Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/912

Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2009

Il-konsumaturi: L-UE tistabbilixxi standards ta’ sikurezza ġodda għall-prodotti għall-kura tat-tfal

L-Istati Membri madwar l-UE jinsabu lesti biex nhar it-Tnejn li ġej japprovaw żewġ standards ġodda għas-sikurezza tat-tfal – għal apparat għat-twieqi u għal oġġetti li jintużaw biex jinħaslu t-tfal li ma jistgħux jinfetħu mit-tfal – bħala parti minn mira aktar wiesgħa biex jiġu aġġornati l-istandards ta’ sikurezza għal għażla ta’ prodotti tal-kura tat-tfal madwar l-UE. Bħalissa ma hemm l-ebda standard tal-UE għal dawn l-oġġetti. L-istandards il-ġodda se ji¿guraw li apparat biex ma jinfetħux it-twieqi mit-tfal ikun sikur għal kollox kif ukoll li jkun hemm standards ta’ sikurezza b’mod ġenerali ogħla. Ġħal oġġetti li jintużaw biex jinħaslu t-tfal fl-iskola tat-trabi, bħal pereżempju sedili tal-banju għal trabi żgħar ħafna jew li jkunu għadhom kemm twieldu, l-istandards se jtejbu r-rekwiżiti tal-istabbiltà u tas-sikurezza u se jimponu twissijiet ġodda u aktar ċari għal dawk li jieħdu ħsiebhom. L-Istati Membri se jivvotaw biex jagħtu l-approvazzjoni biex jipproċedu bl-istandards il-ġodda f’vot fil-Kumitat dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti nhar it-Tnejn 15 ta’ Ġunju.

Il-Kummissarju tal-UE tal-Affarijiet għall-Konsumatur Meglena Kuneva qalet, "Il-ġudizzju dwar kif wieħed għandu jimmaniġġja bl-aħjar mod is-sikurezza tat-tfal tiegħu se jitħalla f’idejn kull ġenitur jew kull min jieħu ħsieb it-tfal. It-tħassib tagħna hu li għall-ġenituri li ma jridux jużaw dawn il-prodotti, dawn iridu jkunu sikuri. L-istruzzjonijiet għandhom ikunu ċari ħafna, il-prodotti jridu jkunu verament magħmula biex ma jinfetħux mit-tfal, jekk dawn jgħidu li huma hekk, u l-prodotti għandhom jirreżistu t-testijiet kollha ta’ sikurezza. Dawn il-prodotti jintużaw biex jieħdu ħsieb il-konsumatur l-aktar vulnerabbli tagħna, hemm raġuni għaliex wieħed għandu jkun aktar viġilanti fejn tidħol is-sikurezza.

Il-proċess

Il-Kummissjoni Ewropea, li qed taħdem flimkien mal-Istati Membri, qiegħda fil-proċess li taġġorna l-istandards ta’ sikurezza għal għażla ta’ prodotti li jintużaw għall-kura tat-tfal – fejn standards preżenti tal-UE ma jeżistux jew fejn l-istandard eżistenti ma jkoprix ir-riskji kollha. Is-sena ddieħla se jitressqu proposti għal standards addizzjonali għal prodotti tal-iskola tat-trabi – li jinkludu pereżempju l-high chairs, il-booster seats, is-saqqijiet.

Apparat għat-twieqi li ma jistax jinfetaħ mit-tfal

Dan l-apparat ta’ sikurezza hu ddisinjat biex inaqqas jew jipprevjeni l-inċidenti billi: (1) jimblokka l-ftuħ ta’ tieqa jew bieb ta’ gallarija sa ċerta pożizzjoni limitata; u (2) billi s-serratura tat-tieqa ma tkunx tista’ tinfetaħ mit-tfal biex din ma tinfetaħx minn tfal li għandhom inqas minn erba' snin.

