Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/202

Brussell, it-2 ta' Frar 2009

Il-Konsumaturi: Enerġija, operazzjonijiet bankarji u trasport urban "mhux qed jagħtu prestazzjoni kemm suppost" lill-konsumaturi

Tliet oqsma ta' servizzi li huma ta' ċertu importanza għan-nies – l-enerġija, l-operazzjonijiet bankarji u t-trasport (ferroviji, karrozzi tal-linja u tramms) – qed ikunu l-kawża ta' ħafna mill-problemi tal-konsumaturi, skont ir-Rapport il-ġdid tal-UE ppublikat illum mill-Kummissjoni Ewropea. It-Tabella ta' Valutazzjoni tat-Tieni Rapport Annwali tas-Swieq tal-Konsumatur tal-UE teżamina iktar minn 20 oġġett u settur ta' servizz (inklużi ikel, ħwejjeġ, żraben, servizzi finanzjarji, enerġija u telekomunikazzjonijiet) skont ħames indikazzjonijiet ewlenin tal-konsumatur – il-prezzijiet, ir-rati għall-bdil tal-fornitur, is-sodisfazzjon, l-ilmenti u s-sikurezza. L-għan hu li jiġi identifikat fejn is-swieq għandhom riskju għoli li ma jaħdmux tajjeb għall-konsumaturi. Il-kundizzjonijiet tal-konsumatur fis-suq tal-bejgħ bl-imnut tal-elettriċità ser ikunu l-mira ta' analiżi tas-suq fil-fond mill-Kummissjoni fl-2009.

Il-Kummissarju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, Meglena Kuneva, qalet: "Inħossni mħassba ħafna li tliet servizzi b'sehem hekk ċentrali fil-ħajja tan-nies qed jagħtu riżultati ħżiena skont sensiela wiesgħa ta' indikazzjonijiet ewlenin tal-konsumaturi tal-UE. Minħabba l-importanza tiegħu fil-baġit bażiku tad-dar, iddeċidejt li nagħmel is-suq tal-bejgħ bl-imnut tal-elettriċità s-settur fil-mira għall-investigazzjoni fl-2009. Il-konsumaturi Ewropej jixirqilhom aħjar.

Ir-riżultati prinċipali

Iż-żewġ tendenzi ewlenin tal-UE li joħorġu mit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2009: huma:

1. Li s-servizzi bażiċi mhux qed jagħtu prestazzjoni kemm suppost lill-konsumaturi.

Is-servizzi qed jikkawżaw konsistentement iktar problemi lill-konsumaturi mis-swieq tradizzjonali tal-oġġetti. L-informazzjoni dwar is-sodisfazzjon għall-informazzjoni ta' 19-il suq turi diviżjoni ċara bejn servizzi u swieq tal-oġġetti. Is-sodisfazzjon huwa partikolarment baxx għat-trasport urban u extraurban (ferroviji, karrozzi tal-linja u tramms), enerġija, telefonija fissa u servizzi postali. F'dawn is-setturi kollha inqas minn 60% tal-konsumaturi huma sodisfatti bis-servizzi. Hemm ukoll mudell li juri li l-konsumaturi b'mod l-iktar ċar jirrapportaw iktar ilmenti marbuta mas-servizzi milli mas-swieq tal-oġġetti. Ara MEMO/09/44.

2. It-3 setturi l-iktar problematiċi għall-konsumaturi (imkejla skont il-5 indikazzjonijiet) huma l-enerġija, it-trasport, u s-servizzi bankarji

Dwar l-enerġija:

  • Inqas minn żewġ terzi tal-konsumaturi huma sodisfatti bil-fornitur tagħhom tal-enerġija.
  • Is-servizzi tal-fornitura tal-elettriċità u l-gass jagħtu riżultati ħżieni f'termini ta' rappurtar ta' żieda fil-prezzijiet. Madwar 60% tal-konsumaturi irrappurtaw żidiet fil-prezzijiet mill-fornitur tagħhom tal-enerġija, waqt li 3-4% biss raw tnaqqis fil-prezzijiet.
  • Il-provvista tal-elettriku u l-gass ukoll qed tagħti riżultati ħżiena f'termini ta' komparabbiltà ta’ offerti u faċilità tat-tibdil tal-fornitur. L-enerġija kienet is-settur fejn kien hemm l-anqas ċans li l-konsumaturi jibdlu l-fornituri tagħhom: 7 % biss bidlu l-fornitur tal-gass, u 8 % bidlu l-fornitur tal-elettriku.

