Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IP/09/190

Brussell, 30 ta' Jannar 2009

Il-Konsumaturi: Il-projbizzjoni tal-UE tad-dimethylfumarate (DMF) fil-prodotti tal-konsumatur, bħal sufanijiet u żraben.

L-u¿u tal-bijoċida (DMF) dimethylfumarate – li kkawża reazzjonijiet allerġiċi severi f’mijiet ta’ konsumaturi, minħabba l-użu tiegħu fi prodotti ta’ kuljum tal-konsumatur bħal divani u żraben – jidher li se jiġi pprojbit matul l-UE. Illum, l-Istati Membri vvotaw favur abbozz ta’ Deċi¿joni tal-Kummissjoni Ewropea biex ji¿guraw li l-prodotti tal-konsumatur, bħal għamara jew ¿raben magħmula mill-ġilda, li fihom dan il-prodott ta’ sensibilizzazzjoni qawwija (DMF) ma jitqegħdux fis-suq tal-UE. Jekk diġà qegħdin fis-suq, dawn il-prodotti se jkollhom jittieħdu lura jew jiġu rtirati mingħajr dewmien. F’pajji¿i bħal Franza, il-Finlandja, il-Polonja, l-I¿vezja u r-Renju Unit, il-konsumaturi esposti għall-prodotti li fihom id-DMF, esperjenzaw problemi serji tas-saħħa inklu¿i ħakk fil-ġilda, irritazzjoni, ħmura, ħruq u f’xi ka¿ijiet, diffikultajiet respiratorji akuti L-abbozz ta’ deċi¿joni tal-Kummissjoni qiegħed għal mi¿ura ta’ emerġenza mal-UE kollha, sakemm tiġi adottata soluzzjoni regolatorja aktar permanenti. Wara l-vot tal-lum, l-abbozz ta’ deċi¿joni tal-Kummissjoni se jiġi ppre¿entat għall-konsultazzjoni lill-Parlament Ewropew qabel ma jmur għand il-Kulleġġ tal-Kummissarji għal approvazzjoni finali.

Il-Kummissarju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, Meglena Kuneva, qalet: "Ma jistax ikun hemm kompromess dwar is-sikurezza. Nieħu pjaċir nara li s-sistema RAPEX qiegħda tiffunzjona tajjeb biex ti¿gura li oġġetti perikolu¿i li fihom id-DMF jitneħħew minnufih mis-suq. I¿da jeħtieġ li nkomplu nieħdu azzjoni urġenti mal-UE biex tiġi indirizzata l-problema f’ras il-għajn. Projbizzjoni mal-UE kollha fuq l-u¿u tad-DMF fl-oġġetti kollha tal-konsumatur hi mfassla biex telimina r-riskji serji għas-saħħa u b’mod partikolari r-reazzjonijiet allerġiċi severi li jsofru minnhom xi ftit mill-konsumaturi meta dawn ikunu esposti għal din il-kimika sempliċiment billi ju¿aw oġġetti ta’ kuljum magħmula mill-ġilda.

Ir-riskju mid-DMF

Id-Dimethylfumarate (DMF) jintuża minn produtturi bħala bijoċida biex joqtol il-moffa li tista’ tikkawża lill-għamara jew li¿-¿raben magħmula mill-ġilda biex jiddeterjoraw waqt il-ħa¿na jew il-ġarr fi klima umda. Meta d-DMF jitqiegħed f’boro¿ ¿għar, li jitqiegħdu ġol-għamara jew fil-kaxxi ta¿-¿raben, dan jevapora u jimla l-ġilda bis-sustanza, biex din tkun protetta mill-moffa. Madankollu, instab li dan affettwa b’mod serju lill-konsumaturi li kienu f’kuntatt mal-prodotti. Id-DMF ippenetra mill-ħwejjeġ għal ġol-ġilda ta’ ħafna konsumaturi[1], fejn ikkaw¿a wġigħ marbut mad-dermatite. Il-fatt li f’ka¿ijiet serji huwa partikolarment diffiċli li din tiġi ttrattata jkompli j¿id mal-ħsara. Il-pre¿enza tad-DMF, għaldaqstant, hija riskju serju.

