Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-għajnuna mill-Istat: It-tabella turi żieda qawwija fl-għajnuna bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja imma s-Suq Uniku għadu intatt

European Commission - IP/09/1884   07/12/2009

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/1884

Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2009

L-għajnuna mill-Istat: It-tabella turi żieda qawwija fl-għajnuna bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja imma s-Suq Uniku għadu intatt

L-aħħar Tabella dwar l-Għajnuna mill-Istat li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropea turi li l-kriżi finanzjarja mmultiplikat il-volum ta' għajnuna ġenerali minn € 66.5 biljun i jew 0.52% tal-PGD tal-UE 27 fl-2007 għal € 279.6 biljuni jew 2.2% tal-PGD fl-2008. Meta wieħed jeskludi l-miżuri tal-kriżi, l-għajnuna totali fl-2008 kienet ta' € 67.4 biljuni jew 0.54% tal-PGD. L-azzjoni koordinata u fil-ħin mill-Istati Membri u l-Kummissjoni kkontribwiet biex tiġi mħarsa l-istabbiltà finanzjarja. Il-politika tal-għajnuna mill-istat tal-Kummissjoni Ewropea kienet waħda mill-fatturi ewlenin li żguraw li dan il-proċess ta' salvataġġ li -b’mod ġenerali rnexxa- inkiseb b'mod koordinat. Il-Kummissjoni ppermettiet implimentazzjoni mgħaġġla ta' miżuri ta' appoġġ bla preċedent imma fl-istess ħin żgurat li s-Suq Uniku ma jiġix imfixkel b’distorsjonijiet sproporzjonati tal-kompetizzjoni. L-għajnuna mhux relatata mal-kriżi baqgħet ġeneralment stabbli u orjentata lejn għanijiet ta' interess komuni.

Il-Kummissarju għall-Kompetizzjoni Neelie Kroes qalet: "Fl-aħħar 14-il xahar, miżuri ta' salvataġġ bla preċedent ippermettew li l-Ewropa tistabbilizza s-swieq finanzjarji u tgħin biex twitti t-triq għall-irkupru. Minħabba li din l-għajnuna ġiet approvata malajr, u l-użu tagħha ġie kontrollat b'mod strett, irnexxielna niżguraw li l-għajnuna tkun parti mis-soluzzjoni għall-kriżi. Bħalissa dħalna fil-fażi ta' ristrutturar tas-sistema bankarja u l-ewwel deċiżjonijiet importanti diġà ttieħedu - per eżempju dwar KBC, ING, Lloyds, Fortis u Commerzbank. Fl-2009, ippermettejna li l-għajnuna addizzjonali lill-ekonomija reali tikkumpensa n-nuqqas ta' kreditu. Ninsab sodisfatta ħafna bil-l-fatt li l-Istati Membri, minkejja dawn iż-żminijiet diffiċli, żammew id-dixxiplina fl-għajnuna mill-istat u komplew l-isforzi tagħhom biex jużaw l-għajnuna għal għanijiet orizzontali ta' interess komuni bħalma hija r-riċerka. L-għajnuna użata kif suppost għandha tkompli tgħinna nimxu fit-triq tal-irkupru ekonomiku."

Għajnuna biex tingħeleb il-kriżi finanzjarja

Azzjoni kkoordinata mill-Istati Membri u l-Kummissjoni kif ukoll l-introduzzjoni ta' regoli speċifiċi għall-kriżi ppermettiet l-implimentazzjoni rapida tal-iskemi tal-għajnuna u miżuri ad hoc li ma jtellfux il-kundizzjonijiet ugwali tas-suq tal-UE.

L-appoġġ totali għall-kriżi pprovdut mill-Istati Membri u approvat mill-Kummissjoni fl-2008 kien ta' € 3361 biljun. L-ammont nominali tal-appoġġ għall-kriżi li attwalment ġie implimentat mill-Istati Membri fl-2008 kien ferm aktar baxx u ammonta għal €958 biljun. L-element tal-għajnuna mill-istat minn dan l-ammont huwa stmat għal € 212.2 biljun jew 1.7% tal-PGD tal-UE 27. L-element ta' għajnuna huwa aktar baxx b'mod sinifikanti mill-ammont nominali, b'mod partikolari għaliex l-element ta' għajnuna tal-garanziji tal-istat normalment jikkostitwixxu biss parti żgħira minn ammonti garantiti. Barra minn hekk, in-nefqa reali tal-baġit timmaterjaliza biss meta garanzija mill-Istat attwalment tingħata.

