Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea tagħti ħarsa ġenerali tal-perspettivi għaż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja fil-ħames snin li ġejjin

Commission Européenne - IP/09/894   10/06/2009

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV SK SL BG

IP/ 09/894

Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2009

Il-Kummissjoni Ewropea tagħti ħarsa ġenerali tal-perspettivi għa ż - ż ona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja fil-ħames snin li ġejjin

Il-Kummissjoni Ewropea adottat illum żewġ komunikazzjonijiet li fihom tanalizza l-azzjoni tal-Unjoni matul l-aħħar snin fiż-żona tal-ġustizzja u tal-affarijiet interni, u tippreżenta l-prijoritajiet tagħha għall-futur. Iċ-ċittadin għandu jkun fiċ-ċentru tal-"programm ta' Stokkolma" futur li għandu jiġi diskuss fil-Parlament Ewropew u adottat mill-Kunsill Ewropew sal-aħħar tas-sena u li ser ikun il-qafas tal-azzjoni tal-Unjoni dwar il-kwistjonijiet ta' ċittadinanza, ġustizzja, sigurtà, ażil u immigrazzjoni għal 5 snin li ġejjin.

"Fis-snin li ġejjin, l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea trid tkun maħ suba biex l-ewwel nett tagħti l-aħjar servizz possibbli liċ-ċittadin fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja", enfasizza l-President tal-Kummissjoni, José Manuel Barroso. "Aħna rridu nippromwovu d-drittijiet taċ-ċittadini, niffaċilitaw il-ħajja tagħhom ta' kuljum, nipproteġuhom u għal dan irridu nieħdu azzjoni Ewropea effiċjenti u responsabbli f'dawn l-oqsma. F'dan il-kuntest, jien nagħti importanza speċjali lill-politika tal-immigrazzjoni. Hija din il-viżjoni li l-Kummissjoni tixtieq tara diskussa fil-Kunsill u fil-Parlament Ewropew bl-għan li jiġi adottat il-programm ta' Stokkolma l-ġdid mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2009.

Il-Viċi-President Jacques Barrot, membru tal-Kummissjoni responsabbli tal-ġustizzja, libertà u sigurtà qal: "Il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja huma valuri importanti li jikkostitwixxu komponenti ewlenin tal-mudell tas-soċjetà Ewropea. Matul dawn l-aħħar snin sar progress importanti fil-ħolqien ta' ż ona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-prijorità issa trid tkun li ċ-ċittadin jitqiegħed fiċ-ċentru ta' dan il-proġett sabiex jintwera il-valur mi ż jud tal-Unjoni Ewropea f'oqsma li huma relatati daqshekk mill-qrib mal-ħajja ta' kuljum tal-persuni."

Minn għaxar snin ilu, l-għan tal-Unjoni Ewropea kien li tibni żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-programmi ta' Tampere 1 u tal-Aja 2 taw l-impetu politiku meħtieġ u twettaq progress konsiderevoli.

Il-prijoritajiet imressqa mill-Kummissjoni jikkunsidraw l-iżviluppi riċenti taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-progress imwettaq kif ukoll il-lezzjonijiet meħuda matul l-aħħar 5 snin huma analizzati fid-dettall fil-Komunikazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-Programm tal-Aja. L-esperjenza miksuba għandha tgħina biex nindirizzaw l-isfidi importanti li taffaċċja l-Unjoni.

Eżempji ta' sfidi li qed nistennew:

Iċ-ċittadini jridu jgħixu f'Unjoni Ewropea prospera u paċifika fejn id-drittijiet tagħhom huma rrispettati u s-sigurtà tagħhom protetta. Huma jridu jkunu jistgħu jivvjaġġaw b'mod ħieles u jagħżlu li jistabbilixxu ruħhom temporanjament jew b'mod permanenti f'pajjiż ieħor Ewropew biex jistudjaw, jaħdmu, ikollhom familja, jiftħu negozju jew biex jirtiraw. Huma jixtiequ li jkollhom aċċess faċli għall-ġustizzja, il-possibbiltà li jeżegwixxu deċiżjonijiet tal-qrati minn Stat Membru għall-ieħor, u protezzjoni kontra diversi theddid (kriminalità organizzata, terroriżmu). Sabiex jinkiseb dan jeħtieġ li l-pulizija tal-Istati Membri u s-sistemi ġudizzjarji tagħhom jikkooperaw aħjar bejniethom u b'mod iktar effiċjenti.

