se jimmultipplika ruħu b'mija jekk mhux b'elf darba fil-ħames snin sa ħmistax-il sena li ġejjin . Il-Kummissjoni Ewropea illum ħabbret azzjonijiet biex tiżgura li l-Ewropa jkollha rwol ewlieni fl-iffurmar ta' dawn in-netwerks ġodda ta' oġġetti interkonnessi, mill-kotba sal-karozzi, mill-apparat elettriku sal-ikel – fil-qasir l-'Internet tal-oġġetti' emerġenti. Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE ppreżentat illum għandu jgħin lill-Ewropej igawdu minn din l-evoluzzjoni u fl-istess ħin jindirizza l-isfidi li toħloq bħall-privatezza, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta personali.
"Kuljum naraw eżempji ġodda ta' applikazzjonijiet li jikkonnettjaw l-oġġetti mal-internet u flimkien: minn karozzi konnessi mad-dwal tat-traffiku li jiġġieldu l-konġestjoni, sat-tagħmir tad-dar konnessi ma' sistemi intelliġenti għad-distribuzzjoni u l-kejl tal-użu tal-enerġija li jippermettu lil dak li jkun ikun jaf kemm qiegħed juża elettriku, jew passaġġi tal-mixi li jiggwidaw lil min hu nieqes mid-dawl ", Qalet Vivian Reding, il-Kummissjarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. "Il-possibbiltajiet ta' dan l-iżvilupp ġdid tal-internet huma bla limitu bħalma hu l-għadd ta' oġġetti tal-ħajja ta' kuljum involuti. Madankollu, irridu niżguraw li jkunu l-Ewropej, bħala ċittadini, intraprendituri u konsumaturi, li jmexxu t-teknoloġija u mhux t-teknolġija li tmexxi lilhom."
L-internet tal-lum, permezz tal-kompjuters u l-mowbajls, jgħaqqad xi 1.5 biljun utent madwar id-dinja kollha (b'xi 300 miljun minnhom fl-UE). Żvilupp ewlieni fis-snin li ġejjin se jkun li kull ma jmur se jiġu konnessi mhux biss kompjuters iżda wkoll magni u varjetà ta' oġġetti fiżiċi u b'hekk jinħoloq l-'internet tal-oġġetti'. Dawn jistgħu jkunu affarijiet sempliċi ta' kuljum bħal bottijiet tal-jogurt li jirreġistraw it-temperatura tul il-katina tal-forniment, jew żewġ mediċini li javżaw lill-pazjenti li jistgħu jkunu inkompatibbli ma’ xulxin. Jew jistgħu jkunu affarijiet aktar sofistikati, bħalma huma l-monitoraġġ tas-saħħa jew sistemi tar-riċiklaġġ li jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali tal-lum, bħalma huma s-soċjetà aktar anzjana u t-tibdil fil-klima. Bl-eluf ta' oġġetti li jinsabu madwar kull wieħed minna, din l-interkonnessjoni ta' oġġetti fiżiċi se tamplifika l-effetti profondi li l-komunikazzjoni moderna qed ikollha fuq is-soċjetà tagħna.
Fost l-14-il azzjoni li semmiet illum il-Kummissjoni sabiex tippromwovi l-evoluzzjoni tal-'internet tal-oġġetti' fl-UE (ara l-Anness), hemm l-istandardizzazzjoni tat-teknoloġiji involuti madwar l-Ewropa u finanzjament aħjar tar-riċerka, iżda wkoll miżuri biex jipproteġu l-privatezza, id-dejta u s-sigurtà tan-nies hekk kif it-teknoloġija l-ġdid tissawwar madwarhom. Ix-xahar li għadda l-Kummissjoni diġà spjegat l-importanza li l-protezzjoni tad-dejta personali tan-nies tingħata l-akbar prijorità hekk kif ifeġġu teknoloġiji ġodda bħal-lametti intelliġenti (Mezzi tal-Identifikazzjoni permezz ta' Frekwenza tar-Radju - RFID) u ppreżentat rakkomandazzjonijiet dwar kif dan jista' jsir bl-aħjar mod ( IP/09/740 , IP/09/571 ).