L-Istati Membri jkomplu fl-isforzi tagħhom biex jużaw l-għajnuna għal għanijiet orizzontali

Apparti l-miżuri tal-kriżi finanzjarja, l-Istati Membri żammew mal-pjan oriġinali fl-isforzi tagħhom biex jidderieġu l-għajnuna lejn l-għanijiet orizzontali ta' interess komuni. Madwar 88% tal-għajnuna lill-industrija u lis-servizzi issa qed tiġi diretta lejn għanijiet orizzontali ta' interess komuni, filwaqt li l-għajnuna għal salvataġġ u ristrutturar li mhux marbuta mal-kriżi naqset. L-aktar punt notevoli huwa li l-Kummissjoni osservat iffokar akbar fuq l-għajnuna reġjonali u l-għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni li hija mistennija li żżid l-opportunitajiet ta' żieda fl-impjiegi fil-futur.

Simplifikazzjoni u flessibbiltà

Ir-riforma mill-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat 2005-2008 (ara IP/05/680 ) qed ikomplu jagħtu riżultati tajbin. Eżenzjonijiet ġodda minn skrutinju ex ante mill-Kummissjoni, jew permezz tar-Regolament de minimis (ara IP/06/1765 ) jew permezz tar-Regolament adottat riċentement dwar Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (ara IP/08/1110 ), qed inaqqsu l-piżijiet amministrattivi mingħajr ma jaffettwaw il-kundizzjonijiet ugwali tas-suq. F'termini ta' volum ta' għajnuna, madwar 19% tal-għajnuna hija mogħtija permezz ta' eżenzjonijiet ġenerali. Barra minn hekk, madwar 76% tal-għajnuna mill-istat hija evalwata mill-Kummissjoni taħt l-iskemi tal-għajnuna. Tali skemi jew programmi, ġaladarba jiġu approvati mill-Kummissjoni, jippermetti lill-Istati Membri li jagħtu għajnuna lil numru akbar ta' benefiċjarji mingħajr aktar skrutinju mill-Kummissjoni. Il-miżuri soġġetti għal valutazzjoni individwali fil-livell tal-benefiċjarju jammontaw biss għal 5% tal-għajnuna totali. Dan jagħti lill-Istati Membri grad għoli ta' flessibbiltà, filwaqt li l-kriterji tal-flessibbiltà jissalvagwardjaw is-Suq Uniku.

Infurzar

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tinnota l-progress li sar fl-irkupri ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli. Fl-aħħar ta' Ġunju 2009, effettivament ġew irkuprati €9.4 biljun. Għad fadal penedenti biss 9% tal-għajnuna illegali li jfisser li 91% tal-ammont totali ta' għajnuna illegali u inkompatibbli effettivament kienet ġiet imħallsa mill-benefiċjarji, meta mqabbla mal-25% fl-aħħar tal-2004.

It-Tabella ta' Valutazzjoni, flimkien mal-Anness "Fatti u ċifri dwar l-Għajnuna mill-Istati fl-Istati Membri tal-UE" u sett ta' tabelli statistiċi dettaljati u indikaturi għall-Istati Membri kollha, hija disponibbli fil-websajt Europa:

http://ec.e uropa.eu/comm/competition/state_aid/studies_reports/studies_reports.html

Ara wkoll MEMO/09/540 .

Għajnuna totali bħala % tal-PGD (fl-UE-27; dejta mill-1992)

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED


Anqas għajnuna u għajnuna mmirata aħjar: Ċifri ewlenin (esklużi miżuri relatati mal-kriżi)

 

Għajnuna mill-Istat f’biljuni ta' €, fl-2008

Għajnuna mill-Istat bħala % tal-PGD fl-2008

Ix-xejra tas-sehem tal-għajnuna mal-PGD, 2003-2008 f’punti % (1)

L-għajnuna totali mill-Istat minbarra l-ferroviji

L-għajnua totali mill-Istat għall-industrija u s-servizzi (jiġifieri minbarra l-agrikoltura, is-sajd u t-trasport).

