Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/232

Brussell, l-10 ta' Frar 2009

[Graphic in PDF & Word format]

In-Netwerking Soċjali: Il-Kummissjoni twassal għal ftehim fost il-kumpaniji ewlenin tal-internet

Għall-ewwel darba, 17-il kumpanija kbira tal-internet iffirmat ftehim Ewropew biex titjieb is-sikurezza tal-persuni taħt it-18-il sena li jużaw is-siti tan-netwerking soċjali. Dawn jinkludu Arto, Bebo, Dailymotion, Facebook, Giovani.it, Google/YouTube, Hyves, Microsoft Europe, Myspace, Nasza-klaza.pl, Netlog, One.lt, Skyrock, StudiVZ, Sulake/Habbo Hotel, Yahoo!Europe u Zap.lu. Is-siti tan-netwerking soċjali huma fenomenu emerġenti soċjali u ekonomiku, li jattira 41.7 miljun utent regolari fl-Ewropa u jbiddel il-mod li bih aħna nikkomunikaw ma’ xulxin fuq l-internet. Matul is-sena li għaddiet, l-użu tan-netwerking soċjali fl-Ewropa żdiet b’35 % u huwa mistenni li sal-2012 jiżdied b’aktar mid-doppju għal 107.4 miljun utent. Sabiex ikun żgurat li n-netwerks soċjali jkomplu jikbru, l-utenti żgħar jeħtieġ li jħossuhom sikuri meta jwessgħu n-netwerks tagħhom jew jaqsmu kwalunkwe informazzjoni personali. Il-ftehim iffirmat illum fil-Lussemburgu waqt il-Jum għal Internet iktar Sikur (Safer Internet Day) organizzat mill-Kummissjoni Ewropea, se jagħti s-setgħa liż-żgħażagħ biex ikunu kapaċi jaffaċċaw ir-riskji potenzjali li jistgħu jiltaqgħu magħhom onlajn, bħall-intimidazzjoni elettronika (cyberbullying) jew l-iżvelar ta’ informazzjoni personali.

“Il-Kummissjoni tapprova dan l-ewwel ftehim Ewropew dwar in-Netwerking Soċjali. Huwa pass importanti ’l quddiem biex fl-Ewropa nagħmlu l-klikkjaturi tat-tfal tagħna fuq is-siti tan-netwerking soċjali iktar sikuri,” qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. “In-netwerking soċjali għandu potenzjal enormi biex jikber fl-Ewropa, biex jgħin ħalli jagħti spinta lill-ekonomija tagħna u jagħmel lis-soċjetà tagħna iktar interattiva – sakemm it-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom il-fiduċja u l-għodod it-tajbin biex jibqgħu sikuri meta jagħmlu ‘ħbieb’ ġodda u jaqsmu d-dettalji personali onlajn. Jiena se nosserva mill-viċin l-implimentazzjoni tal-ftehim tal-lum u fi żmien sena l-Kummissjoni se terġa' tirritorna għal din il-kwistjoni.”

Illum, is-siti ewlenin tan-netwerking soċjali tal-Ewropa ngħaqdu għall-ewwel darba fil-Jum għal Internet iktar Sikur ta’ din is-sena biex jagħrfu r-responsabbiltajiet tagħhom u jidentifikaw ir-riskji potenzjali fuq is-siti tagħhom għal persuni taħt it-18-il sena Dawn jinkludu l-intimidazzjoni elettronika (jimmolestaw it-tfal fuq is-siti tal-internet jew permezz tal-messaġġi bil-mowbajl), il-kunfidenzi żejda (meta persuna adulta tagħmel ħbieb ma’ tifel jew tifla bl-intenzjoni ta' abbuż sesswali) u l-imġiba riskjuża bħall-iżvelar ta’ informazzjoni personali.

Għandhom l-għan li jillimitaw dawn ir-riskji billi:

