IP/09/625
Brussell, it-23 ta’ April 2009
L-UE ssaħħaħ ir-rabtiet
mal-ġirien tagħha u tappoġġja r-riformi
tagħhom
Fir-Rapporti ta’ Progress annwali tagħha
, il-Kummissjoni Ewropea qed tara f’hiex inhuma l-akkwisti konkreti
tar-riforma li seħħew fil-pajjiżi fi ħdan
il-Politika Ewropea ta’ Viċinat (PEV) fl-2008 u tidentifika l-oqsma
fejn jinħtieġu sforzi ulterjuri Fid-dokument ta’ politika dwar
l-implimentazzjoni tal-PEV ippreżentat illum, il-Kummissjoni qed tipprovdi
deskrizzjoni ġenerali tal-iżviluppi fi 12-il pajjiż tal-PEV. Qed
titfa’ dawl ukoll fuq l-impatt tal-kriżi finanzjarja u qed tipproponi
għadd ta’ modi li bihom l-UE tista’ tikkontribwixxi
għall-proċess tal-irkupru tagħhom. Minkejja kuntest diffiċli
fl-2008, bit-timbru ta’ sfidi politiċi u ekonomiċi u bit-tnaqqis
ġenerali fir-ritmu tal-momentum tar-riforma speċjalment fil-qasam
tal-governanza, bosta kisbiet ġew irreġistrati mill-pajjiżi
msieħba fl-oqsma prinċipali bħal ma huma kuntatti politiċi
ħafna eqreb, żieda fil-kummerċ, kooperazzjoni aktar profonda
fir-riċerka u l-innovazzjoni, aktar mobbiltà
taż-żgħażagħ, eċċ. Kienu msaħħa
b’mod sostanzjali r-rabtiet permezz ta’ żewġ oqfsa
reġjonali ġodda li jikkumplimentaw ir-relazzjonijiet bilaterali
differenzjati: l-Unjoni għall-Mediterran u l-Patenarjat tal-Lvant. Rapporti
maħruġa għal kull pajjiż flimkien ma' Pjan ta' Azzjoni
tal-PEV[1] u
rapport settorjali huma mehmuża mad-dokument ta’
politika.
“Is-sena 2008 uriet biċ-ċar l-importanza strateġika
tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Il-kriżi finanzjarja u ekonomika,
il-konflitti vjolenti fil-viċinat tagħna u l-instabbiltà politika
kollha kellhom impatt fuq is-sigurtà u l-prosperità
taċ-ċittadini tal-UE. Għaldaqstant, jibqa’ dejjem
kruċjali għall-UE li toffri sostenn tanġibbli, immirat u
kredibbli lill-ġirien tagħna biex jinħolqu benefiċċji
reċiproċi ta' sigurtà u ta' prosperità " Qalet Benita
Ferrero-Waldner, il-Kummissarju għar-Relazzjonijiet Esterni u l-Politika
Ewropea ta’ Viċinat.
Minkejja kuntest diffiċli ġenerali (kriżi ekonomika u
finanzjarja globali, konflitt bejn ir-Russja u l-Ġeorġja
f’Awwissu 2008, l-intervent ta’ Iżrael f’Gaża
f’Diċembru 2008/Jannar 2009), ir-relazzjoni tal-UE mal-ġirien
tagħha intensifikaw b’mod ulterjuri fl-2008. L-imsieħba
tal-Ewropa wrew progress fir-riforma tal-ekonomiji tagħhom u offrew
opportunitajiet aħjar għas-soċjetajiet tagħhom permezz
tal-isforzi ta’ modernizzazzjoni.
Benita Ferrero-Waldner żieded tgħid: "Minkejja l-kuntest
internazzjonali diffiċli fl-2008, il-PEV kompliet tagħti
r-riżultati u kienet intensifikata aktar b’żewġ
inizzjattivi ġodda: l-Unjoni għall-Mediterran u l-Patenarjat
tal-Lvant. L-imsieħba tagħna għamlu progress konsiderevoli
f’oqsma prinċipali bħall-kummerċ, it-tassazzjoni u ambjent
aħaj ta’ negozju, iżda jeħtieġ aktar ħidma
sinifikattiva speċjalment dwar riformi politiċi, governanza tajba u
d-drittijiet umani. Il-PEV għalhekk ser tkompli sservi bħala strument
tal-UE biex tinkoraġġixxi riformi fil-viċinat immedjat
tagħha."