L-Unjoni trid ukoll timmobil ita ruħha biex tgħin liċ-ċittadini u l-impriżi jadattaw aħjar għal terminu qasir għall-kriżi ekonomika u għal terminu itwal biex jindirizzaw l-isfidi ta' soċjetà globalizzata u ta' popolazzjoni Ewropea li dejjem qed tikber. Hi trid twaqqaf politika ta' migrazzjoni flessibbli li tippermettilha li twieġeb għall-ħtiġijiet tagħha fil-qasam tal-impjieg u biex tieħu vantaġġ mill-opportunitajiet provduti mill-ħaddiema barranin. Hi trid ukoll tikkonferma t-tradizzjoni umanitarja tagħha billi toffri b'mod ġeneruż il-protezzjoni tagħha għal dawk li għandhom bżonn.

Liem huma l-prijoritajiet politiċi?

Il-programm futur għandu jkun organizzat madwar erba' prijoritajiet ewlenin li jipprovdu proposti konkreti sabiex jagħmlu l-benefiċċji taż-żona Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizzja iktar effettivi u tanġibbli f'għajnejn iċ-ċittadini.

  • Il-promozzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini – Ewropa tad-drittijiet: iż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għandha tkun qabel kollox żona unika ta' protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, fejn ir-rispett tal-persuna u tad-dinjità tal-bniedem, kif ukoll tad-drittijiet l-oħra stabbiliti fil-Karta tad-drittijiet fundamentali jikkostitwixxi valur essenzjali. Jeħtieġ b'mod partikolari li tkun ippreservata l-isfera privata taċ-ċittadin lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, speċjalment permezz tal-protezzjoni tad-dejta personali tiegħu; li jkunu kkunsidrati l-ħtiġijiet speċjali ta' persuni vulnerabbli; u li jkun żgurat l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza bħal pereżempju d-dritt tal-vot u d-dritt tal-protezzjoni konsulari

  • Il-faċilitazzjoni tal-ħajja taċ-ċittadini – Ewropa tal-Ġustizzja: it-twettiq ta' żona Ewropea tal-ġustizzja għandu jkun iddettaljat. Dan jitratta l-ewwel nett il-ħolqien ta' mekkaniżmi li jiffaċilitaw l-aċċess ta' persuni għall-ġustizzja sabiex ikunu jistgħu jinvokaw id-drittijiet tagħhom kullimkien fl-Ewropa. Fil-qasam kuntrattwali u kummerċjali, dan jippermetti li l-atturi ekonomiċi jkunu offerti l-għodda meħtieġa sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ tal-opportunitajiet tas-suq intern. Għandha titjib ukoll il-kooperazzjoni bejn il-professjonisti fil-qasam ġudizzjarju, u jkunu mobilitati l-mezzi biex jeliminaw l-ostakoli għar-rikonoxximent tal-atti legali fl-Istati Membri l-oħra.

  • Il-protezzjoni taċ-ċittadini – Ewropa li tipproteġi: Għandha tiġi żviluppata strateġija ta' sigurtà interna sabiex ittejjeb iktar is-sigurtà fi ħdan l-Unjoni u tipproteġi wkoll il-ħajja u l-integrità taċ-ċittadini Ewropej. Din l-istrateġija ta' azzjoni tinvolvi t-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-pulizija u tal-ġustizzja penali kif ukoll aċċess iktar sigur fit-territorju Ewropew. Azzjoni iktar determinata u iktar koordinata għandha tkun immexxija b'mod partikolari fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, u l-ġlieda kontra t-terroriżmu