  • Jipprovdu buttuna li “tirrapporta abbuż” faċli biex tintuża u aċċessibbli, li permezz ta' klikkjatura waħda tippermetti lill-utenti jirrappurtaw kuntatt jew imġiba mhux xierqa minn xi utent ieħor.
  • Jiżguraw li l-profili sħaħ onlajn u l-listi tal-kuntatti tal-utenti tas-sit tal-internet li jkunu rreġistrati bħala persuni taħt it-18-il sena jkunu awtomatikament stabbiliti bħala “privati”. Dan se jagħmilha iktar diffiċli għall-persuni b’intenzjoni ħażina biex jagħmlu kuntatt mal-persuni żgħar.
  • Jiżguraw li l-profili privati tal-utenti taħt it-18-il sena ma jkunux jistgħu jittellgħu bħala riżultati tat-tiftix (fuq is-siti tal-internet jew permezz tal-għodod għat-tiftix)
  • Jiggarantixxu li l-għażliet ta’ privatezza jkunu prominenti u aċċessibbli f’kull ħin, sabiex l-utenti jkunu jistgħu jsibuha faċli jiddeċiedu jekk dak li jpoġġu onlajn huwiex biss għall-ħbieb tagħhom jew għad-dinja kollha.
  • Jimpedixxu l-utenti ta’ taħt l-età milli jużaw is-servizzi tagħhom: jekk sit ta’ netwerking soċjali jimmira għal żgħażagħ ’il fuq minn 13-il sena, għandu jkun diffiċli għal persuni taħt dik l-età biex jirreġistraw.

Is-siti tan-netwerking soċjali se jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-politiki ta’ sikurezza individwali tagħhom u kif se jimplimentaw dawn il-prinċipji sa April 2009.

Sfond:

Il-ftehim tal-lum huwa r-riżultat tad-diskussjonijiet li saru fit-Task Force tan-Netwerking Soċjali stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea f’April 2008. Dan il-grupp għaqqad is-siti tan-netwerking soċjali, l-NGOs u r-riċerkaturi, u huwa eżempju tajjeb ta’ awtoregolazzjoni tal-industrija, approċċ preferut mill-Kummissjoni jekk ikun implimentat b'mod effettiv.

Inizjattivi simili f’dan il-qasam jinkludu l-gwida tan-Netwerking Soċjali mill-Uffiċċju tal-Affarijiet Interni tar-Renju Unit ta’ April 2008, u ftehimiet separati bejn il-Myspace u l-Facebook ma’ 49 Avukat Ġenerali Statali fl-Istati Uniti.

Mill-2004 ’l hawn, il-Jum għal Internet iktar Sikur qed jiġi organizzat kull sena u jinkludi avvenimenti f’iktar minn 50 pajjiż fl-Ewropa u madwar id-dinja.

Il-Jum għal Internet iktar Sikur tal-2007, bl-inizjattiva tal-Kummissarju Reding, irriżulta fi ftehim li ġie ffirmat mill-operaturi tal-mowbajls ewlenin kollha dwar l-użu iktar sikur tal-mowbajls miż-żgħażagħ (IP/07/139).

Ġabra għall-istampa li fiha l-ftehim finalizzat, MEMO u filmat awdjoviżiv dwar l-intimidazzjoni elettronika li se jintwera fuq l-istazzjonijiet televiżivi fl-UE, fin-Norveġja u fl-Iżlanda kif ukoll fuq l-internet, jista’ jinstab fuq:

http://ec.europa.eu/information_society/newsroom/cf/itemlongdetail.cfm?item_id=4672.

MEMO/09/58

Għal iktar informazzjoni

http://www.keepcontrol.eu

http://ec.europa.eu/information_society/activities/social_networking/index_en.htm

Annex

List of signatories of the Safer Social Networking Principles

Arto, Bebo, Dailymotion, Facebook, Giovani.it, Google/YouTube, Hyves,

Microsoft Europe, Myspace, Nasza-klaza.pl, Netlog, One.lt, Skyrock,

StudiVZ, Sulake/Habbo Hotel, Yahoo!Europe, and Zap.lu.

Safer Internet Day around Europe and worldwide

Today's signing ceremony in Luxembourg is a key event, amongst the many others taking place worldwide to mark "Safer Internet Day", and which include:

  • In Austria parents and educators will discuss computers games with experts and will have the possibility to test games with the support of youths.
  • In Finland a rock concert is organised culture center Gloria in central Helsinki featuring Finnish groups such as by Happoradio, Phoenix Effect and Pin Ion. The video clip on cyber bullying and other clips will be shown.
  • In Denmark children will create artwork at the Science Museum in Copenhagen based on their views of the internet.
  • In France the singer for children Henri Dès will take part in Safer Internet Day
  • In Italy youths will express their opinions to social networking sites presenting the work that in the last months has involved about 1000 children
  • In Egypt and Norway the local versions of the INSAFE family toolkit will be launched.

The European internet safety network INSAFE organised a online competition. 6000 participants took part and the 6 winners have been awarded their prize today in Luxembourg.

For the full calendar of events see http://www.saferinternet.org.

The Safer Internet Day is an annual event (see IP/06/126, IP/05/148, IP/04/171) organised by INSAFE, and co-funded by the Commission’s Safer Internet Programme (IP/08/1899).


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website