L-għajnuna totali mill-Istat minbarra l-ferroviji

L-għajnua totali mill-Istat għall-industrija u s-servizzi (jiġifieri minbarra l-agrikoltura, is-sajd u t-trasport).

L-għajnuna totali mill-Istat minbarra l-ferroviji

L-għajnuna totali mill-Istat għall-industrija u s-servizzi

Is-sehem tal-għajnuna għal għanijiet orizzontali bħala % tal-għajnuna totali għall-industrija u s-servizzi fl-2008

Ix-xejra tas-sehem tal-għajnuna għall-għanijiet orizzontali bħala % tal-għajnuna totali,2003-2008 f’punti % (1)

UE 27

67.4

52.9

0.54

0.42

-0.05

-0.05

88

10.8

UE 15

57.1

45.8

0.50

0.40

-0.03

-0.02

88

4.3

UE 12

10.3

7.1

1.05

0.72

-0.46

-0.50

87

48.1

Il-Belġju

1.6

1.2

0.46

0.36

0.08

0.09

99

-1.0

Il-Bulgarija

0.4

0.0

1.30

0.12

0.60

-0.20

91

38.4

Ir-Repubblika Ċeka

1.4

1.2

0.97

0.78

-0.47

-0.51

94

65.3

Id-Danimarka

1.9

1.7

0.80

0.71

0.01

0.02

94

1.2

Il-Ġermanja

15.7

14.2

0.63

0.57

-0.09

-0.08

87

7.5

L-Estonja

0.0

0.0

0.29

0.09

0.00

-0.02

100

0.0

L-Irlanda

1.9

0.7

1.05

0.38

0.30

0.06

84

11.4

Il-Greċja

1.0

0.8

0.42

0.33

-0.04

0.06

98

1.5

Spanja

5.2

4.4

0.48

0.40

-0.02

-0.04

79

8.1

Franza

10.3

7.6

0.53

0.39

-0.04

-0.01

96

18.7

L-Italja

5.5

4.5

0.35

0.29

-0.07

-0.06

85

-10.4

Ċipru

0.1

0.1

0.65

0.47

-1.12

-0.90

95

61.1

Il-Latvja

0.2

0.0

0.88

0.20

0.32

0.03

100

10.1

Il-Litwanja

0.3

0.2

0.82

0.53

0.18

0.10

100

54.2

Il-Lussemburgu

0.1

0.1

0.20

0.15

-0.11

-0.04

100

0.0

L-Ungerija

2.5

1.9

2.38

1.81

-0.10

0.21

81

19.0

Malta

0.1

0.1

2.00

1.74

-0.78

-0.86

2

-2.1

L-Olanda

2.2

1.5

0.36

0.25

-0.04

0.03

98

3.0

L-Awstrija

1.3

1.1

0.46

0.38

0.06

0.07

99

-20.7

Il-Polonja

3.7

2.9

1.02

0.80

-0.84

-0.82

93

67.1

Il-Portugall

1.6

1.5

0.93

0.92

0.15

0.19

16

-3.5

Ir-Rumanija

0.9

0.3

0.64

0.18

-0.55

-0.99

53

15.6

Is-Slovenja

0.2

0.2

0.66

0.47

-0.10

-0.09

89

8.7

Is-Slovakkja

0.4

0.3

0.53

0.42

-0.04

-0.07

84

21.1

Il-Finlandja

2.1

0.8

1.13

0.44

-0.13

0.02

98

-0.2

L-Iżvezja

3.0

2.7

0.92

0.82

0.15

0.16

100

-0.3

Ir-Renju Unit

3.8

3.1

0.21

0.17

-0.04

-0.02

91

-4.8

In-Norveġja

2.3

1.7

0.74

0.56

mhux applikabbli (2)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

L-Iżlanda

0.02

0.02

0.21

0.21

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Il-Liechtenstein

0.001

0.001

0.03

0.03

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Nota: Id-Dejta tkopri l-miżuri kollha tal-għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE li ttieħdu mill-Istati Membri u eżaminati mill-Kummissjoni. Ir-regoli tal-Komunità dwar il-politiki agrikoli u s-sajd m'humiex koperti mill-Ftehim taż-ŻEE. Għalhekk, l-għajnuna lil dawn is-setturi mhux inkluża għall-pajjiżi EFTA. (1) Bidla fil-punti perċentwali bejn il-medja annwali tal-2003-2005 u 2006-2008. Sors: Id-DĠ għall-Kompetizzjoni, Enerġija, u Trasport, Agrikoltura, Affarijiet Marittimi u Sajd u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. (2) Mhux disponibbli.

