Navigation path

Left navigation

Additional tools

It-tibdil fil-klima: Il-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li kien hemm fl-2007 għat-tielet sena konsekuttiva

European Commission - IP/09/851   29/05/2009

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/851

Brussell, 29 ta' Mejju 2009

It-tibdil fil-klima: Il-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li kien hemm fl-2007 għat-tielet sena konsekuttiva

Illum il-Kummissarju għall-Ambjent Stavros Dimas laqa' l-aħbar li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-UE naqsu għat-tielet sena konsekuttiva. L-inventarju tal-emissjonijiet miġbur mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-2007, l-aktar sena riċenti li hemm id-dejta sħiħa disponibbli dwarha, juri li mill-2006 lil hawn l-emissjonijiet tal-grupp tal-UE-15 niżlu b’1.6% filwaqt li l-ekonomija kibret bi 2.7%. Bis-saħħa ta’ dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-grupp tal-UE-15, il-livelli tagħhom jinsabu 5.0% taħt dawk tas-sena bażi (f’ħafna każijiet din hija l-1990). Dan ifisser li l-grupp tal-UE-15 jinsab tabilħaqq fit-triq it-tajba biex jilħaq il-mira tiegħu skont il-Protokoll ta’ Kjoto, jiġifieri li bejn il-perjodu tal-2008 u l-2012 il-medja tal-emissjonijiet tinżamm 8% taħt il-livelli tas-sena bażi. L-emissjonijiet tal-UE-27 niżlu b’1.2% matul is-sena u jinsabu 12.5% taħt il-livelli tas-sena bażi.

Il-Kummissarju Dimas qal: “It-tnaqqis riċenti tal-emissjonijiet fost il-grupp tal-UE-15 iqawwilna qalbna li se nilħqu b’suċċess il-mira tagħna ta’ Kjoto. B’iktar minn nofs l-Istati Membri tal-UE-15 li għal darb'oħra rreġistraw tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet fl-2007, it-tħassib ewlieni tagħna bħalissa huwa li niżguraw li, fil-konferenza ta' Kopenħagen li se ssir f’Diċembru, jintlaħaq ftehim ambizzjuż dwar il-klima globali għall-perjodu ta’ wara l-2012. Dan għandu joħloq qafas għat-tnaqqis tal-emissjonijiet madwar id-dinja għall-ġejjieni."

Żied jgħid: “Għalkemm parti mit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE-15 fl-2007 kien riżultat tal-kundizzjonijiet tajbin tat-temp f’xi wħud mill-Istati Membri, ix-xejra ’l isfel tal-emissjonijiet li kien hemm f'dawn l-aħħar tliet snin tindika li l-politiki u l-miżuri proattivi dwar il-klima meħudin fuq livell nazzjonali u tal-UE issa bdew jagħtu r-riżultati. Il-pakkett dwar il-klima u l-enerġija li ġie adottat ix-xahar li għadda jiżgura li għandu jkun hemm iktar tnaqqis fis-snin li ġejjin.

It-tendenza li jonqsu l-emissjonijiet minkejja t-tkabbir ekonomiku

It-tnaqqis ta’ 1.6% tal-emissjonijiet tal- UE-15 bejn l-2006 u l-2007 jaqta’ kuntrast maż-żieda ta’ 2.7% fil-PGD matul dak il-perjodu. Dan ifisser li l-UE rnexxielha tkompli tifred l-emissjonijiet mit-tkabbir ekonomiku. L-emissjonijiet kienu naqsu wkoll fis-sentejn ta’ qabel, b’0.9% fl-2005 u b’0.6% fl-2006.

Ir-raġunijiet ewlenin għalfejn naqsu l-emissjonijiet fl-2007 - li ammontaw għal 64 miljun tunnellata f'ekwivalenti ta' CO 2 – kienu riżultat tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mid-djar minħabba li għamel temp iktar sħun u mill-industrija tal-manifattura u mill-produzzjoni tal-ħadid u l-azzar. Min-naħa l-oħra, żdiedu l-emissjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir ta' refriġerazzjoni u tal-arja kondizzjonata.

Il-maġġoranza tas-setturi rreġistraw tnaqqis fl-emissjonijiet bejn is-sena bażi u l-2007. L-emissjonijiet mill-proċessi industrijali naqsu b'14.1%, mis-settur tal-enerġija għajr dak tat-trasport b'7.4%, mill-użu tas-solventi u prodotti oħra b'23.7%, mill-agrikoltura bi 11.3% u mill-iskart b'38.9%. Min-naħa l-oħra, b’mod ġenerali, l-emissjonijiet mit-trasport żdiedu b’23.7% u b’24.7% mis-settur tat-trasport bl-art.

