Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/ 952

Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009

Meta l-bottijiet tal-jogurt jibdew ikellmuk: l-Ewropa tħejji għar-rivoluzzjoni tal-internet

L-internet qiegħed jevolvi rapidament: filwaqt li 25 sena ilu kien jikkonnettja biss xi elf utent, illum qiegħed jgħaqqad xi 1.5 biljun ruħ madwar id-dinja kollha. L-Ewropew medju llum il-ġurnata għandu mill-inqas oġġett wieħed, li jista' jkun komputer jew mowbajl, konness mal-internet. Imma l-għadd ta' mezzi konnessi madwarna, tant huma żgħar li bilkemm jidhru u dejjem aktar kumplessi u mobbli, se jimmultipplika ruħu b'mija jekk mhux b'elf darba fil-ħames snin sa ħmistax-il sena li ġejjin . Il-Kummissjoni Ewropea illum ħabbret azzjonijiet biex tiżgura li l-Ewropa jkollha rwol ewlieni fl-iffurmar ta' dawn in-netwerks ġodda ta' oġġetti interkonnessi, mill-kotba sal-karozzi, mill-apparat elettriku sal-ikel – fil-qasir l-'Internet tal-oġġetti' emerġenti. Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE ppreżentat illum għandu jgħin lill-Ewropej igawdu minn din l-evoluzzjoni u fl-istess ħin jindirizza l-isfidi li toħloq bħall-privatezza, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta personali.

"Kuljum naraw eżempji ġodda ta' applikazzjonijiet li jikkonnettjaw l-oġġetti mal-internet u flimkien: minn karozzi konnessi mad-dwal tat-traffiku li jiġġieldu l-konġestjoni, sat-tagħmir tad-dar konnessi ma' sistemi intelliġenti għad-distribuzzjoni u l-kejl tal-użu tal-enerġija li jippermettu lil dak li jkun ikun jaf kemm qiegħed juża elettriku, jew passaġġi tal-mixi li jiggwidaw lil min hu nieqes mid-dawl ", Qalet Vivian Reding, il-Kummissjarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. "Il-possibbiltajiet ta' dan l-iżvilupp ġdid tal-internet huma bla limitu bħalma hu l-għadd ta' oġġetti tal-ħajja ta' kuljum involuti. Madankollu, irridu niżguraw li jkunu l-Ewropej, bħala ċittadini, intraprendituri u konsumaturi, li jmexxu t-teknoloġija u mhux t-teknolġija li tmexxi lilhom."

L-internet tal-lum, permezz tal-kompjuters u l-mowbajls, jgħaqqad xi 1.5 biljun utent madwar id-dinja kollha (b'xi 300 miljun minnhom fl-UE). Żvilupp ewlieni fis-snin li ġejjin se jkun li kull ma jmur se jiġu konnessi mhux biss kompjuters iżda wkoll magni u varjetà ta' oġġetti fiżiċi u b'hekk jinħoloq l-'internet tal-oġġetti'. Dawn jistgħu jkunu affarijiet sempliċi ta' kuljum bħal bottijiet tal-jogurt li jirreġistraw it-temperatura tul il-katina tal-forniment, jew żewġ mediċini li javżaw lill-pazjenti li jistgħu jkunu inkompatibbli ma’ xulxin. Jew jistgħu jkunu affarijiet aktar sofistikati, bħalma huma l-monitoraġġ tas-saħħa jew sistemi tar-riċiklaġġ li jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali tal-lum, bħalma huma s-soċjetà aktar anzjana u t-tibdil fil-klima. Bl-eluf ta' oġġetti li jinsabu madwar kull wieħed minna, din l-interkonnessjoni ta' oġġetti fiżiċi se tamplifika l-effetti profondi li l-komunikazzjoni moderna qed ikollha fuq is-soċjetà tagħna.

Fost l-14-il azzjoni li semmiet illum il-Kummissjoni sabiex tippromwovi l-evoluzzjoni tal-'internet tal-oġġetti' fl-UE (ara l-Anness), hemm l-istandardizzazzjoni tat-teknoloġiji involuti madwar l-Ewropa u finanzjament aħjar tar-riċerka, iżda wkoll miżuri biex jipproteġu l-privatezza, id-dejta u s-sigurtà tan-nies hekk kif it-teknoloġija l-ġdid tissawwar madwarhom. Ix-xahar li għadda l-Kummissjoni diġà spjegat l-importanza li l-protezzjoni tad-dejta personali tan-nies tingħata l-akbar prijorità hekk kif ifeġġu teknoloġiji ġodda bħal-lametti intelliġenti (Mezzi tal-Identifikazzjoni permezz ta' Frekwenza tar-Radju - RFID) u ppreżentat rakkomandazzjonijiet dwar kif dan jista' jsir bl-aħjar mod ( IP/09/740 , IP/09/571 ).

