Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/1941

Brussell, is-16 ta' Diċembru 2009

Antitrust: Il-Kummissjoni taċċetta l-impenji tal-Microsoft li tagħti għażla ta' brawżer lill-utenti

Il-Kummissjoni Ewropea adottat deċiżjoni li permezz tagħha, l-impenji li daħlet għalihom Microsoft biex isaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq tal-internet brawżer, isiru jorbtu legalment. L-impenji jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni li Microsoft tista' tkun rabtet l-internet brawżer Internet Explorer mas-sistema operattiva tal-Windows PC fi ksur tal-regoli tal-UE dwar l-abuż ta' pożizzjoni dominanti fis-suq (l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea -TFUE). Microsoft timpenja ruħha li toffri lill-utenti Ewropej tal-Windows għażla fost internet brawżers differenti u li tippermetti lill-utenti u l-manifatturi tal-kompjuters il-possibbiltà li jitfu l-Internet Explorer. Illum Microsoft qed tippubblika wkoll garanzija fejn hi timpenja ruħha li tiżvela informazzjoni sinifikanti dwar l-interoperabbiltà.

Il-Kummissarju għall-Kompetizzjoni Neelie Kroe s qalet: "Miljuni ta' konsumaturi Ewropej se jibbenefikaw minn din id-deċiżjoni billi jkollhom għażla bla ħlas b'rabta mal-internet brawżer li jużaw. Barra milli ttejjeb l-esperjenza tal-utenti fl-użu tal-internet, għażla bħal din isservi wkoll bħala inċentiv għall-kumpaniji tal-internet brawżers sabiex iwettqu innovazzjoni u joffru lin-nies brawżers aħjar fil-futur."

Taħt l-impenji approvati mill-Kummissjoni, Microsoft se tagħmel tipprovdi, għal ħames snin fiż-Żona Ekonomika Ewropea (permezz tal-mekkaniżmu tal-Aġġornament tal-Windows), "Skrin għall-Għażla" li jippermetti lill-utenti tal-Windows XP, Windows Vista u Windows 7 li jagħżlu liem internet brawżer(s) jixtiequ jinstallaw flimkiem mal-brawżer tal-Microsoft Internet Explorer jew inkella minfloku.

L-impenji jipprovdu wkoll li l-manifatturi tal-kompjuters se jkunu kapaċi wkoll jinstallaw internet brawżers li jikkompetu, jissettjaw dawn bħala awtomatiċi u jitfu l-Internet Explorer.

Id-deċiżjoni tal-lum issegwi Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet mibgħuta mi nn Microsoft mill-Kummissjoni fil-15 ta' Jannar 2009 (see MEMO/09/15 ). Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet enfasizzat l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni li Microsoft jista' jkun kisret l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) billi abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq tas-sistemi operattivi għall-klienti ta' kompjuters personali billi rabtet l-Internet Explorer bħala ħaġa waħda mal-Windows.

L-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li l-kompetizzjoni kienet imfixkla minn Microsoft billi rabt et l-Internet Explorer mal-Windows. Dan kien minħabba l-fatt li din ir-rabta offriet lil Microsoft vantaġġ artifiċjali ta' distribuzzjoni mhux relatat mal-merti tal-prodott tagħha fuq iktar minn 90 fil-mija tal-kompjuters personali. Barra minn hekk, l-opnijoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li din ir-rabta fixklet l-innovazzjoni fis-suq u ħolqot inċentivi artifiċjali għall-iżviluppaturi tas-softwer u provdituri tal-kontenut biex ifasslu l-prodotti tagħhom jew websajts prinċipalment għall-Internet Explorer.

L-impenji approvati jindirizzaw dan it-tħassib. Permezz tal-iskrin għall-għażla l-utenti tal-PC se jkollhom għażla effettiva u mhux preġudikata bejn l-Internet Explorer u internet brawżers li jinsabu f'kompetizzjoni fis-suq. Dan għandu jiżgura kompetizzjoni fuq il-merti u jippermetti l-konsumaturi biex jibbenefikaw minn żviluppi tekniċi u innovazzjoni kemm fis-suq tal-internet brawżer u fis-swieq relatati, bħal pereżempju applikazzjonijiet bbażati fuq l-internet.

Id -Deċiżjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 9 tar-Regolament 1/2003 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-antitrust tal-UE. Din tikkunsidra r-riżultati tat-test tas-suq mniedi f'Ottubru 2009 (ara MEMO/09/439 ). Din id-deċiżjoni, li ma tikkonkludix jekk dan huwiex ksur, torbot legalment lil Microsoft mal-impenji li offriet u ttemm l-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kieku Microsoft kellha tikser l-impenji tagħha, il-Kummissjoni tistà timponi multa ta' mhux iktar minn 10% mit-total tad-dħul annwali tal-Microsoft mingħajr ma jkollha tagħti prova ta' kwalunkwe ksur tar-regoli tal-antitrust tal-UE.

Klawżola fl-impenji tippermetti lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-impenji f'sentejn. Fi żmien sitt xhur, Microsoft se tibda tirraporta b'mod regolari lill-Kummissjoni, dwar l-implimentazzjoni tal-impenji u taħt ċerti kundizzjonijiet tagħmel aġġustamenti lill-Iskrin għall-Għażla fuq talba tal-Kummissjoni.

Informazzjoni dwar l-interoperabbiltà

F'Lulju 2009, Microsoft għamel ukoll proposti fir-rigward ta' żvelar ta' informazzjoni dwar l-interoperabbiltà li kieku jtejjeb l-interoperabbiltà bejn prodotti ta' partijiet terzi u diversi prodotti tal-Microsoft, inkluż Windows, Windows Server, Office, Exchange, u SharePoint (see MEMO/09/352 ). Wara diskussjonijiet intensivi mal-Kummissjoni, illum Microsoft qiegħda tippubblika verżjoni mtejba tal-garanzija u d-dokumenti relatati (pereżempju ftehim ta' garanzija u ftehim ta' liċenzja ta' privattivi) fuq il-websajt tagħha. Il-Kummissjoni tilqa' din l-inizjattiva biex ittejjeb l-interoperabbiltà. Minkejja li hi tibqa' informali lejn il-Kummissjoni, il-garanzija pubblika ta' Microsoft toffri assigurazzjonijiet lil partijiet terzi li jistgħu jkunu infurzati b'mod privat. Il-Kummissjoni se tissorvelja bir-reqqa l-impatt ta' din il-garanzija fis suq u tikkunsidra s-sejbiet tagħha fl-investigazzjoni pendenti tal-antitrust dwar l-interoperabbiltà (ara MEMO/08/19 ).

Ara wkoll MEMO/09/558 u MEMO/09/559 .


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website