Kienet imsaħħa l-kooperazzjoni politika
- L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja, il-Moldova u
l-Ukraina ġew konformi mal-maġġoranża vasta
tad-dikjarazzjonijiet ta’ Politika Barranija u ta’ Sigurtà
Komuni li kienu mistiedna biex ikunu konformi magħhom, u tkellmu flimkien
mal-UE b’vuċi waħda fix-xena internazzjonali.
- Il-Kummissjoni Ewropea ppresediet b’mod konġunt konferenza
tad-donaturi għall-Palestinjani (b’wegħda ta’ EUR 440
miljun fl-2008) u tappoġġja stabbilizazzjoni politika u
rikonċiljazzjoni nazzjonali (riforma elettorali) fil-Libanu.
- L-UE kellha rwol kruċjali fil-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied
fil-Ġeorġja matul il-konflitt armat mar-Russja,
appoġġjat l-integrità territorjali tagħha, bagħtet
malajr osservaturi tal-UE fil-post, ipprovdiet għajnuna umanitarja
immedjata għall-persuni li ġew deportati internament u sponsorjat
it-taħditdiet ta’ Ġinevra għar-riżoluzzjoni
tal-konflitt. Il-KE ippresediet b’mod konġunt konferenza
internazzjonali tad-donaturi għall-Ġeorġja u wegħdet sa EUR
500 miljun għall-perjodu 2008-2010).
L-integrazzjoni
ekonomika u l-iskambji kummerċjali ingħataw spinta
- L-Ukraina ssieħbet fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u qed
tinnegozja mal-UE Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles profond u komprensiv
fil-kuntest ta’ Ftehim ġdid ta’ Assoċjazzjoni (l-ewwel
ta’ din ix-xorta mal-ġirien tal-Lvant).
- Ġew konklużi studji li jesploraw il-possibbiltà ta’
ftehimiet ta’ kummerċ ħieles profond u komprensiv
mal-Ġeorġja u l-Armenja.
- In-negozjati tal-kummerċ dwar il-prodotti agrikoli u ta’ sajd
kienu konklużi mal-Eġittu, l-Iżrael u għadhom
għaddejjin mal-Marokk u t-Tuneżija. In-negozjati
tal-liberalizzazzjoni tas-servizzi u l-istabbilimenti bdew
mal-Eġittu, il-Marokk, u t-Tuneżija.
- Għall-pajjiżi tal-PEV l-UE hi s-sieħeb prinċipali
fil-kummerċ. Fl-2008 l-esportazzjoni għall-UE żdiedet
b’żewġ ċifri fil-każ tal-Eġittu,
il-Ġordan, il-Libanu, u
l-Ukraina.
Faċilitazzjoni tal-Viża u
l-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali
- Il-ftehimiet ta’ faċilitazzjoni u ta’ riammissjoni
mal-Ukraina u l-Moldova daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar
2008.
- F’Ottubru 2008 kien imniedi d-djalogu dwar il-viża mal-Ukraina
bil-għan li jkunu stabbiliti reġimi mingħajr viża
bħala perspettiva fit-tul ta' żmien. Kien imsaħħaħ
djalogu mal-Ġeorġja bil-ħsieb li tkun konkluża
l-faċilitazzjoni u l-ftehimiet ta’ riammissjoni u t-tnedija ta’
Patenarjat dwar il-Mobilità biex tkun iffaċilitata l-migrazzjoni
legali filwaqt li tkun miġġielda l-migrazzjoni illegali. Paternarjat
ta’ Mobbilità bħal dan kien imniedi mal-Moldova
fl-2008.
- Id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni ta’ sigurtà fil-ġlieda
kontra l-migrazzjoni illegali saret aktar profonda mal-Marokk.
- It-Tuneżija tejbet l-apparat u l-infrastruttura biex
issaħħaħ il-kontroll mal-fruntiera u adottat passaporti
bijometriċi ġodda, minkejja l-immigrazzjoni illegali tal-oriġini
Tuneżina żdiedet b’mod sinifikattiv
fl-2008.
Koperazzjoni fil-qasam tal-Ġustizzja
- Il-kondizzjonijiet għat-taħriġ tal-imħallfin u
l-prosekuturi Palestinjani ġew imtejba bit-twaqqif tal-Istitut
iffinanzjat mill-KE għat-Taħriġ Ġuridiku Palestinjan.