F’sena, l-emissjonijiet tal- UE-27 naqsu b’1.2%. B’konsegwenza, il-livelli baqgħu 12.5% taħt dawk tas-sena bażi, li għal uħud mill-Istati Membri dan il-valur huwa differenti minn dak li nkiseb fl-1990, u huwa 9.3% taħt il-livelli tal-1990 stess. It-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2006, li ammontaw għal 59.4 miljun tunnellata f’ekwivalenti ta’ CO 2 , jista’ jkun fil-biċċa l-kbira dovut għall-istess raġunijiet fil-każ tal-UE-15. Kienu rreġistrati żidiet fl-emissjonijet mal-UE-27 fis-settur tat-trasport, fil-produzzjoni tas-siment u fil-produzzjoni tal-elettriku għall-pubbliku u s-sħana, kif ukoll fit-tagħmir ta' refriġerazzjoni u tal-arja kondizzjonata

Ma hija ffissata l-ebda mira dwar l-emissjonijiet għall-UE-27 skont il-Protokoll ta' Kjoto minħabba li dak iż-żmien, l-UE-12 kienu għadhom ma sarux Stati Membri. Madankollu, l-UE-12 kollha għandhom impenji individwali fil-qafas ta’ Kjoto sabiex inaqqsu l-emissjonijiet għal 6% jew 8% taħt il-livelli tas-sena bażi, ħlief għal Ċipru u Malta li ma għandhom l-ebda mira.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ġabret id-dejta, u ntbagħtet lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC).

Iktar tagħrif

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

www.eea.europa.eu

Anness

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’ekwivalenti tas-CO 2 (għajr il-ħażniet tal-karbonju) imqabbla mal-miri tal-Protokoll ta’ Kjoto għall-2008-12

STAT MEMBRU

1990

Il-Protokoll ta’ Kjoto
sena bażi 1)

2007

Bidla 2006-2007

Bidla 2006-2007

Bidla 1990-2007

Bidla sena bażi-2007

Miri 2008-12 skont il-Protokoll ta’ Kjoto u “l-qsim tal-piż fl-UE”

(miljun tunnellata)

(miljun tunnellata)

(miljun tunnellata)

(miljun tunnellata)

(%)

(%)

(%)

(%)

L-Awstrija

79,0

79,0

88,0

-3,6

-3,9%

11,3%

11,3%

-13,0%

Il-Belġju

143,2

145,7

131,3

-5,3

-3,9%

-8,3%

-9,9%

-7,5%

Id-Danimarka

69,1

69,3

66,6

-4,4

-6,2%

-3,5%

-3,9%

-21,0%

Il-Finlandja

70,9

71,0

78,3

-1,6

-2,0%

10,6%

10,3%

0,0%

Franza

562,6

563,9

531,1

-10,6

-2,0%

-5,6%

-5,8%

0,0%

Il-Ġermanja

1215,2

1232,4

956,1

-23,9

-2,4%

-21,3%

-22,4%

-21,0%

Il-Greċja

105,6

107,0

131,9

3,8

2,9%

24,9%

23,2%

25,0%

L-Irlanda

55,4

55,6

69,2

-0,5

-0,7%

25,0%

24,5%

13,0%

L-Italja

516,3

516,9

552,8

-10,2

-1,8%

7,1%

6,9%

-6,5%

Il-Lussemburgu

13,1

13,2

12,9

-0,39

-2,9%

-1,6%

-1,9%

-28,0%

L-Olanda

212,0

213,0

207,5

-1,0

-0,5%

-2,1%

-2,6%

-6,0%

Il-Portugall

59,3

60,1

81,8

-2,9

-3,4%

38,1%

36,1%

27,0%

Spanja

288,1

289,8

442,3

9,3

2,1%

53,5%

52,6%

15,0%

L-Iżvezja

71,9

72,2

65,4

-1,5

-2,2%

-9,1%

-9,3%

4,0%

Ir-Renju Unit

771,1

776,3

636,7

-11,2

-1,7%

-17,4%

-18,0%

-12,5%

L-UE-15

4232,9

4265,5

4052,0

-64,0

-1,6%

-4,3%

-5,0%

-8,0%

Il-Bulgarija

117,7

132,6

75,5

4,2

5,9%

-35,8%

-43,0%

-8,0%

Ċipru

5,5

5,5

10,1

0,2

1,6%

85,3%

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Ir-Repubblika Ċeka

194,7

194,2

150,8

1,7

1,2%

-22,5%

-22,4%

-8,0%

L-Estonja

41,9

42,6

22,0

2,8

14,8%

-47,5%

-48,3%

-8,0%

L-Ungerija

99,2

115,4

75,9

-2,9

-3,7%

-23,5%

-34,2%

-6,0%

Il-Latvja

26,7

25,9

12,1

0,4

3,5%

-54,7%

-53,4%

-8,0%

Il-Litwanja

49,1

49,4

24,7

1,9

8,1%

-49,6%

-49,9%

-8,0%

Malta

2,0

2,0

3,0

0,07

2,3%

45,7%

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Il-Polonja

459,5

563,4

398,9

-0,4

-0,1%

-13,2%

-29,2%

-6,0%

Ir-Rumanija

243,0

278,2

152,3

-1,6

-1,0%

-37,3%

-45,3%

-8,0%

Is-Slovakkja

73,3

72,1

47,0

-2,0

-4,1%

-35,9%

-34,8%

-8,0%

Is-Slovenja

18,6

20,4

20,7

0,2

0,7%

11,6%

1,8%

-8,0%

L-UE-27

5564,0

5759,8

5045,1

-59,4

-1,2%

-9,3%

-12.5%

Mhux applikabbli


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website