Il-kimika perikolu¿a għall-ewwel qajmet tħassib meta ġiet innotifikata minn numru ta’ awtoritajiet ta’ Stati Membri permezz tas-sistema ta’ twissija rapida tal-UE għal prodotti tal-konsumatur perikolu¿i mhux marbuta mal-ikel (RAPEX).

In-notifikazzjonijiet kienu fir-rigward ta’ sufanijiet, pultruni u ¿raben, u t-testijiet kliniċi kkonfermaw li d-dermatite li bdew isofru minnha l-konsumaturi f'kuntatt ma' dawn il-prodotti kienet ikkaw¿ata mid-DMF[2] Sussegwentement, Franza u l-Belġju imponew projbizzjonijiet nazzjonali u Spanja qiegħda tħejji wkoll biex tagħmel dan. Id-Deċi¿joni l-ġdida li ntlaħaq ftehim dwarha llum se tkopri l-Istati Membri kollha.

Ir-regoli e¿istenti

Diġà te¿isti projbizzjoni dwar l-u¿u tad-DMF fil-manifattura tal-oġġetti fl-UE, minħabba li prodotti bijoċidali li fihom id-DMF mhumiex awtorizzati taħt id-Direttiva dwar il-Bijoċidi (98/8/KE). Madankollu, il-fabbrikanti barra l-UE jistgħu ju¿aw dawn il-bijoċidi mhux awtorizzati u mbagħad jesportaw il-prodotti tagħhom lejn l-UE. Id-Deċi¿joni tal-lum għalhekk tħares lill-konsumaturi tal-UE mir-riskju tad-DMF fi prodotti importati bl-istess mod kif inhuma mħarsa f’pajji¿hom.

Mi¿uri riċenti introdotti mill-Istati Membri

F’Diċembru 2008, Franza adottat digriet[3] li jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ sufanijiet u ¿raben li fihom id-DMF għal sena. Id-digriet Franċi¿ jitlob ukoll is-sejħa lura tal-għamara u ¿-¿raben kollha li fihom, jew li l-ippakkjar tagħhom fih, b’mod vi¿ibbli, id-DMF. F’Jannar 2009, il-Belġju ħareġ digriet[4] li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-artikli u l-prodotti kollha li fihom id-DMF. Spanja qed tikkunsidra li tintroduċi mi¿ura.

Sfond - RAPEX

Ir-RAPEX hija sistema ta’ twissija rapida tal-UE għall-prodotti perikolu¿i tal-konsumatur mhux marbuta mal-ikel. Din tipprovdi skambju rapidu ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex tipprevjeni t-tqegħid fis-suq jew l-u¿u ta’ prodotti li joħolqu riskju serju lis-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi.

Għal aktar tagħrif ara: http://ec.europa.eu/consumers/safety/rapex/index_en.htm


[1] Williams JDL, et al (2008) An outbreak of furniture dermatitis in the U.K. . British Journal of Dermatology 159: 233-234.

[2] Rantanen T (2008) Il-kaw¿a tad-dermatite epidemika Ċini¿a meħuda mis-sufanijiet/mis-siġġijiet x’aktarx hija allerġija b’ri¿ultat ta’ kuntatt mad-dimethylfumarate, sensitizzant qawwi ta’ kuntatt li għadu kif ġie skopert. Komunikazzjoni konċi¿a. British Journal of Dermatology 159: 218-221.

[3] Il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Industrija u l-Impjiegi, Digriet tal-4 ta’ Diċembru 2008 li jissospendi t-tqegħid fis-suq ta’ postijiet fejn wieħed ipoġġi u ¿raben li fihom id-DMF. Il-Ġurnal Uffiċjali Franċi¿ tal-10 ta’ Diċembru 2008, Test 17 minn 108.

[4] Il-Ministeru għas-Saħħa Pubblika u l-Ministeru għall-Ħarsien tal-Konsumatur, Il-Ministru għas-Saħħa Pubblika u l-Ministru għall-Ħarsien tal-Konsumatur, Digriet Ministerjali dwar il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq tal-artikli u l-prodotti li fihom id-DMF. Il-Ġurnal Uffiċjali Belġjan, 12.1.2009


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site