Fil-Libanu qed jiġi mħejji taħriġ speċjalizzat
għall-imħallfin, l-avukati u l-iskrivani.
- Il-Kummissjoni forniet vetturi lill-Pulizija Ċivili Palestinjana
u tejbet b’mod sinifikattiv l-effikaċja tagħha.
- Il-Ġeorġja rreġistrat progress sinifikattiv
fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, tejbet il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni u
l-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament ħażin.
- Leġiżlazzjoni ġdida fl-Armenja dwar ir-refuġjati
u l-ażil għandha l-għan li tersaq viċin l-istandards tal-UE
u dawk internazzjonali.
Il-kooperazzjoni fl-enerġija
daħlet f’fażi ġdida
- In-negozjati ġew imnedija mal-adeżjoni tal-Moldova u
l-Ukraina fit-Trattat tal-Komunità dwar l-Enerġija, li jinkludi
impenji għal konverġenza gradwali mar-regoli tas-suq intern
tal-enerġija tal-UE.
- Il-finanzjament tal-UE hu kruċjali għas-sigurtà
tal-enerġija nukleari tal-Ukraina permezz ta’ titjib fir-reatturi
tat-tip sovjetiku. Il-KE qed tkompli tgħin finanzjarjament
lill-Armenja billi tiżgura l-istandards minimi ta’
sigurtà fl-impjant tal-enerġija nukleari f’Medzamor.
- L-UE iffirmat Memorandum ta’ Ftehim dwar il-kooperazzjoni
fl-enerġija mal-Eġittu – produttur importanti tal-enerġija.
L-Ażerbajġan hu sieħeb strateġiku għall-UE
fir-riżorsi taż-żejt u l-gass tal-Kaspju kemm bħala
produttur u kemm bħala pajjiż ta’ tranżitu.
- L-Iżrael, l-Awtorità Palestinjana u l-Kummissjoni
Ewropea nedew mill-ġdid kooperazzjoni trilaterali tal-enerġija
“Solar for Peace (Enerġija Solari għall-Paċi)”
filwaqt li l-Awtorità Palestinjana żviluppat pjanijiet
għall-impjant tal-enerġija solari f’Ġeriko.
- Fit-13 ta’ Lulju 2008 s-Summit tal-Unjoni tal-Mediterran
appoġġja Pjan dwar l-Enerġija Solari bħala
inizzjattiva ta’ prijorità għall-Unjoni tal-Mediterran:
Il-Proċess ta’ Barċellona.
Jissaħħu
l-kollegamenti ta' Trasport
- Il-ftehim ta’ trasport bl-ajru mal-Marokk mill-2007 sal-lum wassal
għal żieda fit-traffiku bi 17% bil-ħolqien ta’ 52 linja
ta’ konnessjoni ġdida u d-dħul fis-suq ta’ 12-il kumpanija
tal-ajru ġdida. Dan inaqqas il-prezz tal-biljetti u jtejjeb
l-għażla għat-turisti, filwaqt li jgħin fil-bini
tal-industrija tat-turiżmu u jipprovdi l-impjiegi. Ġew imnedija
negozjati dwar ftehimiet simili mal-Ukraina u qed jiġu ppjanati
ftehimiet mal-Ġeorġja.
- Ġew iffirmati ftehimiet orizzontali ta’ trasport bl-ajru
mal-Armenja, l-Iżrael u l-Ġordan u ġew
imnedija negozjati dwar ftehimiet ta’ avjazzjoni Ewro-Mediterranja
mal-aħħar żewġ pajjiżi.
- Kil-Kawkażu tan-Nofsinhar ġiet imnedija r-riabilitazzjoni tal-inja
tal-ferroviji ta’ Yerevan-Tbilisi (Armenja-Ġeorġja)
- Kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Faċilità tal-Investiment
tal-Viċinat tappoġġja proġetti bħal: linja tat-tramm
f’Rabat u l-bini ta’ toroq rurali fil-Marokk, l-immodernizzar
tal-ajruport ta’ Chisinau u r-riabilitazzjoni tat-toroq
fil-Moldova.
U iktar ...
