Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/48

Brussell, it-14 ta' Jannar 2009

Id-domain .eu jaqbeż it-3 miljuni

It-tliet miljun domain .eu ġie rreġistrat fil-11 ta’ Jannar minn ċittadin Ġermaniż. Sentejn u nofs wara li ġie varat, dan jikkonferma s-suċċess tad-domain tal-ogħla livell .eu. Huwa r-raba’ domain l-aktar popolari fost id-domains tal-pajjiżi Ewropej u d-disa' wieħed tad-dinja. Permezz tal-promozzjoni ta’ identità online distintivament ewropea, .eu jgħin liċ-ċittadini u n-negozju jgawdu mill-benefiċċji sħaħ tas-suq uniku. Il-kumpaniji multinazzjonali, u l-SMEs, l-NGOs u l-imħaseb kif ukoll individwi Ewropej kollha adottaw id-.eu biex jimmarkaw il-preżenza elettronika tagħhom.

“It-tliet miljun domain .eu jirriflettu l-fiduċja fl-UE li għandhom l-utenti Ewropej tal-internet”, qalet Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. “Din il-kisba, biss ftit xhur qabel it-tielet anniversarju, tindika biċ-ċar kemm id-.eu ġabar kunsens pubbliku: għadd dejjem akbar ta’ utenti tal-internet qed jaħtfu l-opportunità li jesprimu online il-karattru Ewrope tagħhom. Kuntenta partikolarment bil-fatt li bosta kumpaniji żgħar u medji qed jadottaw id-.eu bħala parti integrali mill-identità korporattiva tagħhom, u ħerqana li nara aktar kumpaniji japprofittaw mid-.eu fil-ġejjieni.”

L-ilħiq tat-tliet miljun domain ifisser li d-.eu kkonsolida postu fost l-akbar għaxar domain tal-ogħla livell fid-dinja, bħal .com, .net. u .org. Ir-reġistrazzjoni għad-domains .eu ilha tikber bla qtugħ sa minn meta ddaħħlet fl-2006. Barra minn hekk, id-domains .eu għandhom reputazzjoni tajba: stħarriġ riċenti li sar għall-EURid, ir-reġistru għad-.eu, juri li l-utenti mhux biss jipperċepixxu d-.eu bħala l-identità elettronika Ewropea l-ġenwina, iżda jemmnu wkoll li d-domains .eu huma innovattivi u moderni.

Bosta domains .eu ġew irreġistrati f’pajjżi tal-EU bl-akbar popolazzjoniiet u l-ogħla penetrazzjoni tal-internet. Il-Ġermanja għadha fuq quddiem bi 30%, segwita mill-Olanda (14%), ir-Renju Unit (12%), Franza (8%) u l-Polonja (6%).

L-isfond

Id-.eu fetaħ għall-ewwel darba fis-7 ta' Diċembru 2005 għad-detenturi ta' drittijiet preeżistenti (IP/05/1510). Sa mill-ewwel jiem ta' April 2006, ir-reġistrazzjoni kienet miftuħa għar-residenti u l-organizzazzjonijiet kollha tal-UE b'sede rreġistrata fl-UE (IP/06/476). Il-ġestjoni tar-reġistru .eu (id-database tar-reġistrazzjonijiet kollha ta' ismijiet .eu) tinsab f'idejn l-EURid, organizzazzjoni indipendenti u bla skop ta' qligħ. Sal-ewwel anniversarju tiegħu, kienu ġew irreġistrati 2.5 miljun isem ta' domain .eu (IP/07/483), , u fl-2007 żdiedu 300 000 isem ta' domain ieħor (IP/08/530).

http://ec.europa.eu/information_society/policy/doteu/

Statistika dwar it-tieni kwart tal-2008:

http://www.eurid.eu/files/Q2_08.pdf

Għat-traċċar f’ħin reali tal-istatistika .eu, ara:

http://www.eurid.eu/en/about/facts-figures/statistics

MEMO/09/9

Annex

Top ten top-level internet domains in number of registrations as of November 2008

.com
78.631.647
.cn
13.337.889
.de
12.447.909
.net
11.969.613
.org
7.330.494
.uk
7.277.705
.info
5.089.331
.nl
3.190.979
.eu (*)
2.995.022
.biz
2.020.082

(*) an update on the number of registrations for .eu is maintained daily on EURID website:

http://www.eurid.eu/en/about/facts-figures/statistics

Number of .eu domain names compared to national top-level internet domains per 1000 inhabitants (as of January 2009)

Country

No. of .eu domains per 1000 inhabitants
No. of country domains per 1000 inhabitants
Cyprus
66.1
n/a
Luxembourg
54.9
86.2
Netherlands
24.7
193.6
Ireland
13.1
25.6
Germany
11.1
151.7
Belgium
8.9
80.0
Austria
8.7
95.7
Sweden
8.7
90.2
Denmark
8.0
175.0
Czech Republic
7.4
47.9
Malta
6.4
n/a
UK
6.0
118.1
Estonia
6.0
47.0
Poland
4.5
34.7
France
3.8
20.5
Slovakia
3.2
31.9
Latvia
3.2
28.7
Slovenia
2.9
30.8
Hungary
2.8
40.4
Lithuania
2.7
28.1
Finland
2.7
37.0
Italy
2.7
27.0
Greece
2.2
n/a
Spain
1.5
23.8
Bulgaria
1.2
n/a
Portugal
1.1
25.9
Romania
0.9
16.4


Side Bar