Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni tistabbilixxi miri aktar ibsin għal pagamenti aktar malajr għall-għoti u l-kuntratti tal-UE

Commission Européenne - IP/09/551   08/04/2009

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/551

Brussell, it-8 ta’ April 2009

Il-Kummissjoni tistabbilixxi miri aktar ibsin għal pagamenti aktar malajr għall-għoti u l-kuntratti tal-UE

Illum ġiet adottata inizzjattiva li tindroduċi miri ġodda u aktar ibsin għall-pagamenti tal-fondi tal-UE li huma ġestiti b’mod dirett mill-Kummissjoni Ewropea. Il-proposti jimmiraw biex isaħħu l-isforzi li attwali u biex iħaffu l-għoti tal-flus lill-benefiċjarji – bosta drabi negozji żgħar u awtoritajiet amministrattivi lokali. Huma se japplikaw għal EUR 15 biljun tal-fondi li għandhom perjodi speċifiċi ta’ pagamenti li jkopru oqsma bħar-riċerka, l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ, l-enerġija u t-trasport Waħda mill-miri ċentrali hi li l-perjodi għall-prefinanzjament inizjali ta' għotjiet u kuntratti tal-UE jitnaqqsu minn 30 għal 20 ġurnata. Il-proposti jikkomplimentaw deċiżjonijiet reċenti biex jitħaffu l-pagamenti għall-proġetti tal-Fondi Strutturali hekk kif imħabbar fil-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku (IP/08/1983), kif ukoll proposti kontra pagamenti li jsiru tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (IP/09/552).

Dalia Grybauskaitė, il-Kummissarju tal-UE għall-Ipprogrammar Finanzjarju u l-Baġit qalet li “l-għan tal-proposta tal-lum hu li r-regoli finanzjarji attwali jintużaw sal-aħħar qatra biex jitħaffu l-pagamenti diretti ta' madwar 415,000 li l-Kummissjoni tagħti kull sena". Hi għamlet enfasi dwar din il-porposta f’waqtha billi żiedet tgħid li "l-klima ekonomika attwali teħtieġ miżuri immedjati biex jgħinu jiffaċilitaw is-sitwazzjoni għall-benefiċjarji tal-kreditu. Barra minn hekk, din l-inizjattiva se tħejji t-triq għal bidliet futuri għar-regoli finanzjarji tal-UE ppjanati għall-2010 ".

L-enfasi prinċipali tal-komunikazzjoni hi li jitnaqqsu l-limiti tal-perjodu tal-prefinanzjament, jew pagamenti inizjali minn 30 għal 20 ġurnata. Dawn il-pagamenti huma l-aktar sempliċi billi ma jeħtieġu l-ebda mili ta’ karti jew burokrazija kumplessi u jirrappreżentaw madwar EUR 9.5 biljun. Għal pagamenti oħra li huma ġestiti b’mod ċentrali (li jirrappreżentaw madwar EUR 5.5 biljun), il-mira hi li jitnaqqsu l-perjodi ta’ pagamenti minn 45 għal 30 ġurnata, b’hekk il-pagamenti tal-Kummissjoni Ewropea ser jiġu konformi mad-direttiva dwar il-ġlieda kontra l-pagamenti tard fit-tranżazzjonijiet kummerċjali. Il-Kummissjoni se tinkoraġġixxi wkoll lis-servizzi tagħha biex iżżied l-użu tar-rati uniformi u ħlas f’somma waħda għall-għoti u l-kuntratti li huma ġestiti b’mod ċentrali.

Il-fatt li jiġu simplifikati l-proċeduri ġenerali qabel ma jinbdew il-proġetti jista' jikkontribwixxi għal pagamenti aktar malajr u b'hekk jiġu introdotti miżuri li joffru lis-servizzi tal-Kummissjoni l-possibbiltà li jippubblikaw sejħiet għal proposti li jkopru sentejn minflokk snin individwali u biex jużaw sejħiet standardizzati. Il-qsim tal-għarfien u tal-esperjenza hu aspett importanti fl-aċċelerazzjoni tal-pagamenti u d-Direttorat-Ġenerali tal-Kummissjoni tal-Baġit (DG BUDG) ser ikollu rwol aktar attiv fl-assistenza ta’ servizzi oħra biex ikunu ssodisfati d-diversi kondizzjonijiet meħtieġa biex -baġits tagħhom tagħom ikunu impenjati mingħajr telf ta' żmien. L-introduzzjoni ta’ proċeduri aċċelarati għall-ksib u l-għoti ser ikunu mħeġġa kull fejn ikun possibbli.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jkunu obbligati jirrapportaw b’mod formali fir-rapporti dwar l-attivita ta’ kull sena dwar il-kisbiet ta’ dawn il-miri.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site