Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/710

Brussell, is-7 ta' Mejju 2009

It-Telekomunikazzjoni: Il-Kummissjoni taġixxi fuq ir-rati ta' terminazzjoni biex tħeġġeġ il-kompetizzjoni

Illum il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet gwida ċara għar-regolaturi tat-telekomunikazzjoni tal-UE dwar il-metodu bbażat fuq l-ispejjeż li għandu jintuża għall-kalkolu tar-rati ta' terminazzjoni - it-tariffi bl-ingrossa li jiffissaw l-operaturi għall-konnessjoni tas-sejħa minn netwerk ta' operatur ieħor li huma parti mill-kont tat-telefown ta' kulħadd. Il-gwida tiġi fl-għamla ta' ''Rakkomandazzjoni'' u r-regolaturi nazzjonali għandhom l-obbligu li jagħtuha ''importanza kbira''. Ir-rakkomandazzjoni tindika speċifikament li r-rati ta' terminazzjoni fuq il-livell nazzjonali għandhom ikunu bbażati biss fuq l-ispejjeż reali li jkollu operatur effiċjenti sabiex jistabbilixxi l-konnessjoni. L-eliminazzjoni ta' tagħwiġ ta' prezzijiet bejn l-operaturi tat-telefown fl-UE kollha għandha tbaxxi l-prezzijiet tal-konsum għal sejħiet bil-leħen fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom u b'hekk il-klijenti fin-negozju u fid-djar jiffrankaw mill-inqas EUR 2 biljuni bejn l-2009 u l-2012. Tgħin ukoll l-investiment u l-innovazzjoni fis-settur tat-telekomunikazzjoni kollu kemm hu. Ir-rati ta' terminazzjoni tas-sejħiet bil-mowbajl ivarjaw ħafna fl-UE fl-2008 minn EUR 2.00 ċenteżmi kull minuta (f'Ċipru) sa EUR 15-il ċenteżmu kull minuta (fil-Bulgarija). Ir-rati ta' terminazzjoni tas-sejħiet bil-mowbajl (medja ta' EUR 8.55 ċenteżmi kull minuta) huma wkoll tipikament għaxar darbiet ogħla minn rati ta' terminazzjoni tas-sejħiet minn telefowns fissi. Ir-rati ogħla ta' terminazzjoni tas-sejħiet bil-mowbajl jagħmluha aktar diffiċli għall-operaturi tat-telefonija fissa u mobbli żgħar biex jikkompetu mal-operaturi tat-telefonija mobbli kbar. Is-suq Waħdieni u l-kompetittività tal-Ewropa jiddgħajfu minħabba dawn id-diverġenzi u l-approċi regolatorji differenti.

''Minkejja l-isforzi ta' xi regolaturi nazzjonali sabiex ir-rati ta' terminazzjoni jinġiebu eqreb lejn l-ispejjeż reali tagħhom, dawn jibqgħu differenti fl-UE kollha b'qabża kbira bejn ir-rati ta' terminazzjoni tas-sejħiet mobbli u dawk tas-sejħiet fissi. Dan ma jikkonformax mal-konverġenza li dejjem qed tiżdied bejn it-telefonija fissa u dik mobbli u jista' jwassal għal tagħwiġ serju tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri u l-operaturi,'' qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għat-Telekomunikazzjoni. ''Il-Kummissjoni ddeċidiet li tintervjeni llum kontra dan it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni fis-Suq Waħdieni,li jitfa' lura l-investiment fit-tibdil tan-netwerks fissi għal dawk tal-fibra u li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-konsumatur li jħallas għalihom.''

"Li r-rati ta' terminazzjoni jinġiebu għal livell effiċjenti għandu jżid il-kopmpetizzjoni għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej," qal il-Kummissarju tal-UE għall-Kompetizzjoni Neelie Kroes: “Approċ rigoruż u armonizzat fir-rigward tar-regolament biss jista' jiżgura li t-tagħwiġ eżistenti tal-kompetizzjoni jitneħħa fl-UE kollha kemm hi u li jitwieldu prodotti ġodda innovattivi li jikkombinaw sejħiet fissi ma' dawk mobbli. Din hija r-raġuni għaliex id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni llum hija l-qofol fl-iżvilupp pro-kompetittiv tar-regolament tat-telekomunikazzjoni tal-UE. "

Sabiex jitwettaq il-potenzjal sħiħ tas-suq waħdieni tat-telekomunikazzjoni, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tistabbilixxi l-fatturi tal-ispejjeż li r-regolaturi nazzjonali tat-telekomunikazzjoni tal-UE kollha għandhom iqisu meta jistabbilixxu r-rati ta' terminazzjoni li mhumiex prezzijiet tas-suq, iżda huma regolati minn regolaturi nazzjonali. Dan għandu jwassal biex ir-rati ta' terminazzjoni jinżlu għal livell konsiderevolment iktar baxx mil-lum (għal bejn wieħed u ieħor EUR 1.5 ċenteżmu sa EUR 3 ċenteżmi kull minuta sa tmiem l-2012, skont dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-Rakkomandazzjoni). Ir-rati ta' terminazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-ispejjeż ta' operatur effiċjenti u għandhom japplikaw għall-operaturi kollha fl-istess livell. L-eċċezzjonijiet huma permessi f'ċerti kundizzjonijiet, għal perjodu limitat ta' żmien, għad-differenzi tal-ispejjeż li mhumiex fil-kontroll tal-operatur.

