Navigation path

Left navigation

Additional tools

Wasal iż-żmien li l-Istati Membri jaġġornaw ir-regoli tat-TV għall-era diġitali

European Commission - IP/09/1983   21/12/2009

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/1983

Brussell, 21 Diċembru 2009

Wasal iż-żmien li l-Istati Membri jaġġornaw ir-regoli tat-TV għall-era diġitali

Sentejn wara l-adozzjoni ta' regoli għall-immodernizzar tat-TV fl-UE (IP/07/1809 ), li jneħħu restrizzjonijiet li għadda żmienhom minn fuq it-TV diġitali, minn fuq l-internet, mill-vidjo on-demand u mit-TV mobbli, tliet pajjiżi biss – il-Belġju, ir-Rumanija u s-Slovakkja – innotifikaw uffiċjalment lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-introduzzjoni ta' miżuri, kif mitlub mil-liġi Ewropea. Id-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja (Id-Direttiva AVMS) fasslet mill-ġdid ir-regoli tal-UE dwar xandir tradizzjonali tat-TV għall-era diġitali. Il-pajjiżi tal-UE kellhom sad-19 ta' Diċembru 2009 biex jittrasferixxu r-regoli mmodernizzati għall-industrija awdjoviżiva Ewropea f'liġi nazzjonali. Id-Direttiva toħloq suq wieħed għas-servizzi awdjoviżivi kollha tal-midja, filwaqt li tipprovdi ċertezza legali għan-negozji u protezzjoni għall-konsumaturi.

"Sentejn ilu l-industrija u l-konsumaturi kienu diġà qed jistennew bil-ħerqa regoli ġodda u iktar flessibbli tal-UE li jneħħu burokrazija żejda u li għadda żmienha u li jikkunsidraw żviluppi teknoloġiċi ġodda" , qalet Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. "Aħna aġġornajna r-regoli tat-televixin tal-UE biex l-industrija awdjoviżiva Ewropea ssir iktar kompetittiva. Nappella b'urġenza lill-pajjiżi tal-UE biex jadattaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom biex jiżguraw li tekniki ta' reklamar ġodda permessi mid-Direttiva AVMS jkunu possibbli wkoll - ma jista jkun hemm l-ebda skuża għal iktar dewmien fl-implimentazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni mhix se tiddejjaq tuża s-setgħat tagħha mogħtija lilha mit-Trattat biex tiżgura li dan isir b'mod effettiv. Wieħed għandu jiftakar li l-Qorti tal-Ġustizzja qalet diversi drabi li ħafna minn dawn ir-regoli jistgħu jkunu applikati b'mod dirett mid-19 ta' Diċembru 2009, jiġifieri li n-negozji u l-konsumaturi jistgħu jirrikorru għalihom anke jekk il-liġijiet ta' pajjiżhom ikunu għadhom ma kkunsidrawx id-Direttiva modernizzata."

Wara l-perjodu ta' sentejn li l-UE tat lill-pajjiżi membri tagħha biex jittrasponu r-regoli l-ġodda tal-UE dwar it-TV u servizzi simili għat-TV bħall-vidjo on-demand u l-vidjo mobbli, il-Belġju, ir-Rumanija u s-Slovakkja biss innotifikaw lill-Kummissjoni dwar implimentazzjoni sħiħa . Id-Danimarka, Franza, il-Lussemburgu u r-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni dwar xi miżuri li ttieħdu biex tkun implimentata d-Direttiva dwar is-servizzi Awdjoviżivi tal-Midja (id-Direttiva AVMS). Il-proċess leġiżlattiv tal-Ungerija waqaf għal kollox wara li l-abbozz tal-liġi ma għaddiex fil-Parlament. Id-Direttiva kienet implimentata parzjalment fl-Awstrija, fil-Ġermanja, fl-Irlanda, f'Malta u fl-Olanda mingħajr ma l-Kummissjoni kienet innotifikata. F'pajjiżi oħra, l-abbozz tal-liġi għadu qed jiġi diskuss, għadu kemm ġie ppubblikat jew għadu f'konsultazzjoni pubblika (ara l-anness).

Skont il-liġi tal-UE, id-Direttivi huma strumenti legali vinkolanti għall-Istati Membri li jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali biex jagħżlu l-forma u l-metodi li jiksbu l-objettivi tagħhom. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tgħid li partijiet minn Direttiva jistgħu jkollhom effett dirett wara d-data tal-iskadenza f'pajjiż tal-UE anke jekk tkun għada ma ġietx implimentata (jew ma tkunx implimentata b'mod xieraq) Għal dan il-għan, il-Qorti għandha tistabbilixxi drittijiet individwali u għandha tkun ċara, preċiża u m'għandhiex tagħmel kundizzjonijiet. Jekk ikun il-każ, individwi jistgħu jżommu awtoritajiet pubbliċi responsabbli għal partijiet bħal dawn ta' Direttiva.

Ir-regoli awdjoviżivi ġodda tal-UE jagħmluha aktar faċli biex il-produtturi u l-fornituri tal-programmi tat-TV jkollhom aċċess għal finanzjament minn forom ġodda ta' reklamar bħal reklamar split screen jew tqegħid tal-prodott fis-suq, li jitħalla jsir fil-programmi kollha ħlief fl-aħbarijiet, fid-dokumentarji u fil-programmi tat-tfal. Ix-xandara għandhom iktar flessibbiltà fl-ipprogrammar bit-tneħħija ta' regoli li jimponu perjodu ta' għoxrin minuta bejn pawżiet pubbliċitarji. Ir-regoli l-ġodda tal-UE jsaħħu l-industrija tat-TV u awdjoviżiva tal-Ewropa billi jnaqqsu r-regolamentazzjoni u joħolqu ambjent ekwu għas-servizzi awdjoviżivi tal-midja "mingħajr fruntieri". Huma jiżguraw li regoli ta' interess pubbliku, bħall-protezzjoni ta' minorenni u d-dinjità tal-bniedem, japplikaw għas-servizzi awdjoviżivi kollha, inklużi dawk on-demand, fuq netwerks fissi, mobbli jew satellitari.

