Sélecteur de langues
Chemin de navigation
IP/09/343
Brussell, it-3 ta’ Marzu 2009
"Fis-seklu 21, ħafna minna jgħidu li żgur ma ngħaddux mingħajr it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni – speċjalment fl-uffiċċju, u forsi wkoll fid-djar tagħna. Iż-żoni rurali g]aliex għandhom jgħaddu b’aċċess fqir għal din l-għoddal?" staqsiet Mariann Fischer Boel, Il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. "Jekk irridu verament żoni rurali ħajjin u sinjuri, għad jeħtiġilna ngħinu lil kulħadd biex it-teknoloġiji moderni jisfruttawhom kemm jistgħu."
"Għandna nagħmlu minn kollox biex inwasslu t-teknoloġiji tal-internet liċ-ċittadini kollha tal-Ewropa. It-teknoloġiji tal-internet jikkontribwixxu għal nofs it-tkabbir fil-produttività tal-UE, u l-Istati Membri tal-UE ma jaffordjawx li ż-żoni rurali tagħhom jibqgħu mingħajr dan il-potenzjal, speċjalment f’dan iż-żmien ta’ kriżi ekonomika," qalet Viviane Reding, il-Kummissarju għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Media. "Il-Broadband huwa għodda indispensabbli għan-negozji f’żoni rurali, speċjalment SMEs li jiddependu fuq konnessjoni b’veloċità għolja mal-bqija tal-ekonomija. Nitlob lill-Kunsill biex jgħinna niżguraw li dawn in-negozji ma jibqgħux b’xejn, billi jgħaddi messaġġ qawwi b’appoġġ tal-broadband għall-Ewropej kollha.."
Filwaqt li madwar 93 % tal-Ewropej jistgħu jgawdu aċċess għall konnessjoni onlajn b’veloċità għolja, huma biss 70 % fiż-żoni rurali, u f’xi pajjiżi (bħall-Greċja, il-Polonja, is-Slovakkja, il-Bulgarija u r-Rumanija) in-netwerks tal-broadband internet b’veloċità għolja jkopru biss 50 % jew inqas tal-popolazzjoni rurali.
Il-Kummissjoni, f’Komunikazzjoni adottata llum, tispjega l-benefiċċji li jista’ jkollhom negozji u individwi f’żoni rurali, bħal farms u prodotturi tal-ikel, permezz ta’ aċċess aħjar għat-Teknoloġiji moderni tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, bħall-internet, f’żoni rurali.
Per eżempju, 80 % tal-farms Żvediżi diġà għandhom aċċess għall-internet, u terz tagħhom jużaw l-internet kuljum (terz jużaw ukoll l-internet biex jibagħtu applikazzjonijiet għall-appoġġ mill-UE). Madankollu, f’reġjuni oħrajn bħat-Toskana (l-Italja) u l-Ungerija, kwart biss tal-bdiewa jużaw l-internet, u dan jagħmilhielhom iżjed diffiċli li jippjanaw il-produzzjoni, jikkumerċjalizaw il-prodotti, jaċċessaw prezzijiet fi swieq internazzjonali, jiċċekkjaw it-tbassir tat-temp jew jilħqu ftehimiet kooperattivi ma’ atturi oħrajn tas-suq. Mhux il-bdiewa biss qed jitilfu l-opportunitajiet: madwar l-Ewropa, huma biss 22.5 % min-nies taż-żoni rurali li jużaw is-servizzi tal-gvern elettroniku, bħat-tressiq ta’ formoli tat-taxxa, imqabbel ma’ 32.9 % f’żoni urbani.
Għalhekk il-Kummissjoni qed titlob lill-Istati Membri u lir-reġjuni (inklużi l-awtoritajiet lokali) biex iqisu jekk għandhomx jadattaw il-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom biex jagħtu enfasi adegwata lil teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u lil konnessjoni tal-internet, speċjalment matul ir-reviżjoni tan-nofs il-perjodu tal-pjanijiet għall-iżvilupp rurali tagħhom li jispiċċaw fl-2010.
Sfond
L-UE tindirizza d-"differenza fl-internet broadband" bejn żoni urbani u rurali permezz tal-politika għall-iżvilupp rurali – li tifforma parti mill-Politika Agrikola Komuni. L-Istati Membri u r-reġjuni jistgħu jonfqu l-finanzi tal-UE għall-modernizzar, bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda, farms, taħriġ, ħarsien tal-ambjent, twaqqif ta’ negozji ġodda u servizzi bażiċi f’żoni rurali.
