Navigation path

Left navigation

Additional tools

Jeħtieġ aċċess aħjar għall-internet b’veloċità għolja biex ir-reġjuni rurali Ewropej jieħdu l-ħajja, tgħid il-Kummissjoni.

European Commission - IP/09/343   03/03/2009

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/343

Brussell, it-3 ta’ Marzu 2009

Jeħtieġ aċċess aħjar għall-internet b’veloċità għolja biex ir-reġjuni rurali Ewropej jieħdu l-ħajja, tgħid il-Kummissjoni.

Li t-30 % tal-popolazzjoni rurali tal-UE li ma għandhomx aċċess għall-internet b’veloċità għolja jingħataw konnessjoni għandha tkun prijorità biex jinkiseb ‘broadband għal kulħadd’ sal-2010, qalet il-Kummissjoni llum. Konnessjoni mtejba tal-internet hija għodda qawwija biex tistimula rkupru ekonomiku mgħaġġel. Illum il-Kummissjoni qed tispjega kif tuża l-programmi tagħha stess ta’ appoġġ biex tkattar netwerks u servizzi tal-internet f’żoni rurali, u ħeġġet lill-Istati Membri tal-UE biex jagħmlu l-istess. Aċċess tajjeb għall-internet jista’ jnaqqas l-iżolazzjoni u jżid il-kompetittività ta’ farms u kumpaniji f’żoni rurali, speċjalment intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) permezz ta’ aċċess għas-swieq internazzjonali u mezzi aktar veloċi u effiċjenti biex jagħmlu n-negozju. Sadanittant, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qed jiddiskutu proposta tal-Kummissjoni biex jingħataw €1 biljun aktar permezz tal-Pjan Ewropew ta’ Rilanċ Ekonomiku biex l-aċċess għall-internet b’veloċità għolja jinfirex iktar madwar ir-reġjuni kollha tal-Ewropa.

"Fis-seklu 21, ħafna minna jgħidu li żgur ma ngħaddux mingħajr it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni – speċjalment fl-uffiċċju, u forsi wkoll fid-djar tagħna. Iż-żoni rurali g]aliex għandhom jgħaddu b’aċċess fqir għal din l-għoddal?" staqsiet Mariann Fischer Boel, Il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. "Jekk irridu verament żoni rurali ħajjin u sinjuri, għad jeħtiġilna ngħinu lil kulħadd biex it-teknoloġiji moderni jisfruttawhom kemm jistgħu."

"Għandna nagħmlu minn kollox biex inwasslu t-teknoloġiji tal-internet liċ-ċittadini kollha tal-Ewropa. It-teknoloġiji tal-internet jikkontribwixxu għal nofs it-tkabbir fil-produttività tal-UE, u l-Istati Membri tal-UE ma jaffordjawx li ż-żoni rurali tagħhom jibqgħu mingħajr dan il-potenzjal, speċjalment f’dan iż-żmien ta’ kriżi ekonomika," qalet Viviane Reding, il-Kummissarju għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Media. "Il-Broadband huwa għodda indispensabbli għan-negozji f’żoni rurali, speċjalment SMEs li jiddependu fuq konnessjoni b’veloċità għolja mal-bqija tal-ekonomija. Nitlob lill-Kunsill biex jgħinna niżguraw li dawn in-negozji ma jibqgħux b’xejn, billi jgħaddi messaġġ qawwi b’appoġġ tal-broadband għall-Ewropej kollha.."

Filwaqt li madwar 93 % tal-Ewropej jistgħu jgawdu aċċess għall konnessjoni onlajn b’veloċità għolja, huma biss 70 % fiż-żoni rurali, u f’xi pajjiżi (bħall-Greċja, il-Polonja, is-Slovakkja, il-Bulgarija u r-Rumanija) in-netwerks tal-broadband internet b’veloċità għolja jkopru biss 50 % jew inqas tal-popolazzjoni rurali.

Il-Kummissjoni, f’Komunikazzjoni adottata llum, tispjega l-benefiċċji li jista’ jkollhom negozji u individwi f’żoni rurali, bħal farms u prodotturi tal-ikel, permezz ta’ aċċess aħjar għat-Teknoloġiji moderni tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, bħall-internet, f’żoni rurali.

Per eżempju, 80 % tal-farms Żvediżi diġà għandhom aċċess għall-internet, u terz tagħhom jużaw l-internet kuljum (terz jużaw ukoll l-internet biex jibagħtu applikazzjonijiet għall-appoġġ mill-UE). Madankollu, f’reġjuni oħrajn bħat-Toskana (l-Italja) u l-Ungerija, kwart biss tal-bdiewa jużaw l-internet, u dan jagħmilhielhom iżjed diffiċli li jippjanaw il-produzzjoni, jikkumerċjalizaw il-prodotti, jaċċessaw prezzijiet fi swieq internazzjonali, jiċċekkjaw it-tbassir tat-temp jew jilħqu ftehimiet kooperattivi ma’ atturi oħrajn tas-suq. Mhux il-bdiewa biss qed jitilfu l-opportunitajiet: madwar l-Ewropa, huma biss 22.5 % min-nies taż-żoni rurali li jużaw is-servizzi tal-gvern elettroniku, bħat-tressiq ta’ formoli tat-taxxa, imqabbel ma’ 32.9 % f’żoni urbani.