Il-Kummissjoni se tiftaħ proċeduri ta' ksur kontra kwalunkwe pajjiż tal-UE li jonqos milli jinnotifika uffiċjalment lill-Kummissjoni dwar miżuri li jkunu ttieħdu biex id-Direttivi tal-UE jkunu applikati fil-liġi nazzjonali. Skont il-liġi l-antika tal-UE, dan jista' jwassal għal multa wara żewġ Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. Mill-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat ta' Liżbona, meta l-Kummissjoni tressaq każ bħal dan kontra pajjiż tal-UE quddiem il-Qorti, tista' tispeċifika somma globali jew multa li trid titħallas mill-Istat Membru kkonċernat.

Sfond Fit-13 ta' Diċembru 2005, il-Kummissjoni pproponiet li ssir reviżjoni tad-Direttiva "Televixin Mingħajr Fruntieri" sabiex jiġu indirizzati żviluppi teknoloġiċi u tas-suq fis-settur tas-servizzi awdjoviżivi (IP/05/1573 , MEMO/06/208 ). Il-Kummissjoni pproponiet Direttiva mmodernizzata dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja fid-9 ta' Marzu 2007 IP/07/311 li wittiet it-triq għal ftehim bikri mill-Parlament u mill-Kunsill ( MEMO/07/206 ). Il-Parlament Ewropew approva l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill u d-Direttiva daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Diċembru 2007.

Id-Direttiva AVMS tista' tinstab fl-indirizz elettroniku:

http://ec.europa.eu/avpolicy/reg/avms/index_en.htm

Annex:

State of play on the implementation of the new Directive in EU Member States

Description

Details

Pre-legislative stage

LU: draft law to be submitted to Council of Government.

PL: guiding rules for the draft law published in July 2000. Inter service consultations on the draft law were finalised on 25 November 2009. It should be adopted by the Council of beginning 2010. Adoption by the Parliament no sooner than the 2 nd quarter of 2010

SI

Public consultation on draft legislation

AT: second part of legislation (rules other than advertising) drafted + submitted to public consultation. Delay because of recent state aid compromise with Commission which led to amendments, especially the supervision of broadcasters. (" Umsetzung betreffend ORF und Anpassung aller anderen Regelungen (außer Fernsehwerbung und Teleshopping) seit 18.11.2009 in Begutachtung ")

DE:
- Federal level: Telemediengesetz and preliminary Tabakgesetz will be submitted to the new Government, then to federal Parliament
EE: Draft text will be submitted to the Government beginning of January 2010. A new regulatory structure including a completely new licensing procedure shall be introduced.

EL: public consultation ended 25/07/09.

IE: public consultation on the Broadcasting Act 2009 - Targeted consultation on the Statutory Instrument to transpose elements not covered by the Broadcasting Act (non-linear services) also completed.

IT: The general law authorising the government to issue a legislative decree implementing the Directive was adopted mid-July. The draft of the decree is currently elaborated by the government and shall be adopted in January 2010.

SE: public consultation ended late March 09 - Government decision on legislative proposal to be taken in November 09

PT: Law will soon be submitted before the Parliament. Adoption foreseen in 2010.

Text before Parliament

BG: Text before the first chamber. Vote expected on 16 December. Adoption before the 2 nd chamber expected before the end of December 2009

CY: 2 different draft laws, one for public service broadcasters and one for commercial broadcasters were submitted to Parliament. They are with the legal department of the Government since 8 December 2009. After examination they will be forwarded to Parliament for final discussion and voting.

CZ: draft law approved by the government, before the Parliament, vote in plenary expected in February 2010.

DE: - Länder level: Interstate Broadcasting Treaty adopted by Länder Ministers on 28 October 2009, will now be ratified by the 16 Länder parliaments.

ES: since October 16

FI: adoption scheduled beginning of 2010

HU: The text was submitted to the Parliament but it was not put on the agenda since it did not get the sufficient amount of votes. Unclear when Parliament will continue.

LT : draft law awaiting adoption in Parliament by special procedure.

LV: The draft Law on Electronic Media was adopted by Government on 8 October 2009. First reading in parliament has taken place, amendments will be submitted to 2 nd reading.

MT: Adoption foreseen for the 3 rd week of December 2009

UK: Separate product placement on TV regulations expected to be before Parliament in early 2010 (current UK legislation prohibits TV product placement).

Television Product Placement legislation expected to come into force late March 2010.

Legislation adopted

AT : 1 st part of rules concerning advertising ( Regelungen zu Fernsehwerbung und Teleshopping für Private seit 1. März 2009 im Privatfernsehgesetz umgesetzt )

DE: only definition of linear and non-linear services

DK: Law adopted on 10/12/2009

IE: Broadcasting Bill (covering large part of AVMSD) adopted on 12/07/09.

NL: law adopted by the Parliament, signature by the Queen and publication expected in the coming days, notification will happen in the coming week

Notifications

Partial notifications :

DK

FR (main legislation notably on scope, general rules, public service broadcasters and advertising rules)

LU (liberalisation rules on TV advertising)

UK (main legislation)

Complete notifications :

BE

RO

SK


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website