Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/716

Brussell, 7 ta' Mejju 2009

Is-Southern Corridor (il-Linja ta' Nofsinhar): L-UE u l-pajjiżi sħab jimpenjaw ruħhom biex jimxu 'l quddiem

Għada l-Kummissoni Ewropea u l-Presidenza Ċeka tal-UE se jospitaw Samit fi Praga ma' pajjiżi terzi sħabhom dwar l-iżvilupp tas-Southern Corridor għall-energija u t-trasport. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, u l-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka, Mirek Topolánek se jiltaqgħu mal-mexxejja ta' pajjiżi sħab mill-Asja Centrali, in-Nofsinhar tal-Kawkasu, il-Maxreq u l-Lvant Nofsani. Il-parteċipanti tas-summit se jiddiskutu modi konkreti ta' kif jista' jsir progress fl-iżvilupp tas-Southern Corridor għall-enerġija u għat-trasport, b'mod partikolari l-fornitura tal-gass naturali lill-UE matul ir-rotta tal-Linja. Is-samit huwa l-ewwel avveniment li fih is-sħab potenzjali tas-Southern Corridor se jiltaqgħu fl-aktar livell għoli sabiex jiddiskutu l-interessi komuni tagħhom, u d-dikjarazzjoni tas-samit se tipprovdi l-ewwel impenji formali mill-istati konsumaturi, produtturi u ta' tranżitu fuq il-kundizzjonijiet neċessarji biex il-Linja tkun ta' suċċess. F'dan is-samit il-President Barroso se jkun akkumpanjat mill-Kummissarju Pielbags.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José-Manuel Barroso, qal: "Wara erba' snin ta' djalogu intensiv mas-sħab tal-enerġija tagħna mill-Asja Centrali, in-Nofsinhar tal-Kawkasu, il-Maxreq u l-Lvant Nofsani, illum qegħdin nimxu 'l quddiem permezz ta' impenji konkreti sabiex is-Southern Corridor, li jinkludi l-linja li tgħaddi mill-Kaspju (Trans-Caspian), isir realtà. Dan is-samit jipprovdi opportunità unika sabiex jinġabru flimkien l-atturi ewlenin kollha fir-reġjun biex tiżdied is-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea, u biex titnieda kooperazzjoni għall-benefiċċju ta' kulħadd".

Is-samit jirrappreżenta avveniment konġunt bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Kummissjoni Ewropea. Il-pajjiżi sħab li qegħdin jipparteċipaw huma l-Ażerbajġan, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iraq, il-Każakistan, it-Turkija, it-Turkmenistan u l-Użbekistan. Għas-samit se jkunu preżenti wkoll, bħala osservaturi, ir-rappreżentanti tal-Federazzjoni Russa, tal-Istati Uniti u tal-Ukrajna. Ir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (il-BEI, il-BERŻ u l-Bank Dinji) se jkunu preżenti wkoll.

L-għan ta' dan is-samit huwa li jiġi pprovdut sostenn politiku b'saħħtu u impenji konkreti għall-iżvilupp tas-Southern Corridor, li jinkludi l-interkonnessjoni li tgħaddi mill-Kaspju. Dan għandu jinkludi impenji min-naħa tal-pajjiżi li jipproduċu, ta' tranżitu u dawk li jikkonsmaw l-enerġija li jinsabu fuq ir-rotta tal-Linja u għandu jiffaċilita l-forniment ta' riżorsi tal-enerġija lill-UE mir-reġjun tal-Kaspju u l-Lvant Nofsani. Is-samit qiegħed jindirizza bl-istess importanza l-aspetti tat-trasport marbutin mar-rotta tas-Southern Corridor.

Dan l-aħħar l-UE tat bidu għal pjan ambizzjuż biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija. Fi ħdan din l-istrateġija, is-Southern Corridor għandu rwol importanti bħala inizjattiva prinċipali fl-infrastruttura tal-enerġija li jikkontribwixxi lejn id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u r-rottot għall-fornitura tal-enerġija lill-UE.

Għal aktar informazzjoni dwar il-kooperazzjoni fl-enerġija bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali u l-Kawkasu:

http://ec.europa.eu/energy/international/international_cooperation/caucasus_central_asia_en.htm

Għal aktar informazzjoni dwar il-politika tal-enerġija esterna tal-UE:

http://ec.europa.eu/external_relations/energy/index_en.htm

Għal aktar informazzjoni dwar it-tieni reviżjoni strateġika tal-enerġija:

http://ec.europa.eu/energy/strategies/2008/2008_11_ser2_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website