Il-Kummissjoni qiegħda wkoll taħdem biex tiżgura li jkun hemm biżżejjed indirizzi tal-internet (li huma meħtieġa biex jiġu konnessi l-oġġetti kollha mal-internet l-istess kif inhuma għall-websajts) sabiex din il-mewġa ġdida ta' oġġetti konnessi tkun tista’ tifforma. Dan jitlob it-tqassim tal-aktar sors riċenti ta' indirizzi tal-internet (Ipv6), li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni wiesgħa tiegħu li se tippermetti lill-oġġetti bħall-affarijiet tad-dar li jkollhom l-indirizzi tal-protokoll tal-internet tagħhom biex jikkonnetjaw ma' mezzi oħrajn ( IP/08/803 ).
Sfond:
Fl-2006, il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika ( IP/06/289 ) dwar l-iżvilupp u l-użu taċ-ċipep intelliġenti (teknoloġiji RFID). Abbażi ta' din il-konsultazzjoni, f'Marzu 2009 adottat Komunikazzjoni ( IP/07/332 ) li enfasizzat li l-RFID kien biss parti żgħira minn l-evoluzzjoni li għaddejja li qed tissejjaħ l-'Internet tal-oġġetti'.
Il-Pjan ta' Azzjoni tal-lum jespandi fuq din id-dikjarzzjoni u jipproponi erbatax-il pass biex nisfruttaw il-potenzjal kollu ta' din l-evoluzzjoni l-ġdida. Il-Kummissjoni, flimkien mal-partijiet konċernati kollha, għandha issa timplimenta dan il-pjan u tirraporta dwar l-attivitajiet rilevanti f'Komunikazzjoni oħra fi żmien tliet snin.
Illum il-Kummissjoni Ewropea qed tadottat ukoll Komunikazzjoni strateġika dwar il-ġejjieni tal-governanza tal-internet: ara IP/09/951
Il-Pjan ta' Azzjoni għall-'internet tal-oġġetti' jinsab fi:
http://ec.europa.eu/information_society/policy/rfid/index_en.htm
Annex
Internet of Things: A 14-point Action Plan
Governance. The Commission will work on the definition of a set of principles underlying the governance of the Internet of Things and the design of an architecture endowed with a sufficient level of decentralised management.
Privacy and data protection. The Commission will observe carefully the application of data protection legislation to the Internet of Things.
The right to the "silence of the chips". The Commission will launch a debate about whether individuals should be able to disconnect from their networked environment at any moment. Citizens should be able to read basic RFID (Radio Frequency Identification Devices) tags – and destroy them too – to preserve their privacy. Such rights are likely to become more important as RFID and other wireless technologies become small enough to be invisible.
Emerging risks. The Commission will take effective action to enable the Internet of Things to meet challenges related to trust, acceptance and security.
Vital resource. In connection with its activities on the protection of critical information infrastructures, the Commission will closely follow the development of the Internet of Things into a vital resource for Europe.
Standardisation. The Commission will, if necessary, launch additional standardisation mandates related to the Internet of Things.
Research. The Commission will continue to finance collaborative research projects in the area of the Internet of Things through the 7 th Framework Programme.
Public Private Partnership. The Commission will integrate, as adequate, the Internet of Things in the four research and development public-private partnerships that are being prepared.
Innovation. The Commission will launch pilot projects to promote the readiness of EU organisations to effectively deploy marketable, interoperable, secure and privacy-aware Internet of Things applications.
Institutional awareness. The Commission will regularly inform the European Parliament and the Council about Internet of Things developments.
International dialogue. The Commission will intensify the dialogue on the Internet of Things with its international partners to share information and good practices and agree on relevant joint actions.
Environment. The Commission will assess the difficulties of recycling RFID tags as well as the benefits that the presence of these tags can have on the recycling of objects.
Statistics. Eurostat will start publishing statistics on the use of RFID technologies in December 2009
Evolution. The Commission will gather a representative set of European stakeholders to monitor the evolution of the Internet of Things.