Għajnuna mil l-Istat relatata mal-miżuri ta l-kri ż i (2008; ċifri f'biljuni ta' €)

 

Volum totali approvat fl-2008

Volum totali approvat 1.1. - 31.03.2009

Volum totali approvat mill-2008 sal- 31.3.2009

Volum totali approvat 1.4. - 11.11.2009

Volum totali approvat mill-2008 sal- 11.11.2009

Konċessjonijiet

Parteċipazzjonijiet tal-ekwità

Self b'rata ta' interess baxxa

Garanziji

Għajnuna totali għall-kriżi mogħtija fl-2008

Għajnuna totali għall-kriżi mogħtija bħala % tal-PGD

Sehem tas-settur bankarju bħala % tal-ekonomija totali

Nominal value

Aid granted

Nominal value

Aid granted

Nominal value

Aid granted

Nominal value

Aid granted

%

%

Il-Belġju

255.15

7.80

262.95

25.36

288.31

 

16.40

11.70

 

 

30.40

6.08

46.80

17.78

5.17

5.4

Id-Danimarka

585.44

13.50

598.94

0.82

599.75

 

0.50

0.50

2.35

2.35

0.00

0.00

2.85

2.85

1.22

5.4

Il-Ġermanja

545.23

20.00

565.23

23.90

589.13

8.86

11.20

11.20

23.78

3.17

137.10

27.90

180.94

51.14

2.05

3.6

L-Irlanda

376.00

5.00

381.00

7.50

388.50

 

 

 

 

 

355.76

35.58

355.76

35.58

19.16

10.9

Il-Greċja

28.00

 

28.00

 

28.00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.0

Spanja

250.00

 

250.00

 

250.00

 

-

-

 

 

99.13

0.93 

99.13

0.93

0.09

5.1

Franza

341.25

4.70

345.95

 

345.95

 

11.50

11.50

 

 

31.40

4.98

42.90

16.48

0.85

4.7

L-Italja

20.00

 

20.00

 

20.00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.8

Ċipru

 

 

 

3.00

3.00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7.8

Il-Latvja

7.44

 

7.44

 

7.44

 

 

 

0.96

0.96

 

 

0.96

0.96

4.17

6.2

Il-Lussemburgu

7.00

 

7.00

0.26

7.26

 

2.50

2.50

 

 

1.50

0.30

4.00

2.80

7.64

29.1

L-Ungerija

 

5.99

5.99

0.04

6.03

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.0

L-Olanda

217.75

22.79

240.54

 

240.54

 

10.75

10.75

3.00

3.00

3.34

0.33

17.09

14.08

2.37

5.6

L-Awstrija

90.00

 

90.00

0.10

90.10

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.6

Il-Polonja

 

 

 

10.00

10.00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.1

Il-Portugall

20.00

0.45

20.45

4.00

24.45

 

 

 

 

 

4.30

0.43

4.30

0.43

0.26

8.2

Is-Slovenja

12.00

 

12.00

 

12.00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.3

Il-Finlandja

50.00

 

50.00

4.00

54.00

 

 

 

 

 

0.12

0.00

0.12

0.00

 

2.9

L-Iżvezja

150.52

4.80

155.32

 

155.32

 

0.25

0.25

0.00

0.00

1.14

0.11

1.39

0.36

0.11

3.6

Ir-Renju Unit

405.15

11.25

416.40

95.77

512.17

5.02

46.47

46.47

2.86

0.43

146.93

16.83

201.28

68.75

3.79

7.6

Total UE-27

3360.92

96.28

3457.20

174.74

3631.94

13.89

99.57

94.87

32.95

9.92

811.12

93.48

957.52

212.15

1.70

-


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website