Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/1896

Brussell, id-9 ta' Diċembru 2009

Il-Kummissjoni tapprova €1,5bn għal 15-il CCS u proġetti ta' enerġija mir-riħ lil hinn mix-xatt biex isostnu l-irkupru ekonomiku Ewropew

Il-Kummissjoni llum approvat 15-il proġett tal-enerġija li sejrin jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-irkupru ekonomiku tal-UE, filwaqt li jkabbru is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u jnaqqsu sostanzjalment l-emissjonijiet tas-CO2. Bid-deċiżjoni tal-lum, il-Kummissjoni tagħti €1 biljun lil sitt proġetti ta' Qbid u Ħżin tal-Karbonju u €565 miljun lil disa' proġetti ta' enerġija mir-riħ lil hinn mix-xatt.

Il-Kummissarju għall-Enerġija Piebalgs qal: B'din id-deċiżjoni l-Kummissjoni wittiet it-triq għall-iżvilupp ta' żewġ teknoloġiji sostenibbli kruċjali li se jkunu essenzjali fil-ġlieda tagħna kontra t-tibdil fil-klima. Din id-deċiżjoni unika mill-Kummissjoni mhux biss tagħti spinta lill-ekonomija u lill-impjiegi, iżda wkoll issostni teknoloġiji innovattivi tal-enerġija li jistgħu joħolqu aktar impjiegi u tkabbir ekonomiku fil-ġejjieni."

Bil-promozzjoni tal-Qbid u l-Ħżin tal-Karbonju (Carbon Capture and Storage) (CCS), il-Kummissjoni tagħraf l-importanza kontinwata tal-enerġija mill-fjuwils fossili u l-ħtieġa li nadattaw għal sistema ta' enerġija b'użu baxx ta' karbonju. Il-proġetti tal-enerġija mir-riħ lil hinn mix-xatt isaħħu l-iżvilupp u t-tisdiq ta' industrija kompetittiva fl-Ewropa tal-enerġija mir-riħ lil hinn mix-xatt u joħolqu bosta impjiegi ekoloġiċi.

Dawn il-proġetti ta' teknoloġija innovattiva tal-enerġija, li rebħu wkoll diversi premjijiet, se jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri vinkolanti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ta' użu akbar ta' għejun ta' enerġija li jiġġeddu sal-2020 u lil hinn.

Id-deċiżjoni dwar dawn il-15-il proġett hija l-ewwel pass lejn l-użu xieraq ta' madwar €4 biljun imwarrba mill-UE f'Mejju 2009 għal proġetti tal-enerġija biex jiġi sostnut l-ikupru ekonomiku. Dan il-ftehim storiku dwar il- Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru Ekonomiku f'Mejju ippreveda assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal proġetti tal-enerġija fil-qasam tas-CCS, l-enerġija mir-riħ lil hinn mix-xatt u l-infrastruttura tal-gass u l-elettriku. Il-proċeduri għall-proġetti tal-infrastruttura għadhom għaddejjin. Id-deċiżjoni mistennija tittieħed fi Frar 2010.

Il-proġetti ffinanzjati huma deskritt i aktar fil-fond f' MEMO/09/542 , MEMO/09/543 .


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website