Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/620

Strażburgu, it-22 ta' April 2009

Jonqsu bil-kbir mill-1 ta' Lulju l-prezzijiet tal-messaġġi, is-sejħiet u s-servizzi tad-dejta bir-roaming

Mill-1 ta' Lulju, messaġġ SMS mibgħut waqt is-safar fl-UE mhux se jiġi jiswa aktar minn €0.11, minflok it-€0.28 tal-lum. Għaddew iż-żminijiet ta' meta l-konsumaturi kellhom jistennew kontijiet jaħsduhom talli jkunu niżżlu stampa jew film bil-mowbajl waqt li jkunu qegħdin bir-roaming fi ħdan l-UE. Fis-sessjoni plenarja tiegħu fi Strażburgu, il-Parlament Ewropew illum ivvota b'maġġoranza kbira favur regoli ġodda tal-UE dwar ir-roaming għall-SMS u d-dejta, proposti mill-Kummissjoni Ewropa f'Settembru 2008 (IP/08/1386). Il-Parlament ivvota wkoll għal aktar tnaqqis fil-prezzijiet tas-sejħiet bil-mowbajl li jsiru bir-roaming f'pajjiż ieħor tal-UE. Il-limitu preżenti għal sejħa bil-mowbajl waqt is-safar se tonqos progressivament minn €0.46 għal €0.35 il-minuta sa Lulju 2001, u minn €0.22 illum sa €0.11 għas-sejħiet tal-mowbajl imwieġba bir-roaming waqt is-safar. L-operaturi mobbli se jkunu wkoll meħtieġa joħorġu l-kontijiet tas-sejħiet roaming skont is-sekonda mill-31 sekonda l-aktar tard, u dan se jtemm il-prassi kurrenti li biha l-konsumaturi qed jinżammilhom sa 24% aktar. Billi l-Kunsill tal-Minsitri tal-UE għat-Telekomunikazzjonijiet ġa qabel mar-regoli ġodda dwar ir-roaming, il-vot tal-lum iwitti t-triq għad-dħul fis-seħħ tar-regoli ġodda eżatt qabel il-vaganzi tas-sajf. Il-konsumaturi Ewropej mistennija jiffrankaw sa 60% fuq il-kont tagħhom meta jużaw mowbajl fl-UE waqt is-safar.

Nilqa’ bil-ferħ l-appoġġ qawwi li l-Parlament Ewropew ta llum lill-proposta tal-Kummissjoni biex jinħoloq suq uniku tat-telekomunikazzjonijiet għall-Ewropej kollha, sew jekk ikunu msiefra bħala turisti kif ukoll bħala vjaġġaturi kummerċjali,” qal José Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni Ewropea. “Wara dan il-vot, l-Ewropa issa saret biċ-ċar l-aktar kontinent attratenti għall-min juża l-mowbajl. Nistenna li dan ma jdumx ma jissarraf fi tkabbir saħansitra aqwa għas-servizzi tad-dejta bil-mowbajl fl-UE.”

"Il-vot ta' llum ifisser it-tmiem definittiv tas-serqa fil-wiċċ tar-roaming fl-Ewropa," qalet Vivian Redining, Kummissarju tal-UE għat-Telekomunikazzjonijiet. "Bis-saħħa tal-appoġġ qawwi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-regoli l-ġodda dwar ir-roaming ntlaħaq qbil dwarhom fi żmien rekord ta' 7 xhur biss. Sewwasew qabel ma jibdew il-vaganzi tas-sajf, iċ-ċittadini Ewropej issa jistgħu jaraw is-suq uniku mingħajr fruntieri fuq il-kontijiet tat-telwfown tagħhom."