- Il-KE ssostni finanzjarjament l-NGO’s u l-awtoritajiet lokali
fl-Eġittu, il-Ġeorġja, il-Ġordan, it-territorju okkupat
Palestinjan, it-Tune¿ija u l-Ukraina.
- Is-sostenn finanzjarju għar-riforma tas-sistema edukattiva
fil-Marokk għandha l-għan li tnaqqas l-illitteriżmu (li
jlaħħaq mat-38% tal-popolazzjoni, fil-maġġoranza
tagħhom nisa).
- Is-sitwazzjoni tan-nisa u l-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom kienet
imtejba b’mod ulterjuri fil-Ġordan, it-Tuneżija u
l-Eġittu.
- Is-sostenn tal-UE ippermetta t-twaqqif tal-assigurazzjoni obbligatorja
tas-saħħa fil-Marokk u hu fattur kruċjali fir-riforma
tas-settur tas-saħħa fil-Modova.
- It-titjib tad-distribuzzjoni tal-ilma fil-Ġordan iffinanzjat
mill-UE jindirizza l-ħtieġa tar-refuġjati tal-Iraq
fir-reġjun ta’ Żarqa.
- Il-Mekkaniżmu tal-Komunità għall-Protezzjoni Ċivili kien
immobilizzat fl-2008 biex jgħin lill-Ġeorġja wara gwerra
mar-Russja u biex jgħin lill-Ukraina u l-Moldova biex tkampa
ma’ għarar traġiku.
- L-Iżrael (bħala membru assoċjat),
l-Eġittu, il-Ġordan u l-Marokk, b’mod
partikolari, kienu pparteċipaw b’suċċess fl-ewwel
sejħiet taħt is-7 Programm Qafas ta’ Riċerka.
- Kien hemm żieda sinifikanti fl-għadd ta’
żgħażagħ mill-pajjiżi tal-PEV f’azzjonijiet
ta’ servizzi volontarji taħt il-Youth in Action tal-UE (+87.5%) kif
ukoll b’żidied sinifikanti fl-iskambji
għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema
żgħażagħ (+23%).
Fuq il-bażi
tal-Proċess ta’ Barcellona, l-Unjoni għall-Mediterran tat
saħħa ġdida lir-relazzjoni tal-Ewropa mal-ġirien tagħha
tan-Nofsinhar. Il-Kummissjoni Ewropea ipproponiet ukoll Partenarjat
tal-Lvant ambizzjuż mal-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja,
il-Ġeorġja, il-Moldova, u l-Ukraina, billi offriet aġenda
wiesgħa u ambizzjuża biex tkabbar ir-rabtiet tal-UE ma' dawn
il-pajjiżi.
FL-2008 żdiedet l-għajnuna tal-UE lill-imsieħba tal-PEV: Kienu
impenjati EUR1.71 biljuni meta mqabla ma’ EUR1.67 biljuni impenjati
fl-2007.
Dokumenti disponibbli:
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea ta’ Viċinat fl-2008,
(Brussell it-23 ta’ April 2009) u rapporti ta’ pajjiżi
individwali għall-Armenja, l-Ażerbajġan, l-Eġittu.
Il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk,
il-Moldova, it-territoju okkupat Palestinjan, it-Tuneżija u l-Ukraina u
r-Rapport ta’ Progress Settorjali jista’ jinsab fuq
http://ec.europa.eu/world/enp/documents_en.htm
Memos li jagħtu sommarju tas-sitwazzjoni ta’ kull pajjiż huma
disponibbli
L-Armenja MEMO/09/182
L-Ażerbajġan
MEMO/09/183
L-Eġittu
MEMO/09/179
il-Ġeorgja
MEMO/09/184
L-Iżrael
MEMO/09/185
Il-Ġordan
MEMO/09/186
Il-Libanu
MEMO/09/187
Il-Marokk
MEMO/09/188
Il-Moldova
MEMO/09/180
It-territorju
okkupat Palestinjan MEMO/09/181
It-Tuneżija
MEMO/09/178
L-Ukraina
MEMO/09/189
Għal iktar tagħrif dwar il-PEV
http://ec.europa.eu/world/enp/index_en.htm
[1] L-Armenia,
l-Azerbajġan, l-Eġittu, il-Gorġja, l-Iżrael, il-Ġordan,
il-Libanu, il-Morokk, il-Moldova, It-territorju okkupat Palestinjan,
it-Tuneżija u l-Ukrajina.