Il-Kummissjoni identifikat xi inkonsistenzi fl-Ewropa kollha f'valutazzjoni li saret madwar 120 proposti regolatorji minn regolaturi tat-telekomunikazzjoni li jirrigwardaw ir-rati ta' terminazzjoni ta' dawn l-aħħar 6 snin. Ir-rati ta' terminazzjoni tas-sejħiet mobbli, (medja ta' EUR 8.55 ċenteżmi kull minuta) huma wkoll madwar 10 darbiet iktar għoljin mir-rati ta' terminazzjoni ta' linja fissa (li għandhom firxa medja minn EUR 0.57/min sa EUR 1.13 ċenteżmi kull minuta). Ir-regolatur Franċiż ARCEP jistima li r-rati ta' terminazzjoni tas-sejħiet mobbli effiċjenti għandhom ikunu bejn EUR 1.00 ċenteżmu u EUR 2.00 ċenteżmu kull minuta.

Sussidju indirett għal operaturi tat-telefonija mobbli

Għall-Kummissjoni, dawn il-varjazzjonijiet ma jistgħux ikunu ġġustifikati mid-differenzi fl-ispejjeż, fin-netwerks jew fil-karatteristiċi nazzjonali ta' bażi. Huma sussidju indirett ta' benefiċċju għall-operaturi tat-telefonija mobbli li għandhom sehem kbir mis-suq u li jagħmlu l-ħsara lill-operaturi iżgħar tat-telefonija fissa. Huma jiggwidaw ukoll il-fondi diretti 'l bogħod mill-investimenti kritiċi bħalma huma t-tibdil għal netwerks tal-internet b'veloċità għolja, u jfixklu s-servizzi innovattivi bħalma huma prodotti fissi-mobbli pakketti ta' sejħiet bi prezz kompetittiv.

Ir-rati ta' terminazzjoni huma kemm dħul kif ukoll spiża għall-operaturi: meta l-operatur jagħmel inqas dħul minnhom, operatur ikollu inqas spejjeż. Matul il-perjodu ta' erba' snin mill-2009-2012, hekk kif ir-regolaturi jimxu mal-approċċ l-aktar konsistenti enfasizzat fir-Rakkomandazzjoni, l-operaturi żgħar tat-telefonija mobbli (li ma jibagħtux traffiku tas-sejħiet lil netwerks oħra) jistennew li jħallsu inqas mill-kompetituri ikbar minnhom, l-operaturi tat-telefonija fissa jistgħu jaqilgħu mill-inqas EUR 2 biljuni ta' dħul addizzjonali, billi jħallsu rati tat-terminazzjoni iktar baxxi u bbażati fuq l-ispiża għal sejħiet minn telefowns fissi sa mobbli u l-konsumatur huwa mistenni li jiffranka mill-inqas EUR 2 biljuni. L-impatt fit-tul se jkun saħansitra ikbar meta l-operaturi jiġġeneraw dħul ġdid, l-operaturi ġodda jkollhom l-inċentiv jidħlu fis-suq u jikbru u l-konsumatur igawdi minn prezzijiet iktar baxxi u servizz innovattiv ikbar.

Ir-regolaturi nazzjonali tal-UE kollha għandhom japplikaw l-approċ rakkomandabbli għar-rati ta' terminazzjoni sal-aħħar tas-sena 2012. Madankollu, ir-regolaturi nazzjonali li għandhom riżorsi limitati jistgħu jużaw approċi differenti għal perjodu limitat ieħor sakemm qed jiksbu l-istess riżultat pro-kompetittiv.

Sfond

Ir-Rakkomandazzjoni tal-lum fuq ir-regolament tar-rati ta' terminazzjoni fl-UE issegwi konsultazzjoni tal-pubbliku (minn Ġunju sa Settembru 2008 (IP/08/1016) u tal-Istati Membri (minn Ottubru 2008 sa Frar 2009), kif ukoll 30 jum ta' skrutinju mill-Parlament Ewropew.

Skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva Qafas fuq ir-regoli tat-telekomunikazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni tarmonizza l-applikazzjoni tar-regoli tat-telekomunikazzjoni tal-UE fis-Suq Waħdieni sabiex tippromwovi l-kompetizzjoni u l-benefiċċji tal-konsumatur..

Ara wkoll MEMO/09/222

Ir-Rakkomandzzjoni u d-Dokumnt ta' Ħidma tal-Persunal huma disponibbli hawnhekk:

http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/implementation_enforcement/article_7/index_en.htm

Il-pożizzjoni tal-Grupp Ewropew ta' Regolaturi dwar ir-rati ta' terminazzjoni:

http://www.erg.eu.int/doc/publications/erg_07_83_mtr_ftr_cp_12_03_08.pdf
Annex

[ ]
Source: European Electronic Communications Regulation and Markets, 14th Progress Report

[ ]
Source: European Electronic Communications Regulation and Markets, 14th Progress Report

[ ]
Source: European Electronic Communications Regulation and Markets, 14th Progress Report

[ ]
Source: European Electronic Communications Regulation and Markets, 14th Progress Report

Call termination at local level: refers to the conveyance of calls from the local exchange or switch located nearest to the called subscriber to the premises of the called subscriber where the call is completed.

Call termination at single transit level: refers to the conveyance of calls from a transit switch located at a higher network level through the local exchange/switch for completion at the called subscriber's premises.

Call termination at double transit level: refers to the conveyance of calls from a transit switch located at a higher network level through two exchanges/switches for completion at the called subscriber's premises.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website