"Fi żminjiet ta' kriżi eknomika, it-tisħiħ tas-setgħa tal-infiq tal-konsumaturi huwa strument qawwi għal irkupru rapidu," qalet il-Kummissjarju tal-UE għall-Konsumaturi Meglena Kuneva. "Huwa għalhekk li l-vot tal-lum se jagħti s-setgħa lill-konsumaturi u jkompli jqanqal l-użu tat-telefonija mobbli fl-Ewropa."

Ir-regoli l-ġodda tal-UE dwar ir-roaming approvati llum mill-Parlament sejrin:

  • iqiegħdu l-limitu għall-prezz li jista' jinżamm lill-konsumaturi talli jibagħtu messaġġ SMS waqt is-safar għal €0.11 (minbarra l-VAT), meta mqabbel mal-medja kurrenti ta' €0.28 (bil-prezzijiet għal kull SMS bir-roaming ta' aktar minn €0.35 fl-Olanda u fil-Portugall).
  • inaqqsu sostanzjalment it-tariffi tad-dejta bir-roaming (kemm jiswa li ddur l-internet jew tniżżel films b'mowbajl meta tkun imsifer) billi jintroduċu limitu bl-ingrossa ta' €1 għal kull megabyte imniżżel, meta mqabbel mal-prezz bl-ingrossa medju ta' of €1.68 il-megabyte, bl-ogħla tariffi fl-Irlanda (€6.82), il-Greċja (€5.30) u l-Estonja (€5.10). Il-limitu tal-ingrossa se jinżel għal €0.80 fl-2010 u għal €0.50 fl-2011.
  • iħarsu l-konsumaturi mill-"kontijiet jaħsduk" billi l-klijenti jkunu jistgħu jagħżlu mekkaniżmu ta' qtugħ malli l-kont jilħaq il-€50, sakemm il-konsumatur ma jagħżilx li jkollu limitu ogħla. L-operaturi se jkollhom sa Marzu 2010 biex jimplimentaw dawn il-miżuri ta' trasparenza. Dan l-aħħar, konsumatur Ġermaniż li niżżel prgramm televiżiv waqt li kien romaing fi Franza ħariġlu kont ta' €46 000.
  • inaqqsu dejjem aktar il-limiti tal-prezzijiet għas-sejħiet mobbili bir-roaming. Il-limiti, li bħalissa qegħdin €0.46 għas-sejħiet li jsiru u €0.22 għas-sejħiet imwieġba waqt is-safar, se jinżlu għal €0.43 għas-sejħiet li jsiru u €0.19 għas-sejħiet imwieġba waqt is-safar fl-1 ta' Lulju 2009, għal €0.39 u €0.15 fl-1 ta' Lulju 2010 u għal €0.35 u €0.11 sal-1 ta' Lulju 2011 (il-prezzzijiet kollha l-minuta, minbarra l-VAT).
  • jintroduċu l-prinċipju tal-kont bis-sekonda għall-ewwel 30 sekonda għal sejħiet roamed magħmula u mill-ewwel sekonda għas-sjiħiet imwieġba waqt is-safar. Bħalissa, il-konsumaturi qed iħallsu madwar 20% aktar mill-ħin li fil-fatt jikkunsmaw meta jagħmlu jew iwieġbu s-sejħiet.

Wara l-vot tal-Parlament tal-lum, ir-Regolament il-Ġdid tal-UE dwar ir-Roaming se jsir liġi direttament applikabbli f'kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE fl-1 ta' Lulju 2009.

Ir-regoli l-ġodda dwar ir-roaming, li jżidu mal-ewwel regolament tal-UE dwar ir-roaming tal-vuċi adottat fl-2007 (IP/07/870), se japplikaw sas-sajf tal-2012. Il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni terga' tirraporta, sas-Sajf 2010, dwar kif ikun qegħdin jaħdmu r-regoli l-ġodda. Il-Kummissjoni tista' mbagħad tipproponi aktar regoli, jekk meħtieġa, sa tmiem Ġunju 2011. "L-iżvilupp tas-suq tar-roaming se jinżamm taħt skrutiniju mill-qrib mill-UE fit-tliet snin li ġejjin", qalet il-Kummissarju Reding. "Nittama ħafna li l-industrija tal-mowbajls dan il-messaġġ tifhmu". Issa f'idejhom biex juru li jista' jkun hemm kompetizzjoni sana fis-suq tar-roaming. L-aħjar prova ta' dan tkun jekk jidhru fis-suq dalwaqt pakketti attraenti tar-roaming tal-vuċi u tad-dejta."

