Navigation path

Left navigation

Additional tools

Other available languages: EN FR DE

IP/09/820

Brussell, 20 ta' Mejju 2009

Għajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni tawtorizza l-iskema Maltija ta' għajnuna temporanja li tingħata għajnuna kompatibbli ta' mhux aktar minn EUR 500 000

F'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tat-Trattat KE, il-Kummissjoni awtorizzat miżura Maltija li tgħin lin-negozji jindirizzaw il-kriżi ekonomika ta' bħalissa. Fl-2009 u l-2010 se tkun tista' tingħata għajnuna, ta' mhux aktar minn EUR 500 000 għal kull kumpanija, lil dawk in-negozji li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' problemi ta' finanzjament minħabba n-nuqqas ta' kreditu ta' bħalissa. L-iskema tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Qafas Temporanju tal-Kummissjoni dwar il-miżuri ta' għajnuna mill-Istat li, fil-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, joffri aktar opportunita' lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament (ara IP/08/1993 ). Għalhekk l-iskema hija konformi mal-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat KE, li tippermetti għajnuna 'biex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta' Stat Membru'.

Il-Kummissarju responsabbli mill-Kompetizzjoni, Nellie Kroes qalet li, "l-iskema se tgħin biex ittaffi d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw in-negozji Maltin milquta mis-sitwazzjoni attwali mingħajr ma tagħti lok għal kwalunkwe distorsjoni indebita fil-kompetizzjoni." 

L-iskema hija msejsa fuq id-dispożizzjonijiet tal-Qafas Temporanju li jittratta l-għajnuna kompatibbli ta' ammont limitat. B'mod partikolari, l-akbar ammont ta' għajnuna ma jaqbiżx il-EUR 500 000 għal kull kumpanija u l-iskema tapplika biss għal dawk in-negozji li ma kinux f'diffikultà qabel l-1 ta' Lulju 2008.

L-għajnuna se tingħata fis-sura ta' għotjiet diretti. Taħt l-iskema, jistgħu jingħataw ammonti limitati ta' għajnuna kompatibbli minn meta tingħata l-approvazzjoni tal-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2010.

Id-deċiżjoni se tiġi ppubblikata fir- Reġistru tal-Għajnuna mill-Istat fil- websajt tad-DĠ Kompetizzjoni , taħt in-numru ta' referenza N 118/2009. L-aħħar deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat ippubblikati f' Il-Gurnal Uffiċċjali u fil-websajt jinsabu elenkati fil-bulettin State aid Weekly e-News .


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website