Ir-rati tal-bdil tal-fornitur huma partikolarment importanti għax waħda mis-sejbiet ewlenin tat-Tabella ta' Valutazzjoni hija li fis-swieq bi spejjeż għolja għat-tibdil tal-fornitur hemm anqas ċans li l-konsumaturi jirrappurtaw żieda fil-prezzijiet – swieq bħal dawn huma l-assikurazzjoni tal-karrozza (fejn 25% tal-konsumaturi fis-sentejn ta' qabel), imbagħad l-internet (22%) u t-telefonija ċellulari (19%). L-evidenza hija li l-konsumaturi li jieħdu l-benefiċċju minn bidla fil-fornitur jgħinu biex jitjiebu l-benefiċċji għall-konsumaturi kollha. L-iffaċilitar tal-bidla fil-fornitur f'setturi ewlenin ta' xiri bl-imnut għandha tkun prijorità tal-politika.

Dwar is-servizzi bankarji:

  • Mill-informazzjoni eżistenti tal-prezz, is-servizzi bankarji tassew jeħtieġu attenzjoni. Kemm it-tariffi tal-banek u r-rati tal-interess huma differenti ħafna fost l-Istati Membri, b'mod li mhux faċli li jkun spjegat. Pereżempju, rati tal-interess aġġustati fuq il-kreditu tal-konsumatur bejn sena u 5 snin ivarjaw bejn 0,21% fl-Iżvezja u 12,12% fl-Estonja, u dan juri diverġenzi wara l-ikkalkular għall-ispiża tal-kapital.
  • Is-servizzi bankarji huma partikolarment problematiċi f'termini ta' komparabbiltà ta’ offerti, il-faċilità tat-tibdil tal-fornitur u l-bidla attwali tal-fornitur. Fuq medja, 11% tal-utenti tas-suq bankarju bl-imnut bidlu l-fornitur tagħhom f'dawn l-aħħar sentejn. 9% biss tal-utenti tal-kontijiet kurrenti bidlu l-banek, dawk l-iktar probabbli li jibdlu kienu detenturi ta' prodotti ta' self u investiment, li xorta kienu biss 13%.

Dwar it-trasport:

  • Il-konsumaturi li jużaw is-servizzi tat-trasport urban u extraurban (karrozzi tal-linja, ferroviji, tramms) jesperjenzaw l-inqas sodisfazzjon u l-ikbar numru ta' problemi: inqas minn nofs il-konsumaturi huma sodisfatti b'dawn is-servizzi. L-akbar kawżi ta' nuqqas ta' sodisfazzjoni f'dawn is-swieq huma l-livelli tal-prezzijiet, in-nuqqas ta' attraenza tal-offerti kummerċjali, il-faċilità tax-xiri, u l-attenzjoni tal-konsumatur.
  • Konsumatur wieħed minn kull erbgħa esperjenzaw problemi u ressqu lment.

Il-passi li jmiss

Mit-tliet setturi identifikati bħala dawk li jikkawżaw l-iktar problemi għall-konsumatur, l-enerġija hija dik li fuqha l-konsumaturi jonfqu l-aktar (5.7% tal-baġit domestiku) u mill-enerġija, l-elettriku jifforma l-akbar parti mill-infiq tal-konsumatur (2.1%) Is-suq tal-bejgħ bl-imnut tal-elettriku ser ikun il-mira tal-istudju aġġornat tas-suq għall-2009 biex ikunu investigati iktar il-kundizzjonijiet tal-konsumatur dwar kundizzjonijiet domestiċi speċifiċi, pereżempju komparabbiltà ta’ offerti, prattiċi kummerċjali inġusti u kontijiet.

Konklużjonijiet oħra ewlenin

Ir-riżultati kompleti tat-Tabella ta' Valutazzjoni huma ppreżentati b'iktar dettal fil-MEMO anness. B'mod partikulari, ir-Rapport jindika li l-importanza tal-kummerċ transkonfinali tal-bejgħ bl-imnut qed tbatti. Il-proporzjon tal-kummerċ transkonfinali tal-bejgħ bl-imnut ilu ma jiżdied sa mill-2006. Il-punt ta' referenza nazzjonali, jindika differenzi ewlenin bejn l-Istati Membri f'termini ta' ambjenti nazzjonali tal-konsumatur – b'ambitu partikolari għal titjib fl-infurzar u l-mekkaniżmu ta' rimedju.

Għal aktar tagħrif:

http://ec.europa.eu/consumers/overview/cons_policy/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website