Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni tilqa' l-adozzjoni tal-pakkett tal-klima u l-enerġija

European Commission - IP/09/628   23/04/2009

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/628

Brussell, it-23 ta’ April 2009

Il-Kummissjoni tilqa' l-adozzjoni tal-pakkett tal-klima u l-enerġija

Il-Kummissjoni Ewropea qed tilqa' l-adozzjoni formali tal-lum tal-pakkett tal-klima u l-energija u l-leġiżlazzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi ġodda u fjuwils tat-trasport. Dawn il-miżuri, mifthiema f' Diċembru, se jpoġġu l-Ewropa bis-sod fi triqitha lejn ekonomija b' karbonju baxx u se żżid is-sikurezza tal-enerġija. Il-pakkett jistabilixxi miri li jorbtu legalment biex sal-2020, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu għal 20% inqas mil-livelli tal-1990 u biex il-perċentwal ta' enerġija li tiġġeded jiżdied b'20%. Se jgħin ukoll biex l-UE tilħaq l-għan tagħha li ttejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija b'20% sal-istess data. Il-pakkett jagħmel lill-Ewropa l-ewwel reġjunfid-dinja li implimenta miri b'firxa daqshekk wiesgħa u li jorbtu legalment fil-qasam tal-klima u l-enerġija. Jirrappreżenta kontribut importanti biex jintlaħaq ftehim internazzjonali ambizzjuz dwar il-klima fil-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti f'Diċembru.

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso qal: "Illum ilħaqna ftehim dwar waħda mill-prijoritajiet l-iktar importanti ta' din il-Kummissjoni. Il-pakkett tal-enerġija u t-tibdil fil-klima jirrappreżenta l-prova tal-verità dwar il-ħila tal-Ewropa li taġixxi għal ġid taċ-ċittadini tagħha. Flimkien mal-ftehim tal-bieraħ dwar it-tisħiħ tas-suq intern tal-enerġija Ewropew, għamilna pass importanti 'l quddiem biex inżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u s-sikurezza tagħha, u nsaħħu l-pożizzjoni tal-Ewropa għal ftehim internazzjonali dwar il-klima iktar tard din is-sena".

Il-pakkett jimxi id f'id mal-impenji tal-mexxejja tal-UE biex sal-2020, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b'mill-inqas 20% aktar mil-livelli tal-1990 u biex il-perċentwal tal-konsum tal-enerġija li tiġġeded jiżdied b'20%. Jikkontribwixxi wkoll biex jintlaħaq l-għan ta' titjib ta' 20% fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija.

Il-pakket iħejji s-sisien biex it-tnaqqis tal-emissjonijiet jikber minn 20% sa 30% fil-kuntest ta' ftehim internazzjonali sodisfaċenti dwar il-klima li pajjiżi oħra żviluppati jew li qed jiżviluppaw, jikkontribwixxu għalih bis-sehem xieraq tagħhom għall-emissjonijiet globali. Il-ftehim internazzjonali għandu jiġi konkluż f'Diċembru fil-konferenza tan-N.U. dwar il-klima f' Kopenħagen.

Il-pakkett tal-klima u l-enerġija jikkonsisti f'erba testi leġiżlattivi:

  • Direttiva li tirrevedi l-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet (EU ETS), li tkopri madwar 40% tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;
  • Deċiżjoni ta' "qsim tal-isforzi " li tiffissa miri nazzjonali vinkolanti għall-emissjonijiet ġejjin minn setturi mhux koperti mill-EU ETS (ara l-Anness);
  • Direttiva li tiffissa miri nazzjonali vinkolanti dwar iż-żieda fil-proporzjon ta' enerġija li tiġġeded fil-taħlita tal-enerġiji (ara l-Anness);
  • Direttiva li toħloq qafas legali għal użu sikur u bla ħsara għall-ambjent ta' teknoloġiji ta' ġbir u ħżin tal-karbonju.

Il-pakkett huwa kkumplimentat minn żewġ atti leġiżlattivi oħra li ġew miftiehma fl-istess żmien.

  • Regolament li jirrikjedi tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi ġodda għal medja ta' 120g għal kull km, li jiddaħħal f'fażijiet bejn l-2012 u l-2015, u imbagħad għal 95g kull km fl-2020. Din il-miżura weħedha se tikkontribwixxi għal iktar minn terz tat-tnaqqis mitlub minn setturi li mhumiex koperti mill-ETS;
  • Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil li tobbliga l-fornituri tal-fjuwil li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-katina tal-produzzjoni b'6% sal-2020.

Il-passi li jmiss

Is-sitt atti leġiżlattivi se jidħlu fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, mistennija f'Mejju.

Aktar tagħrif

Għal iktar informazzjoni dwar il-pakkett u l-leġiżlazzjoni kumplimentari, ara IP/08/1998 u Memos dwar:

EU ETS: MEMO/08/796

Il-Qsim tal-Isforz: MEMO/08/797

Enerġiji li jiġġeddu MEMO/08/33

Il-ġbir u l-ħżin tal-karbonju: MEMO/08/798

CO2 minn karozzi tal-passiġġieri. MEMO/08/799

Kwalità tal-Fjuwil: MEMO/08/800

Paġna tal-Azzjoni dwar il-Klima tal-Kummissjoni Ewropea:

http://ec.europa.eu/climateaction

Anness

Miri li jorbtu legalment u li għandhom jintlaħqu sal-2020 mill-Istati Membri


Bdil fl-emissjonijiet minn setturi mhux koperti mill-ETS tal-UE (mi l-livell tal-2005)
Il-perċentwal ta' enerġiji li jiġġeddu fid-domanda għall-enerġija finali fl-2020
AT
-16.0%
34%
BE
-15.0%
13%
BG
20.0%
16%
CY
-5.0%
13%
CZ
9.0%
13%
DK
-20.0%
30%
EE
11.0%
25%
FI
-16.0%
38%
FR
-14.0%
23%
DE
-14.0%
18%
EL
-4.0%
18%
HU
10.0%
13%
IE
-20.0%
16%
IT
-13.0%
17%
LV
17.0%
40%
LT
15.0%
23%
LU
-20.0%
11%
MT
5.0%
10%
NL
-16.0%
14%
PL
14.0%
15%
PT
1.0%
31%
RO
19.0%
24%
SK
13.0%
14%
SI
4.0%
25%
ES
-10.0%
20%
SE
-17.0%
49%
UK
-16.0%
15%


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website