Sfond:

Minn mindu daħlet fil-kariga l-Kummissjoni Ewropea preżenti, l-użu tat-telefonija mobbli fl-UE kiber minn 84.6% għal 119% tal-popolazzjoni (IP/09/473).

Is-suq tal-UE tat-telekomunikazzjonijiet jgħodd mal-500 miljun utent potenzjali ta' telefonija fissa u mobbli, Internet broadband u servzzi mobbli tad-dejta. Sabiex jiġu solvuti problemi strutturali ta' kompetizzjoni u konsistenza regolatorja fi ħdan dan is-suq u jitqanqal investiment ġdid, il-Parlament Ewropew, fis-sessjoni plenarja tiegħu ta' Mejju, mistenni jivvota dwar riforma kbira tar-regoli tal-UE dwar it-telkomunikazzjoni li l-Kummissjoni bdietha f'Novembru 2007 (IP/07/1677, MEMO/07/458, IP/08/1661). Ir-regoli l-ġodda jinkludu t-twaqqif ta' Regolatur Ewropew tat-Telekomunikazzjonijiet bl-isem ta' "BERC" (Body of European Regulators for Electronic Communications – Korp tar-Regolaturi Ewropej għat-Telekomunikazzjonijiet Elettroniċi) sa Jannar 2010.

Is-sit tal-UE dwar ir-Roaming joffri stampa tat-tarrifi tar-roaming kurrenti skont il-pajjiż tal-UE

http://ec.europa.eu/information_society/activities/roaming/index_en.htm

Annex:

The new EU Roaming Rules in detail

1) SMS roaming

a) The situation today

Retail average SMS prices

[ ]b) The new EU rules on SMS roaming:

Maximum retail price allowed per SMS sent while roaming abroad in the EU (excluding VAT)

1 July 2009
1 July 2010
1 July 2011
€0.11
€0.11
€0.11

2) Data roaming

a) The situation today

Average wholesale price per data MB

[ ]

Average off-net retail price per MB

[ ]

b) The new EU rules on data roaming (2009)

Wholesale cap per megabyte of data transmitted while roaming abroad,

1 July 2009
1 July 2010
1 July 2011
€1.00
€0.80
€0.50

3) Voice roaming

a) The situation before the first EU roaming rules

Average price roaming voice calls for calls made (April – September 2007)

[ ]

Average price roaming voice calls for calls received (April – September 2007)

[ ]

b) The situation under the EU roaming rules 2007

Retail cap for mobile roaming charges ("Eurotariff"),
excluding VAT
(last column now superseded by new EU roaming rules 2009



30 August 2007

30 August 2008

30 August 2009
Eurotariff for
calls made from abroad

€0.49

€0.46

€0.43
Eurotariff for
calls received whilst abroad

€0.24

€0.22

€0.19

c) The new EU roaming rules on voice roaming (2009)

Retail cap for mobile roaming charges ("Eurotariff"),
excluding VAT
(first column advances entry into force of caps foreseen
by EU roaming rules 2007)



1 July 2009

1 July 2010

1 July 2011
Eurotariff for calls made from abroad
€0.43
€0.39
€0.35
Eurotariff for calls received whilst abroad
€0.19
€0.15
€0.11

4) The need for the principle of per second billing

(now to be introduced by the new EU roaming rules 2009)

Surcharge as a result of billed minutes for calls made and received for all consumers

[ ]


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website