Barra minn hekk, madwar €15-il biljun qed jintefqu fuq prijoritajiet ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni skont il-Politika tal-Koeżjoni tal-UE għall-2007 - 2013 – per eżempju, fuq servizzi pubbliċi elettroniċi u infrastruttura tal-internet. Parti minn dan l-infiq se ssir f’żoni rurali.
Il-Kummissjoni, fit-28 ta’ Jannar 2009, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2008, ipproponiet li twarrab €1 biljun ta’ nfiq żejjed għal investiment fil-broadband bħala parti mill-Pjan Ewropew ta’ Rilanċ Ekonomiku li pproponiet, bil-għan li tintlaħaq kopertura ta’ 100 % tal-broadband internet b’veloċità għolja għall-Ewropa (MEMO/09/35). B’akkumpanjament għall-Komunikazzjoni tal-lum dwar aċċess aħjar għal teknoloġiji moderni tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni f’żoni rurali, il-Kummissjoni se torganizza konferenza tal-UE dwar il-broadband f’Turin (l-Italja) fit-2-3 ta’ April 2009 (EU conference on broadband in Turin (Italy) on 2-3 April 2009). Dan l-avveniment se jlaqqa’ flimkien il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u l-partijiet interessati oħrajn biex jiddiskutu ż-żieda fl-investiment tal-UE fil-broadband skont il-pjan ta’ rilanċ tal-UE u l-politiki li għandhom jgħinu fl-ilħiq ta’ kopertura 100 % tal-broadband f’żoni rurali.
Il-Komunikazzjoni tal-lum dwar aċċess aħjar għal żoni rurali għall-ICT moderni tinstab f’:
http://ec.europa.eu/agriculture/rurdev/employment/ict/index_en.htm
Annex
Broadband coverage of population, December 2007
|
2007
|
||||
|---|---|---|---|---|
|
|
Urban
|
Suburban
|
Rural
|
Total
|
|
AT
|
100%
|
99%
|
81%
|
92%
|
|
BE
|
100%
|
100%
|
100%
|
100%
|
|
BG
|
n.a.
|
n.a.
|
0%
|
n.a.
|
|
CY
|
100%
|
40%
|
0%
|
80%
|
|
CZ
|
98%
|
85%
|
75%
|
85%
|
|
DK
|
100%
|
100%
|
100%
|
100%
|
|
EE
|
90%
|
0%
|
73%
|
85%
|
|
FI
|
99%
|
98%
|
91%
|
96%
|
|
FR
|
99%
|
99%
|
97%
|
99%
|
|
DE
|
99%
|
95%
|
88%
|
96%
|
|
GR
|
100%
|
85%
|
50%
|
86%
|
|
HU
|
98%
|
94%
|
80%
|
91%
|
|
IS
|
100%
|
0%
|
79%
|
92%
|
|
IE
|
100%
|
99%
|
73%
|
89%
|
|
IT
|
100%
|
91%
|
82%
|
94%
|
|
LV
|
98%
|
80%
|
65%
|
87%
|
|
LT
|
99%
|
97%
|
68%
|
88%
|
|
LU
|
100%
|
100%
|
100%
|
100%
|
|
MT
|
99%
|
Not relevant
|
Not relevant
|
99%
|
|
NL
|
99%
|
99%
|
99%
|
99%
|
|
NO
|
98%
|
96%
|
94%
|
96%
|
|
PL
|
86%
|
45%
|
43%
|
64%
|
|
PT
|
99%
|
96%
|
86%
|
95%
|
|
RO
|
n.a.
|
n.a.
|
0%
|
n.a.
|
|
SK
|
94%
|
84%
|
39%
|
74%
|
|
SI
|
99%
|
95%
|
86%
|
92%
|
|
ES
|
93%
|
90%
|
88%
|
91%
|
|
SE
|
99%
|
99%
|
90%
|
98%
|
|
UK
|
100%
|
100%
|
96%
|
100%
|
|
EU 25+2
|
98%
|
92%
|
80%
|
93%
|
|
EU 27+2
|
n.a.
|
n.a.
|
70%
|
n.a.
|
Data source: IDATE Study “Broadband Coverage in Europe 2008”
Data for urban, suburban areas and for the national average in Bulgaria and Romania are not available. Rural coverage in these countries is 0 and this allows the calculation of rural coverage for EU27 + 2.
% of total territory covered by fixed broadband, Dec 2007
[ ]
Note: No data for rural areas in Malta and Cyprus
Source: Rural development statistical report 2008, European Commission