Sélecteur de langues
Chemin de navigation
IP/09/26
Brussell, il-9 ta’ Jannar 2009
"Ix-xena awdjoviżiva internazzjonali nbidlet ħafna dawn l-aħħar għoxrin sena, notevolment bl-impatt tal-iżviluppi teknoloġiċi bħal video on demand, TV fuq l-internet jew televixin diġitali b’diversi kanali. Dan ħoloq domanda dejjem akbar għal kontenut awdjoviżiv, u jeħtieġ li 'nimlew' dawn it-teknoloġiji ġodda b'kontentut ġdid u eċitanti," qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Midja. "Naħseb li MEDIA MUNDUS hija t-tweġiba kulturali t-tajba għal din l-isfida teknoloġika globali. Is-suċċessi tal-programm eżistenti MEDIA u ta' MEDIA International urew il-ħtieġa għal segwiment: Wasal iż-żmien li jsiru globali. Jien nistenna li ċ-ċittadini tal-UE jibdew jaraw ir-riżultati tal-isforzi l-ġodda tagħna malajr ħafna f'ċinema qrib tag]hom.
Il-programm propost il-ġdid MEDIA MUNDUS għandu:
Il-programm il-ġdid MEDIA MUNDUS se jitħaddem mill-2011 sal-2013.
Il-Kuntest:
Il-programm MEDIA 2007 li għaddej bħalissa jipprovdi EUR 755 miljun lill-industrija awdjoviżiva Ewropea matul il-perjodu 2007-2013, biex jgħin lill-professjonisti jitħarrġu u jiżviluppaw, jiddistribwixxu u jippromwovu x-xogħlijiet tagħhom madwar l-Ewropa (IP/07/169).
F'Mejju, erba’ films iffinanzjati mill-programm MEDIA rebħu premjijiet prestiġjużi fil-Festival tal-Films ta’ Cannes, inklużi l-Palme d’Or (Entre Les Murs, Franza) u l-Grand Prix du Jury (Gomorra, l-Italja) (IP/08/800). Dawn kienu fost erbatax-il film li ntwerew f'Cannes u li ġew żviluppati jew distribwiti bl-appoġġ ta' 'l fuq minn EUR 900 000 mingħand il-MEDIA (IP/08/741). Films li ngħataw appoġġ mill-MEDIA diġà kaxkru suċċess fiċ-ċerimonja tal-Oscars, bl-għoti ta’ premjijiet Oscar lil The Counterfeiters (Die Fälscher, l-Awstrija u l-Ġermanja) u La Vie en Rose (La Môme, Franza) (IP/08/298).
Is-sejħa
għal proposti ta' MEDIA International u l-lista tal-kandidaturi
milqugħa:
http://ec.europa.eu/information_society/media/prep_action/index_en.htm
http://ec.europa.eu/information_society/media/mundus/index_en.htm