Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-kampanja tal-UE għall-ikel tajjeb għas-saħħa “L-Għażla b’Togħma Tajba”: Il-programmi jintemmu iżda l-kampanja tkompli

European Commission - IP/09/1878   04/12/2009

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/1878

Brussell, it- 4 ta’ Diċembru 2009

Il-kampanja tal-UE għall-ikel tajjeb għas-saħħa “L-Għażla b’Togħma Tajba”: Il-programmi jintemmu iżda l-kampanja tkompli

Il-kampanja tal-UE għall-ikel tajjeb għas-saħħa, “L-Għażla b’Togħma Tajba”, żaret 173 skola madwar l-Ewropa hekk kif ix-xarabankijiet bil-programmi wasslu fil-btieħi tal-iskejjel kwiżżijiet u logħob biex jgħidu lit-tfal dwar il-ħtieġa li jagħmlu għażliet tal-ikel għaqlin. Madwar 17 000 tifel u tifla ħadu sehem fil-programmi li baqgħu għaddejjin sa tmiem Novembru, fejn tgħallmu dwar il-benefiċċji tal-frott, tal-ħaxix u tal-prodotti tal-ħalib. Eluf iktar qed jitgħallmu mis-sit interattiv tal-internet “L-Għażla b’Togħma Tajba”, li issa huwa l-punt ċentrali tal-kampanja "Kul, Ixrob u Iċċaqlaq”.

Il-p rogramm imniedi mill-Kummissarju Marianne Fischer Boel fit-28 ta’ Settembru (ara IP/09/1366 ), żar il-Belġju, Franza, ir-Renju Unit, l-Irlanda, l-Estonja, il-Litwanja u l-Polonja. L-attivitajiet kienu mmirati għall-gruppi ta’ etajiet bejn it-8 u t-12-il sena u inkludew preżentazzjoni inizjali dwar il-ħieġa li nieklu ikel sustanzjuż, segwita minn logħob fi gruppi u introduzzjoni għas-sit tal-internet l-Għażla b’Togħma Tajba. Ir-rispons kien pożittiv ħafna, fejn l-iskejjel qalu li l-avveniment kien interessanti, istruttiv u interattiv.

Għalkemm il-programm ta’ gost u logħob spiċċa din is-sena, is-sit tal-internet għadu għaddej b'ritmu tajjeb ħafna. Il-karattri tal-Għażla b’Togħma Tajba”, fil-forma ta’ frott, ħaxix u prodotti tal-ħalib ribellużi animati, jirrakkontaw l-istejjer tagħhom sabiex iwasslu l-istess messaġġ lill-udjenza ta’ età żgħira – kul sewwa issa, tkun f’saħħtek ’il quddiem, filwaqt li l-kaċċa għat-teżor qed toffri premjijiet lill-parteċipanti b’xortihom tajba.

Għal iktar tagħrif:

Il-kampanja L-Għażla b’Togħma Tajba:

http://ec.europa.eu/agriculture/tasty-bunch/

Il-kaċċa għat-teżor:

http://ec.europa.eu/agriculture/tasty-bunch/treasure-hunt/index_en.htm

Il-materjal tal-istampa aġġornat jiġi ppubblikat fuq

http://ec.europa.eu/agriculture/tasty-bunch/press-corner/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website