Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/880

Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2009

Ir-Regolament tal-UE dwar ir-Roaming jegħleb l-aħħar ostakolu: il-Kunsill iwitti t-triq għal prezzijiet orħos tar-roaming mill-1 ta’ Lulju

Illum, il-ministri tas-27 Stat Membru tal-UE adottaw formalment ir-regoli l-ġodda tal-UE dwar ir-roaming, li l-Kummissjoni Ewropea pproponiethom f’Settemrbu ( IP/08/1386 ) li għadda u li ġew approvati mill-Parlament Ewropew f’April ( IP/09/620 ) . Ir-regoli l-ġodda tal-UE dwar ir-roaming se jwasslu għal tnaqqis ulterjuri sa 60% fuq il-kontijiet tar-roaming tal-konsumaturi mill-1 ta' Lulju - fil-waqt għall-vaganzi tas-sajf ta' din is-sena. Ir-Regolament tar-Roaming il-ġdid jiżgura li l-konsumaturi ma jħallsux iktar minn €0.11 (minbarra l-VAT) biex jibagħtu messaġġ meta jkunu msefrin fl-UE. Il-Konsumaturi se jkunu jistgħu wkoll jużaw l-internet, iniżżlu l-films jew jibagtħu r-ritratti tal-vaganzi mill-mowbajl tagħhom mingħajr ma jieħdu qtajja' meta jerġgħu lura d-dar u jirċievu l-kont wara li jkunu użaw ir-roaming matul is-sajf. Skont ir-regoli l-ġodda, l-operaturi tas-servizzi ċellulari għandhom jiċċarġjaw lill-klijenti tagħhom bis-sekondi għat-telefonati roaming wara l-ewwel 30 sekonda – minflok fuq bażi ta’ kull minuta – u dan mistenni li l-kontijiet tat-telefon ibaxxihom saħansitra b'24%. Wara l-approvazzjoni mill-Kunsill tal-Ministri llum, ir-regoli l-ġodda tal-UE dwar ir-roaming se jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Lulju fis-27 Stat Membru tal-UE kollha.

“L-adozzjoni mill-Kunsill tal-Ministri llum tfisser li r-regoli l-ġodda dwar ir-roaming għaddew l-aħħar ostaklu proċedurali u mill-1 ta’ Lulju se jkunu ta' benefiċċju għall-konsumaturi . Il-Kunsill b’hekk isegwi l-eżempju tal-Parlament Ewropew li vvota favur ir-regoli l-ġodda b’maġġoranza kbira ferm f’April. Din hija aħbar tassew tajba għaċ-ċittadini Ewropej li se jkunu jistgħu jivjaġġaw dan is-sajf u jużaw ir-roaming b’moħħhom mistrieħ u mingħajr l-inkwiet li se jieħdu xi qatgħa meta jirċievu l-kont'' . qalet il-Kummissarju tat-Telekomunikazzjoni tal-UE Viviane Reding (li llum reġgħet lura għall-kariga tagħha wara assenza ta’ tliet ġimgħat mill-Kummissjoni Ewropea).

Wara li ntlaħaq qbil politiku aktar kmieni din is-sena bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Parlament Ewropew, fil-maġġoranza kbira tiegħu ivvota favur (646 favur, 22 kontra u 9 astensjonijiet) ir-Regolament fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ April ( IP/09/620 ).

Sabiex il-proċess jitħaffef u jiġi żgurat li r-regoli l-ġodda dwar ir-roaming jidħlu fis-seħħ f'waqthom għall-vaganzi tas-sajf, l-Istati Membri adottaw ir-Regolament dwar ir-Roaming tal-UE fil-formazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri għall-Impjiegi, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumaturi, wara li l-ministri tat-Telekomunikazzjoni tas-27 Stat Membru taw l-appoġġ politiku informali tagħhom lill-proposta tal-Kummissjoni f’Novembru s-sena li għaddiet.

Bl-adozzjoni tal-lum mill-Kunsill, ittieħed l-aħħar pass fil-proċess ta’ approvazzjoni, biex b’hekk il-President tal-Parlament Ewropew u l-Presidenza tal-Kunsill ikunu jistgħu jiffirmaw ir-Regolament formalment fit-18 ta’ Ġunju. Imbagħad ikun jista’ jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE ftit jiem wara. Peress illi r-regoli l-ġodda dwar ir-roaming huma inklużi f’Regolament tal-UE, se jidħlu fis-seħħ immedjatament fl-1 ta’ Lulju 2009 fis-27 Stat Membru tal-UE kollha kemm huma.

L-isfond

Ir-regoli l-ġodda tal-UE dwar ir-roaming, li ġew approvati formalment illum mill-Kunsill, sejrin:

  • jimponu limitu ta’ €0.11 għall-prezz li jista' jinżamm lill-konsumaturi talli jibagħtu messaġġ SMS waqt is-safar (minbarra l-VAT), meta mqabbel mal-medja kurrenti ta' €0.28 (il-klijenti mill-Olanda u l-Portugall iħallsu aktar minn €0.35 għal kull SMS li jibagħtu bir-roaming).

  • inaqqsu sostanzjalment it-tariffi tad-dejta bir-roaming (kemm jiġi jqum li ddur l-internet jew tniżżel films b'mowbajl meta tkun imsifer) billi jintroduċu limitu bl-ingrossa ta' €1 għal kull megabyte imniżżla , meta mqabbel mal-prezz bl-ingrossa medju ta' tal-UE ta’ €1.68 il-megabyte, bl-ogħla tariffi fl-Irlanda (€6.82), il-Greċja (€5.30) u l-Estonja (€5.10). Il-limitu tal-prezz bl-ingrossa se jinżel għal €0.80 fl-2010 u għal €0.50 fl-2011, u għandu jwassal għal aktar traħħis fil-kontijiet tal-klijenti.

  • iħarsu l-konsumaturi mill-"qtajja’ fil-kontijiet" billi l-klijenti jkunu jistgħu jagħżlu mekkaniżmu ta' qtugħ malli l-kont jilħaq il-€50 , sakemm il-konsumatur ma jagħżilx li jkollu limitu ogħla. L-operaturi għandhom sa Marzu 2010 biex jimplimentaw dawn il-miżuri ta' trasparenza.

  • ikomplu jnaqqsu l-prezzijiet għat-telefonati ċellulari bir-roaming . Il-limiti, li bħalissa qegħdin €0.46 għat-telefonati li jsiru u €0.22 għat-telefonati mwieġba waqt is-safar, se jinżlu għal €0.43 għat-telefonati li jsiru u €0.19 għat-telefonati mwieġba waqt is-safar fl-1 ta' Lulju 2009, għal €0.39 u €0.15 fl-1 ta' Lulju 2010, u jkomplu jinżlu għal €0.35 u €0.11 sal-1 ta' Lulju 2011 (il-prezzijiet kollha kull minuta, minbarra l-VAT).

  • jintroduċu l-prinċipju tal-kont bis-sekonda għall-ewwel 30 sekonda għal telefonati li jsiru bir-roaming u mill-ewwel sekonda għat-telefonati mwieġba waqt is-safar. Bħalissa, bil-kontijiet ibbażati fuq ir-rati kull minuta, il-konsumaturi qed iħallsu madwar 20% aktar mill-ħin li fil-fatt jikkunsmaw meta jagħmlu jew iwieġbu t-telefonati.

Ara wkoll MEMO/08/578


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website