IP/09/731
Brussell, il-11 ta' Mejju 2009
Fl-isfond tas-sitwazzjoni ekonomika globalment diffiċli, Antonio Tajani, il-Viċi President inkarigat mit-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea, qal: "Ittieħdu passi sinifikattivi sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-pubbliku li jivvjaġġa bl-ajru. Dan żied l-ispejjeż tas-siġurtà għall-passiġġieri. Għandna bżonn nieħdu passi biex niżguraw li s-servizzi tas-sigurtà jingħataw bl-iktar mod kost-effikaċi.."
Fil-preżent, l-irkupru tal-ispejjeż tas-sigurtà tal-avjazzjoni huwa rregolat fil-livell nazzjonali. Madankollu, l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar dawn l-imposti tista' ma tkunx adegwata u l-linji tal-ajru ma jiġux ikkonsultati b'mod sistematiku fl-ajruporti tal-UE kollha . Din is-sitwazzjoni tfixkel milli jkun hemm kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni ugwali għall-ajruporti u t-trasportaturi tal-ajru, li huma partikolment kruċjali f'ambjent tant diffikultuż għas-settur kollu tal-avjazzjoni.
Rapport riċenti tal-Kummissjoni kkonkluda li imposti li huma nondiskriminatorji u strettament marbutin mal-ispejjeż huma essenzjali biex tkun żgurata kompetizzjoni ta' veru u ġusta bejn il-linji tal-ajru u bejn l-ajruporti[1]. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-prinċipji komuni li ġejjin għall-ġbir tal-imposti tas-siġurtà fl-ajruporti Komunitarji:
1. L-imposti tas-siġurtà ma għandhomx jiddiskriminaw bejn il-passiġġieri jew bejn il-linji tal-ajru.
2. Konsultazzjoni: Il-linji tal-ajru għandhom jiġu kkonsultati dwar l-imposti tas-siġurtà b'mod obbligatorju u regolari, mill-inqas darba fis-sena. L-ajruporti għandhom jikkunsidraw l-opinjonijiet tal-linji tal-ajru qabel tittieħed deċiżjoni, u fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim, dawn għandhom jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom.
3. Trasparenza: Jeħtieġ li t-trasparenza tkun żgurata fi tliet livelli differenti:
4. Rabta mal-ispejjeż: L-imposti tas-siġurtà għandhom jintużaw esklussivament għall-ispejjeż marbutin mas-siġurtà, u għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni l-għotjiet u s-sussidji allokati mill-awtoritajiet għall-finijiet ta' sigurtà, l-ispiża tal-finanzjament tal-faċilitajiet u l-ispejjeż tal-istallazzjonijiet u l-operazzjonijiet tas-siġurtà.
5. Awtorità superviżorja indipendenti u s-soluzzjoni f'każ ta' nuqqas ta' qbil: Awtoritajiet indipendenti għandhom jiġu stabbiliti f'kull Stat Membru biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-miżuri, flimkien ma' proċedura ta' soluzzjoni fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-ajruport u l-utenti.
[1] Ir-Rapport mill-Kummissjoni dwar il-finanzjament tas-sigurtà tal-avjazzjoni COM(2009) 30 finali, 2.2.2009