Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/275

Brussell, it-18 ta' Frar 2009

Il-ħolqien ta' Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn fil-Qasam tal-Ażil fuq proposta tal-Kummissjoni

Illum, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament biex jiġi stabbilit Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn fil-Qasam tal-Ażil Din il-proposta hija ppreżentata taħt il-Patt dwar Immigrazzjoni u Ażil bħala risposta għat-talba mill-Kunsill Ewropew li qiegħed jiġi propost huwa l-istabbiliment fil-pront ta' aġenzija operattiva biex tikkoordina u żżid il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ażil, biex prattiki nazzjonali differenti jkunu jistgħu jiġu armonizzati. L-Uffiċċju se jgħin ukoll sabiex jiġu allineati r-regoli eżistenti fl-UE dwar l-ażil

Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Jacques Barrot, li huwa responsabbli għall-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, qal: "Qegħdin, b'mod attiv, naħdmu biex tiġi stabbilita Sistema Ewropea Komuni dwar l-Ażil. F'dan il-kuntest, huwa essenzjali li jiġu allineati mhux biss il-liġijiet tagħna iżda anke l-prattiki tagħna wkoll. L-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri għandhom il-bżonn kruċjali ta' sostenn materjali għall-ħtiġijiet operattivi ta' kuljum tagħhom. Timijiet ta' appoġġ li ġew immobilizzati mill-Uffiċċju se jgħinu wkoll biex jinstabu soluzzjonijiet għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza, bħal pereżempju influss fuq skala kbira ta' persuni li qegħdin ifittxu l-ażil.

Il-prattika fil-preżent dwar l-implimentazzjoni tad-dritt għall-ażil turi l-fatt li jeżistu differerenzi kbar bejn il-mod kif l-Istati Membri jittrattaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali. Pereżempju, ċittadin tal-Iraq għandu 71% ċans li jsib protezzjoni fi Stat Membru partikolari iżda 2% ċans biss fi Stat Membru ieħor. Il-Pjan Politiku dwar l-Ażil li ġie adottat mill-Kummissjoni f'Ġunju tal-2008 jipproponi estensjoni ambizzjuża u bidla mill-qiegħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-ażil. Il-ħidma għaddejja diġà iżda hemm bżonn li tkun sostnuta b'żieda fil-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri bl-għan li l-prattiki nazzjonali jiġu allinejati.

L-uffiċċju se jappoġġja l-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw politika dwar l-ażil akar ġusta u konsistenti, pereżempju billi jgħin biex jiġu identifikati prattiki tajbin, billi jorganizza taħriġ fl-livell Ewropew u jtejjeb l-aċċess għal informazzjoni preċiża dwar il-pajjiżi ta' oriġini. L-Uffiċċju se jkun responsabbli wkoll biex jikkoordina timijiet ta' sostenn magħmulin minn esperti nazzjonali li se jkunu mobilizzati fuq it-talba ta' Stati Membri li jkunu qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' influss fuq skala kbira ta' persuni li qegħdin ifittxu l-kenn politiku fit-territorju tagħhom. L-Uffiċċju se jipprovdi wkoll assistenza teknika u xjentifika għall-iżvilupp ta' politika u leġiżlazzjoni dwar l-ażil.

L-Uffiċċju se jiġi stabbilit fil-forma ta' aġenzija, korp Ewropew indipendenti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jkunu rappreżentati fuq il-Bord ta' Ġestjoni, li se jkun il-korp ta' tmexxija tal-Uffiċċju. L-Uffiċċju se jaħdem fil-qrib mal-awtoritajiet responsabbli għall-ażil fl-Istati Membri u mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Refjuġati. Se jkun hemm ukoll Forum ta' Konsultazzjoni għal djalogu ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

Jekk il-proposta tiġi adottata fil-pront, l-Uffiċċju jista' jkun operattiv qabel is-sena 2010 Il-kwartieri ġenerali tiegħu se jkunu stabbiliti fi Stat Membru tal-UE permezz ta' deċiżjoni min-naħa tal-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website