Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/342

Brussell, it3 ta’ Marzu 2009

Il-Kummissjoni tal-UE se tiffinanzja l-Koalizzjoni Finanzjarja Ewropea (EFC) fil-ġlieda kontra d-distribuzzjoni ta' immaġni ta' abbuż mit-tfal permezz tal-internet

Il-Kummissjoni Ewropea se tipprovdi sa EUR 427.000 ta' finanzjament għall-attivitajiet tal-Koalizzjoni Finanzjarja Ewropea kontra l-kontenut fuq l-internet tal-abbuż sesswali mit-tfal, ħabbar illum il-Viċipresident tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Ġustizzja, l-Libertà u s-Sigurtà Jacques Barrot.

Il-koalizzjoni - immexxija miċ-Ċentru kontra l-Isfruttament tat-Tfal u l-Protezzjoni Online (Child Exploitation and Online Protection (CEOP)) (l-organizzazzjoni tal-Pulizija tar-Renju Unit iddedikata għall-protezzjoni tat-tfal mill-isfruttament sesswali) u ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea, - hija grupp informali pubbliku-privat li jinkludi l-awtoritajiet tal-pulizija, l-operaturi finanzjarji, dawk li jipprovdu s-servizz tal-internet, l-Organizzazzjonijiet non-Governattivi u msieħba oħra, li l-għan tagħhom hu li jaħdmu flimkien fil-ġlieda kontra l-pornografija tat-tfal.

MasterCard, Microsoft, PayPal, VISA Europe u l-NGO Missing Children Europe (Tfal irrapurtati nieqsa fl-Ewropa) huma fost il-Membri Fundaturi tal-koalizzjoni l-ġdida u flimkien magħhom hemm Allen and Overy u ICMEC - iċ-Ċentru Internazzjonali għat-Tfal Neqsin u Sfruttati bħala membri konsultattivi għall-EFC. Fuq in-naħa tal-infurzar tal-liġi tal-EFC, il-membri fundaturi jinkludu wkoll il-Europol u l-Pulizija Postali u tal-Komunikazzjoni Taljana.

Il-Koalizzjoni tnediet illum waqt konferenza tal-aħbarijiet organizzata fil-Kwartieri Ġenerali tal-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tar-Renju Unit CEOP (Child exploitation and online protection centre), fil-preżenza tal-Viċi President Jacques Barrot.

Il-Kummissjoni se tikkontribwixxi sa EUR 427 000 f’fondi għall-attivitajiet tal-koalizzjoni, li għandha l-għan li ġġib flimkien il-partijiet kollha involuti fil-ġlieda kontra d-distribuzzjoni kummerċjali ta’ immaġni ta’ abbuż sesswali tat-tfal fuq l-Internet. Il-Koalizzjoni se tgħin fl-identifikazzjoni u l-protezzjoni tal-vittmi, issib u tarresta l-kriminali – pedofili kif ukoll dawk li jagħmlu qligħ ekonomiku mill-bejgħ tal-immaġni. Għalhekk, se jkunu imwaqqfa sistemi ta’ pagament bil-karti tal-kreditu jew metodi elettroniċi oħra ta’ ħlas fix-xiri ta’ pornografija tat-tfal. Barra dan, il-Kummissjoni dalwaqt se tippreżenta proposti biex taġġorna u ssaħħaħ id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuz sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal.

Il-Viċi-President, Jacques Barrot, il-Kummissarju Responsabbli għall-Ġustizzja, l-Libertà u s-Sigurtà, enfasizza l-importanza ta’ din l-inizjattiva meta qal “Ninsab impenjat bis-sħiħ li nipprovdi l-ogħla forma possibbli ta’ protezzjoni għat-tfal kontra kull forma ta’ reat u abbuż. Hija realtà li t-tkabbir rapidu tal-internet fetaħ suq kriminali serju għal immaġni ta’ abbuż mit-tfal. Il-Koalizzjoni Finanzjarja Ewropea se tgħin biex jiġu identitifkati u protetti l-vittmi, u, fuq kollox, tikkonfiska l-profitti minn dawn l-attivitajiet kriminali. Minkejja dan, sabiex il-Koalizzjoni tkun effettiva kompletament, jeħtieġ li iżjed imsieħba, inklużi Stati Membri jingħaqdu magħha. Jiena lest li nappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tagħhom". "


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website