IP/09/740
"Iċ-ċipep intelliġenti huma teknoloġija promettenti għall-ġejjieni li tista' tagħmel il-ħajja aktar faċli b'diversi modi. Hawnhekk qed nitkellmu dwar oġġetti ta' kuljum li f'daqqa waħda jsiru intelliġenti billi jaqbdu ma' netwerk u jpartu l-informazzjoni. Nagħtu kas, friġġ intelliġneti li tavażak li l-ħalib mar jew imballaġġ intelliġenti tal-ikel li javża lill-ġenituri dwar allerġiji possibbli" qalet Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. "Hemm potenzjal ekonomiku ċar fl-użu ta' ċipep żgħar u intelliġenti li jippermettu l-komunikazzjoni bejn l-oġġetti. Iżda l-Ewropej ma għandhom qatt jinqabdu fuq sieq waħda mit-teknoloġija l-ġdida. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni llum ħarġet rakkomandazzjonijiet qawwija għall-industrija. Il-konsumaturi Ewropej iridu jkunu moħħhom mistrieħ li jekk u meta tkun involuta d-dejta personali tagħhom, il-privatezza tagħhom tkun samma anki f'ambjent teknoloġiku li qed jinbidel Il-Kummissjoni trid għalhekk teknoloġija RFID li tagħti s-setgħa lill-konsumaturi jikkontrollaw is-sikurezza tad-dejta tagħhom, u dan huwa l-aħjar mod biex niżguraw li tkun suċċess ekonomiku. Wara kollox, is-sehem Ewropew tas-suq globali taċ-ċipep intelliġneti se jilħaq 35% fit-tmien snin li ġejjin.
Iċ-ċipep intelliġenti, jew ir-radjutikketti, jistgħu u ġa għandhom impatt qawwi fuq operazzjonijiet ta' negozju, servizzi pubbliċi u prodotti tal-konsumatur, minn riċiklaġġ u kura tas-saħħa aktar effiċjenti għal inqas ħin mitluf mal-istazzjonijiet tal-ħlas tan-noll u fl-istennija għall-bagalji l-ajruport. Sabiex jiġi żgurat li l-Ewropa hija lesta għal dawn il-bidliet, il-Kummissjoni llum stabbiliet il-prinċipji li ġejjin għall-ħarsien tal-privatezza u tad-dejta meta tintuża din it-teknoloġija:
Fl-2008, madwar id-dinja nbiegħu 2.2 biljun tikketta RFID , bħal dawk użati għall-ħlas tan-noll tat-triq jew għall-identifikazzjoni tal-kontejners tal-merkanzija. Madwar terz tal-bejgħ sar fl-Ewropa. Il-valur dinji tas-suq tat-tikketti RFID huwa stmat għal €4 biljun fl-2008 u li se jikber għal madwar €20 biljun sal-2018.
Sfond:
Fl-2006, il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika (IP/06/289) dwar l-iżvilupp u l-użu ta-ċipep intelliġenti (jew teknoloġija tal-Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju). Skont dan, adottat imbagħad Komunikazzjoni f'Marzu 2007 (IP/07/332) li wriet li kienet mistennija mill-pubbliku aktar azzjoni f'termini ta' privatezza u ħarsien tad-dejta. Ir-Rakkomandazzjoni ta' llum, li tfasslet bis-saħħa ta' konsultazzjoni mal-partijiet kollha interessati mill-industriji tal-forniment u tal-użu, korpi ta' standardizzazzjoni, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, gruppi tas-soċejtà ċivili, u trade unions, twieġeb għal dawn l-istennijiet u tfittex li toħloq ambjent ekwu għall-industrija Ewropea filwaqt li tirrispetta l-privatezza tal-individwu. L-Istati Membri issa għandhom sentejn biex jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-passi li biħsiebhom jieħdu sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet tar-Rakkomandazzjoni. Fi żmien tliet snin, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni, inkluż analiżi tal-impatt tagħha fuq il-kumpaniji u l-awtoritajiet pubbliċi li jużaw iċ-ċipep intelliġenti kif ukoll l-impatt tagħha fuq iċ-ċittadini.
Ir-Rakkomandazzjoni tinsab fi:
http://ec.europa.eu/information_society/policy/rfid/index_en.htm