Is-sitwazzjoni pre¿enti: Waqgħat aċċidentali mill-għoli bħat-twieqi u l-gallariji jirrappreżentaw kawża li twassal għal mewt jew ħsara fil-moħħ jew ħsara skeletali għal tfal ta’ taħt il-ħames snin 1 (Fir-reġjun tal-Ile de France, bejn Mejju u Settembru 2005, ġew irreġistrati 67 waqgħa bħal dawn. Fid-Danimarka u l-Iżvezja huma rreġistrati bejn 20 u 60 każ kull sena.

Dejta mill-1996 sal-2003 turi li kien hemm 79 inċident kull sena fil-Greċja, 130 kull sena fil-Pajjiżi l-Baxxi u 25 inċident kull sena fir-Renju Unit 2 . Kull sena fl-Istati Uniti, imutu bejn 15 u 20 tifel u tifla taħt l-10 snin, u aktar minn 4 000 jiġu kkurati fis-swali tal-emerġenza tal-isptar għal korrimenti relatati ma’ waqgħat mit-twieqi 3 .

Bejn l-2005-2007, twettaq proġett konġunt mill-Awstrija, id-Danimarka u n-Norveġja biex tiġi evalwata s-sikurezza ta’ apparat li ma jistax jinfetaħ mit-tfal għat-twieqi u l-bibien tal-gallariji. Ir-riżultati sabu li diversi mudelli ġew żarmati minn tifel/tifla, minkejja li kienu ddikjarati li ma jistgħux jinfetħu mit-tfal, mudelli oħrajn waqgħu, tkissru jew ma rreżistewx it-test ta' deterjorament. Il-mudelli kollha ttestjati ma kellhomx uħud mill-istruzzjonijiet bażiċi meħtieġa.

Il-proposta: L-istandard tal-UE se jintroduċi rekwiżiti ġodda biex jevalwa r-reżistenza tal-prodott tat-tfal, l-integrità strutturali tagħhom matul il-ħajja operattiva mistennija , ir-reżistenza tagħhom għad-deterjorament u esponiment għall-kundizzjonijiet tat-temp. L-istandard se jkun jeħtieġ ukoll il-provvediment ta’ struzzjonijiet ċari u tagħrif għall-utenti.

Oġġetti b iex tinħasel it-tarbija

Is-sitwazzjoni pre¿enti: Bħalissa ma hemm l-ebda standard tal-UE għal oġġetti biex tinħasel it-tarbija-sedili tal-banju, strument awżiljarju tal-banju jew banjijiet. Jeżisti numru limitat ta’ provvedimenti nazzjonali, bħal pereżempju, fi Franza. L-Istati Uniti bħalissa għandha standard għal sedili tal-banju.Għal banjijiet u saqajn li hemm standard li għadu fi stadji bikrin ta’ żvilupp.

Hemm evidenza estensiva mad-dinja kollha ta’ inċidenti u korrimenti kmieni fit-tfulija assoċjata mal-prodotti tal-iskola tat-trabi. Pereżempju, fl-Istati Uniti fl-2007, kien hemm bejn wieħed u ieħor 62 000 korriment kkurat tad-dipartiment tal-emerġenza assoċjati ma’ prodotti tal-iskola tat-trabi fost tfal taħt il-ħames snin. Minħabba dan it-tħassib, il-Kummissjoni għamlet studju (2007-2008), b’segwitu tal-konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, li identifika prodotti li jintużaw fl-iskola tat-trabi li jqiegħdu b'mod partikolari f’riskji serji lit-trabi u lit-tfal żgħar – u li għalihom la hemm standards ta’ sikurezza u lanqas standard eżistenti li jkopri r-riskji kollha.