Għalhekk il-Kummissjoni qed titlob lill-Istati Membri u lir-reġjuni (inklużi l-awtoritajiet lokali) biex iqisu jekk għandhomx jadattaw il-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom biex jagħtu enfasi adegwata lil teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u lil konnessjoni tal-internet, speċjalment matul ir-reviżjoni tan-nofs il-perjodu tal-pjanijiet għall-iżvilupp rurali tagħhom li jispiċċaw fl-2010.

Sfond

L-UE tindirizza d-"differenza fl-internet broadband" bejn żoni urbani u rurali permezz tal-politika għall-iżvilupp rurali – li tifforma parti mill-Politika Agrikola Komuni. L-Istati Membri u r-reġjuni jistgħu jonfqu l-finanzi tal-UE għall-modernizzar, bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda, farms, taħriġ, ħarsien tal-ambjent, twaqqif ta’ negozji ġodda u servizzi bażiċi f’żoni rurali.

Barra minn hekk, madwar €15-il biljun qed jintefqu fuq prijoritajiet ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni skont il-Politika tal-Koeżjoni tal-UE għall-2007 - 2013 – per eżempju, fuq servizzi pubbliċi elettroniċi u infrastruttura tal-internet. Parti minn dan l-infiq se ssir f’żoni rurali.

Il-Kummissjoni, fit-28 ta’ Jannar 2009, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2008, ipproponiet li twarrab €1 biljun ta’ nfiq żejjed għal investiment fil-broadband bħala parti mill-Pjan Ewropew ta’ Rilanċ Ekonomiku li pproponiet, bil-għan li tintlaħaq kopertura ta’ 100 % tal-broadband internet b’veloċità għolja għall-Ewropa (MEMO/09/35). B’akkumpanjament għall-Komunikazzjoni tal-lum dwar aċċess aħjar għal teknoloġiji moderni tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni f’żoni rurali, il-Kummissjoni se torganizza konferenza tal-UE dwar il-broadband f’Turin (l-Italja) fit-2-3 ta’ April 2009 (EU conference on broadband in Turin (Italy) on 2-3 April 2009). Dan l-avveniment se jlaqqa’ flimkien il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u l-partijiet interessati oħrajn biex jiddiskutu ż-żieda fl-investiment tal-UE fil-broadband skont il-pjan ta’ rilanċ tal-UE u l-politiki li għandhom jgħinu fl-ilħiq ta’ kopertura 100 % tal-broadband f’żoni rurali.

Il-Komunikazzjoni tal-lum dwar aċċess aħjar għal żoni rurali għall-ICT moderni tinstab f’:

http://ec.europa.eu/agriculture/rurdev/employment/ict/index_en.htm

MEMO/09/92

Annex

Broadband coverage of population, December 2007

2007
 
Urban
Suburban
Rural
Total
AT
100%
99%
81%
92%
BE
100%
100%
100%
100%
BG
n.a.
n.a.
0%
n.a.
CY
100%
40%
0%
80%
CZ
98%
85%
75%
85%
DK
100%
100%
100%
100%
EE
90%
0%
73%
85%
FI
99%
98%
91%
96%
FR
99%
99%
97%
99%
DE
99%
95%
88%
96%
GR
100%
85%
50%
86%
HU
98%
94%
80%
91%
IS
100%
0%
79%
92%
IE
100%
99%
73%
89%
IT
100%
91%
82%
94%
LV
98%
80%
65%
87%
LT
99%
97%
68%
88%
LU
100%
100%
100%
100%
MT
99%
Not relevant
Not relevant
99%
NL
99%
99%
99%
99%
NO
98%
96%
94%
96%
PL
86%
45%
43%
64%
PT
99%
96%
86%
95%
RO
n.a.
n.a.
0%
n.a.
SK
94%
84%
39%
74%
SI
99%
95%
86%
92%
ES
93%
90%
88%
91%
SE
99%
99%
90%
98%
UK
100%
100%
96%
100%
EU 25+2
98%
92%
80%
93%
EU 27+2
n.a.
n.a.
70%
n.a.

Data source: IDATE Study “Broadband Coverage in Europe 2008”

Data for urban, suburban areas and for the national average in Bulgaria and Romania are not available. Rural coverage in these countries is 0 and this allows the calculation of rural coverage for EU27 + 2.

% of total territory covered by fixed broadband, Dec 2007

[ ]

Note: No data for rural areas in Malta and Cyprus

Source: Rural development statistical report 2008, European Commission


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website