Il-Kummissjoni qiegħda wkoll taħdem biex tiżgura li jkun hemm biżżejjed indirizzi tal-internet (li huma meħtieġa biex jiġu konnessi l-oġġetti kollha mal-internet l-istess kif inhuma għall-websajts) sabiex din il-mewġa ġdida ta' oġġetti konnessi tkun tista’ tifforma. Dan jitlob it-tqassim tal-aktar sors riċenti ta' indirizzi tal-internet (Ipv6), li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni wiesgħa tiegħu li se tippermetti lill-oġġetti bħall-affarijiet tad-dar li jkollhom l-indirizzi tal-protokoll tal-internet tagħhom biex jikkonnetjaw ma' mezzi oħrajn ( IP/08/803 ).

Sfond:

Fl-2006, il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika ( IP/06/289 ) dwar l-iżvilupp u l-użu taċ-ċipep intelliġenti (teknoloġiji RFID). Abbażi ta' din il-konsultazzjoni, f'Marzu 2009 adottat Komunikazzjoni ( IP/07/332 ) li enfasizzat li l-RFID kien biss parti żgħira minn l-evoluzzjoni li għaddejja li qed tissejjaħ l-'Internet tal-oġġetti'.

Il-Pjan ta' Azzjoni tal-lum jespandi fuq din id-dikjarzzjoni u jipproponi erbatax-il pass biex nisfruttaw il-potenzjal kollu ta' din l-evoluzzjoni l-ġdida. Il-Kummissjoni, flimkien mal-partijiet konċernati kollha, għandha issa timplimenta dan il-pjan u tirraporta dwar l-attivitajiet rilevanti f'Komunikazzjoni oħra fi żmien tliet snin.

Illum il-Kummissjoni Ewropea qed tadottat ukoll Komunikazzjoni strateġika dwar il-ġejjieni tal-governanza tal-internet: ara IP/09/951

Il-Pjan ta' Azzjoni għall-'internet tal-oġġetti' jinsab fi:

http://ec.europa.eu/information_society/policy/rfid/index_en.htm

Annex

Internet of Things: A 14-point Action Plan

  • Governance. The Commission will work on the definition of a set of principles underlying the governance of the Internet of Things and the design of an architecture endowed with a sufficient level of decentralised management.

  • Privacy and data protection. The Commission will observe carefully the application of data protection legislation to the Internet of Things.

  • The right to the "silence of the chips". The Commission will launch a debate about whether individuals should be able to disconnect from their networked environment at any moment. Citizens should be able to read basic RFID (Radio Frequency Identification Devices) tags – and destroy them too – to preserve their privacy. Such rights are likely to become more important as RFID and other wireless technologies become small enough to be invisible.

  • Emerging risks. The Commission will take effective action to enable the Internet of Things to meet challenges related to trust, acceptance and security.

  • Vital resource. In connection with its activities on the protection of critical information infrastructures, the Commission will closely follow the development of the Internet of Things into a vital resource for Europe.

  • Standardisation. The Commission will, if necessary, launch additional standardisation mandates related to the Internet of Things.

  • Research. The Commission will continue to finance collaborative research projects in the area of the Internet of Things through the 7 th Framework Programme.

  • Public Private Partnership. The Commission will integrate, as adequate, the Internet of Things in the four research and development public-private partnerships that are being prepared.

  • Innovation. The Commission will launch pilot projects to promote the readiness of EU organisations to effectively deploy marketable, interoperable, secure and privacy-aware Internet of Things applications.

  • Institutional awareness. The Commission will regularly inform the European Parliament and the Council about Internet of Things developments.

  • International dialogue. The Commission will intensify the dialogue on the Internet of Things with its international partners to share information and good practices and agree on relevant joint actions.

  • Environment. The Commission will assess the difficulties of recycling RFID tags as well as the benefits that the presence of these tags can have on the recycling of objects.

  • Statistics. Eurostat will start publishing statistics on the use of RFID technologies in December 2009

  • Evolution. The Commission will gather a representative set of European stakeholders to monitor the evolution of the Internet of Things.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website