Dawn il-prodotti jinkludu:

Sedili tal-banju għat-trabi – prodotti li jistgħu jgħinu lit-tarbija toqgħod bilqiegħda waqt li tkun qed tinħasel. Strumenti awżiljarji tal-banju – ta’ spiss jintużaw għal trabi żgħar ħafna jew li għadhom kemm twieldu biex jippermettu lit-tarbija biex tinżamm f’pożizzjoni mimduda waqt li jkunu qed jinħaslu. Banjijiet u saqajn għal trabi żgħar li għandhom sa 12-il xahar.Dawn l-oġġetti saru popolari ħafna u qegħdin jintużaw iżjed u iżjed mill-konsumatur

Ir-raġuni prinċipali wara l-inċidenti hija s-sens falz ta’ sikurezza mill-utenti adulti minħabba li dawn jassumu li dawn il-prodotti huma apparat għas-sikurezza, u huwa aktar probabbli li jħallu t-tarbija waħedha fil-banju. L-istudju tal-Kummissjoni jqajjem tħassib ukoll dwar ir-rekwi¿iti ta’ stabbiltà. Kien hemm inċidenti wkoll meta kien hemm preżenti xi ħadd li jieħu ħsieb it-trabi. waqgħu l-prodotti, jinqalgħu mill-wiċċ jew infetħu inċidentalment mit-tfal. Il-viġilanza ta’ min jieħu ħsieb lit-tfal tibqa’ kritika minħabba li dawn jistgħu jegħrqu f’ħin qasir.

Ċifri mill-Kummissjoni tal-Istati Uniti dwar is-Sikurezza tal-Prodott tal-Konsumatur, CPSC (USA) li ħarġu fi Frar 2009 4 , jindikaw li kien hemm 90 mewta bejn l-2003 u l-2005 ta' tfal żgħar li jużaw banjijiet tat-trabi jew sedili tal-banju. Tmienja u sebgħin tifel u tifla għerqu fil-banju bejn l-1989 u l-2003 fir-Renju Unit 5 , 123 tifel u tifla għerqu fl-Istati Uniti bejn Jannar 1983 u April 2005 6 . L-età medja tal-vittmi hija bejn ħames u 10 xhur

Il-proposta : L-istandard il-ġdid se jintroduċi rekwiżiti mtejba ta’ stabbilt à u reżistenza – biex jimminimizza r-riskju li " tegħleb " jekk it-tarbija tinklina fi kwalunkwe direzzjoni jew tipprova tqum jew timbotta l-prodott. Dan se jeħtieġ ukoll twissijiet aktar ċari u viżibbli u struzzjonijiet lill-konsumatur, fuq il-pakkett, fuq il-prodott u fejn jinbiegħ.

Xi jmiss?

Il-proposta tal-Kummissjoni tmur il-Parlament Ewropew għal perjodu ta’ skrutinju ta’ xahar u mbagħad tgħaddi għand il-Kulleġġ tal-Kummissarji għal deċiżjoni formali. Wara jintbagħat mandat lis-CEN (il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni) biex jibda jaħdem fuq l-istandards il-ġodda tal-prodott u li jista’ jieħu aktar minn sentejn.

Il-votazzjoni se ssir fil-15 ta’ Ġunju fiċ-Ċentru Albert Borschette, Rue Froissart, waqt il-ħin tal-ikel.

Il-link għall-istudju:

http://ec.europa.eu/consumers/safety/projects/ongoing-projects_en.htm#project_results .

1 :

Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija – Rapport Ewropew dwar il-Prevenzjoni tal-korrimenti tat-tfal ; 2008

2 :

Commission de la Sécurité des Consommateurs-, France Avis relatif à la sécurité des fenêtres et balcons (10/05)

3 :

Il-Kummissjoni tal-Istati Uniti għas-Sikurezza tal-Prodotti tal-Konsumatur, Reviżjoni tas-Sikurezza tal-Prodotti tal-Konsumatur, volum 5 (2000)

4 :

http://www.cpsc.gov/library/nursery07.pdf

5 :

Is-Soċjetà Rjali għall-Prevenzjoni tal-Inċidenti, Ir-Renju Unit

6 :

Il-Kummissjoni tal-Istati Uniti għas-Sikurezza tal-Prodotti tal-Konsumatur , Sedili tal-Banju, Settembru 2006


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website