  • Il-Promozzjoni ta' soċjetà iktar integrata għaċ-ċittadin – Ewropa Solidali: prijorità importanti matul is-snin li ġejjin ser tkun il-konsolidazzjoni u l-implimentazzjoni ta' politika ta' immigrazzjoni u ażil, li tigarantixxi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u s-sħubija mal-pajjiżi terzi. Hi għandha toffri status ċar u komuni għall-immigranti legali. Għandhom ikunu żviluppati rabtiet iktar sodi bejn l-immigrazzjoni u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol Ewropew kif ukoll politiki immirati ta' integrazzjoni u edukazzjoni. L-implimentazzjoni effettiva tal-istrumenti disponibbli għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari trid titjib. L-Unjoni trid ukoll tagħmel progress lejn sistema ta' ażil komuni u tinsisti f'dan il-qasam il-qsim tar-re sponsabbiltajiet u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri.

Eżempji ta' proposti (10 punti ta' innovazzjoni konkreti):

  • It-twaqqif fl-Unjoni ta' skema kompleta u rinfurzata tal-protezzjoni tad-dejta

  • It-tneħħija totali tal-proċeduri intermedjarji (exequatur) għall-eżekuzzjoni tad-deċi ż jonijiet tal-qrati minn Stat Membru għall-ieħor

  • Il-ħolqien ta' programm ta' skambju għall-puliżija u t-tisħiħ ta' dak e ż istenti għall-professjonijiet ġudizzjarji ("Erasmus" tal-pulizija u tal-professjonijiet ġudizzjarji)

  • It-tisħiħ tal-garanziji proċedurali fil-proċeduri penali

  • L-e laborazzjoni għall-Unjoni ta' strateġija ta' sigurtà interna

  • It-twaqqif ta' arkitettura tas-sistemi ta' informazzjoni li jippermettu t-tisħiħ tal-iskambji tal-informazzjoni bejn is-servizzi tal-pulizija Ewropej.

  • It-tisħiħ tal- evalwazzjoni tal-politiki Ewropej fil-qasam ġudizzjarju, u s-sostenn tal-isofrzi tal-Istati Membri għat-titjib tal-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom

  • It-twaqqif ta' politika tal-immigrazzjoni flessibbli, konformi mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, waqt li fl-istess ħin tiffavorixxi l-integrazzjoni tal-immigranti u tiġġieled kontra l-immigrazzjoni irregolari.

  • It-tisħiħ tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri għall-akkoljenza tar-refuġjati tal-persuni li jfittxu l-ażil.

  • It-tisħiħ tal-isforz tar-riċerka fil-qasam tat-teknika tas-sigurtà

Il-Viċi-President Barrot ikkonkluda dwar kwistjonijiet qawwija li jinsabu fil-qalba ta' din il-komunikazzjoni : " ir-rispett tal-persuna u d-dinjità tal-bniedem jippreżentaw valuri essenzjali taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-Persuna trid tkun fiċ-ċentru tal-kostruzzjoni tagħha u tal-iżviluppi futuri kollha. It-tieni nett, is-solidarjetà għandha tkun il-kelma ewlenija tal-programm futur. Is-solidarjetà bejn il-persuni, b'mod partikolari l-iktar vulnerabbli, solidarjetà bejn l-Istati Membri sabiex isibu soluzzjonijiet komuni għall-isfidi komuni bħal pereżempju t-terroriżmu jew il-kriminalità organizzata, biex jieħdu vantaġġ flimkien tal-opportunitajiet li tista' toffri immigrazzjoni regolari u adattata għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, solidarjetà biex inwieġbu flimkien għall-ħtieġa ta' protezzjoni espressa minn persuni li jfittxu ażil fil-fruntieri tagħna".

Għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Viċi President Barrot, ara l-websajt:

http://ec.europa.eu/commission_barroso/barrot/index_en.htm

1 :

Il-Programm ta' Tampere : lejn Unjoni ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, Konklużjonijiet tal-Presidenza, Kunsill Ewropew ta' Tempere tal-15-16 ta' Ottubru 1999.

2 :

Il-Programm tal-Aja: it-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1), u l-pjan ta' azzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jimplimenta l-programm tal-Aja dwar it-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (ĠU C 198, 12.8..2005, p. 1).


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site