IP/09/783
Brussell, 14 ta' Mejju 2009
"Il-Kummissarju tal-UE għall-konsumaturi, Meglena Kuneva qalet: Din l-investigazzjoni tal-linji tal-ajru mal-Ewropa kollha qed tbiddel il-wiċċ tal-websajts tal-linji tal-ajru madwar l-UE. Ma hemm ebda lok għal serħan il-moħħ; hemm iktar xogħol x'isir. Iżda din l-ewwel investigazzjoni pan-Ewropea wriet li għandha "snien" ta' veru u tista' tikseb riżultati. Il-pass li jmiss huwa ftehim mal-industrija kollha, u aħna se nkomplu nimmonitorjaw mill-qrib l-iżviluppi fis-settur."
Il-Viċi-President Antonio Tajani responsabbli mit-Trasport qal, "L-applikazzjoni ta' trasparenza sħiħa tal-prezz hija obbligu skont ir-regolament tas-servizzi bl-ajru. Huwa dmir il-linji tal-ajru li jimponu standards għolja mal-industrija kollha; hija r-responsabbiltà tagħna li nassiguraw li l-partijiet kollhom jirrispettaw l-istess regoli. Din għandha l-ewwel u qabel kollox importanza għall-konsumatur li jixtieq iqabbel il-prezzijiet bejn il-linji tal-ajru u jagħmel għażla vera.
1. Riżultati tal-Investigazzjoni tal-2007 dwar il-Bejgħ tal-Biljetti tal-Linji tal-Ajru
L-azzjonijiet ta' infurzar issa tlestew f'85 % tal-każijiet. Mill-137 websajt li kienu investigati u li jirrappreżentaw madwar 80 kumpanija, 115 issa ġew ikkoreġuti (ara t-tabella fil-qosor fil-MEMO/09/238 mehmuż li turi t-tagħrif dwar l-infurzar sal-aħħar ta' Marzu 2009.)
2. L-istudju dwar l-iċċekkjar tal-linji tal-ajru
Il-proċess ta' ċċekkjar kellu l-għan biex jimmonitorja b'mod komprensiv il-qagħda globali fil-qasam tal-bejgħ tal-linji tal-ajru billi jikkunsidra wkoll id-dħul fis-seħħ ta' żewġ leġiżlazzjonijiet tal-UE li jsaħħu l-ħarsien tal-konsumatur mindu sar l-ewwel iċċekkjar f'Settembru 2007 (id-Direttiva dwar Prattiċi ta' Kummerċ Żleali, Ir-Regolament dwar is-Servizzi bl-Ajru). Fuq il-bażi tal-lista ta' ċċekkjar b'14-il punt li dwarha sar qbil mal-industrija tal-ajru (ara MEMO/09/238) l-iċċekkjar ta ħarsa lejn is-seba' websajts l-aktar importanti tal-linji tal-ajru fis-27 Stat Membru – li jkopru 67 linja tal-ajru u madwar 339 miljun passiġġier b'kollox. Ir-riżultati tal-proċess ta' konsultazzjoni li sar mill-Kummissjoni fuq il-bażi tas-sejbiet mill-istudju, fosthom l-impenji li ħadu l-linji tal-ajru, huma mniżżla hawn taħt fil-qosor. (ara t-tabella fl-Anness 1 tal-istqarrija għall-istampa)
X'se jiġri issa?
Sfond:
Il-paġna tal-iċċekkjar
http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/sweep/index_en.htm
Anness 1
Tabella li telenka r-Riżultati tal-konsultazzjoni tal-Kummissjoni mal-linji tal-ajru bbażata fuq l-istudju ta' ċċekkjar[1].
Il-linji tal-ajru li jissodisfaw l-istandards kollha tal-iċċekkjar u li taw kelma li jżommu l-webpages tagħhom f'dan il-livell
|
Air Malta
|
|
Blue1
|
|
bmi
|
|
bmibaby
|
|
Estonian Air
|
|
Finnair
|
|
Iberia
|
|
Malmö Aviation
|
|
SAS
|
|
Sata Air Açores
|
|
Sata International
|
|
Spanair
|
|
TAP
|
|
Tarom
|
|
TUIfly
|
|
Virgin Atlantic
|
Il-linji tal-ajru li jagħtu l-kelma li kwistjonijiet imqajma mill-iċċekkjar kienu diġà ġew ittrattati jew se jkunu ttrattati f'qasir żmien biex ikun żgurat li jkunu sodisfatti l-istandards kollha
|
Adria Airways
|
|
Aegean Airlines
|
|
Aer Arann
|
|
Aer Lingus
|
|
Air Berlin
|
|
Air Europa
|
|
Air One
|
|
Alitalia
|
|
Austrian Airlines
|
|
Binter Canarias
|
|
Blue Air
|
|
Brussels Airlines
|
|
Bulgaria Air
|
|
Carpatair
|
|
Cimber Sterling
|
|
Condor
|
|
Cyprus Airways
|
|
Cyprus Turkish Airlines
|
|
Czech Airlines
|
|
Delta Air Lines
|
|
EasyJet
|
|
Finncomm Airlines
|
|
Flybe
|
|
LOT
|
|
Lufthansa
|
|
Luxair
|
|
Malév Hungarian Airlines
|
|
Meridiana Air
|
|
Norwegian Air Shuttle
|
|
Pegasus Airlines
|
|
Ryanair
|
|
Skyways
|
|
Swiss
|
|
transavia.com
|
|
VLM Airlines
|
|
Wizz Air
|
[1] L-iċċekkjar huwa studju li jfittex il-fatti u li jagħti ħarsa lejn il-qagħda globali fl-industrija tal-linji tal-ajru. Is-sejbiet tiegħu wasslu għal inizjattiva politika tal-Kummissjoni biex titjieb il-konformità mal-punti fil-lista ta' ċċekkjar. Dawn is-sejbiet u l-attivitajiet tal-Kummissjoni li segwew ma jikkostitwixxux l-allegazzjoni ta' ksur. Huma biss l-awtoritajiet nazzjonali ta' infurzar li jistgħu jinvestigaw b'mod formali l-ksur.