Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Konsumaturi: 30 % tad-dwal tal-Milied huma “riskju serju għas-sikurezza” fid-dar, iwissi rapport tal-UE

Commission Européenne - IP/09/1864   02/12/2009

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/1864

Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2009

Konsumaturi: 30 % tad-dwal tal-Milied huma “riskju serju għas-sikurezza” fid-dar, iwissi rapport tal-UE

30 % tad-dwal tal-Milied jippreżentaw riskju dirett u ovvju ta’ nar u xokkijiet tal-elettriku skont ir-rapport il-ġdid ippubblikat illum mill-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport jippreżenta l-konklużjonijiet ta' proġett konġunt tas-sorveljanza tas-suq li jinvolvi awtoritajiet minn 5 Stati Membri – l-Ungerija, il-Ġermanja, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Olanda – kif ukoll tal-Kummissjoni Ewropea. It-testijiet saru bejn Novembru 2007- Mejju 2009 f’intervalli differenti fuq 196 kampjun każwali ta’ katini tad-dwal madwar firxa sħiħa ta’ prezzijiet. Il-kampjuni ġew ikkontrollati għal 'il fuq minn 20 rekwiżit amministrattiv u tekniku. Ħafna ktajjen tad-dwal ma għaddewx minn diversi testijiet.

Il-Kummissarju Meglena Kuneva qalet: "Jekk se nibqgħu "inżommu d-dwal mixgħela" fil-Milied, il-konsumaturi jeħtieġ li jkunu kunfidenti li ma hemm ebda kompromess fuq is-sikurezza. Il-konsumaturi jridu l-valur għal flushom u l-għażla meta dawn imorru jixtru fil-Milied iżda dan qatt m’għandu jkun għad-dannu tas-sikurezza. Dan ir-rapport huwa messaġġ biex "nistenbħu". L-awtoritajiet nazzjonali u l-industrija se jagħmlu sforzi doppji biex irażżnu d-differenzi u n-nuqqasijiet li jippermettu oġġetti ta’ kwalità ħażina milli jidħlu fil-ħwienet u d-djar tagħna. Iżżda l-konsumaturi jridu jimpenjaw ruħhom ukoll biex inaqqsu r-riskji għas-sikurezza: għaldaqstant kun attent, attiv u konxju, biex kulħadd jista’ jkollu Milied ħieni u sikur."

Ir-riżultati prinċipali

Problemi serji ta’ nuqqas ta’ konformità li jwasslu għal żieda ta’ riskji ta’ xokk elettriku, periklu tan-nar jew it-tnejn li huma nstabu fi 30.4 % ta' katini tad-dawl li ġew investigati. B’mod ġenerali, problemi serji ta’ nuqqas ta konformità jfissru li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tekniċi ta’ sikurezza marbuta mal-għamla ta’, pereżempju: plakek, ankoraġġi tal-wajers, wajers, iżolazzjoni, ħarsien kontra xokk elettriku. Problemi inqas serji mingħajr konformità, jiġifieri nuqqasijiet li ma jipperikolawx immedjatament is-sikurezza tal-utent instabu f’40 % oħra ta’ katini tad-dwal li ġew ittestjati. Dawn jinkludu ċerti tikketti, nuqqasijiet ta’ struzzjonijiet jew nuqqasijiet amministrattivi.

It-tliet problemi ewlenin li nstabu kienu:

  • 1. 25% tal-katini tad-dwal ma ssodisfawx it-testijiet ta’ sigurtà għall-ankoraġġ tal-wajers. Ankoraġġ tal-wajers insuffiċjenti jista’ jwassal biex il-wajers tal-elettriku ikunu aktar maħlula b’riskju għoli ta’ xokk elettriku (nuqqas ta’ konformità serja).

  • 2. 23 % tal-katini tad-dwal ma ssodisfawx ir-rekwiżit għal "żona ta’ sezzjoni trasversali." Dan ifisser li l-wajer ikun irqiq ħafna għall-kurrenti tal-elettriku li jkun qed iġorr, li jżid ir-riskju ta’ sħana żejda u nar (nuqqas ta’ konformità serja).

  • 3. 28 % ma għaddewx mit-testijiet ta’ sikurezza minħabba l-kejbils. Dan ifisser li l-iżolazzjoni u l-għamla tal-katina qegħdin b’tali mod li jkun hemm riskju ta’ xokk elettriku (nuqqas ta’ konformità serja).

Flimk ien ma' dan:

  • Għadd ta’ rekwiżiti oħra tekniċi wkoll ma jiġux issodisfatti b’mod regolari, għalkemm inqas frekwenti, pereżempju problemi mekkaniċi bażi li jistgħu jirriżultaw f’korriment minn truf li jaqtgħu .

  • Kważi 15 % tal-kampjuni ma kellhomx il-"marki tekniċi" korretti meħtieġa. Aktar importanti minn hekk, kien hemm nuqqas ta’ twissijiet f’41 % tal-kampjuni u struzzjonijiet xierqa għall-utenti fi kważi 35 % tal-kampjuni.

  • Il-katini tad-dwal b'mod regolari ma jissodisfawx aktar minn test wieħed ta’ sikurezza. Uħud mill-katini tad-dwal ma ssodisfawx kważi t-testijiet tekniċi kollha u ħafna minnhom minn 4 sa 7 testijiet.

  • Il-livell ta’ nuqqas ta’ konformità kien ivarja minn Stat Membru għal ieħor. Filwaqt li fl-Ungerija, 95.7 % tal-katini ttestjati wrew perikli serji għall-konsumaturi, 56 % biss minn dawk ikkontrollati fl-Olanda wrew kwalunkwe tip ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan huwa parzjalment minħabba li l-Olanda ilha tagħmel sorveljanza tas-suq fuq il-katini tad-dwal għal 8 snin u permezz ta’ dawn l-isforzi rnexxielha tnaqqas in-nofs tal-prodotti perikolużi destinati għas-suq. (Ara MEMO/09/532 għad-dettalji).

  • Fir-rigward tal-oriġini tal-prodotti perikolużi, iċ-Ċina kienet responsabbli għal madwar 41 % mill-196 kampjun ittestjat.

Passi li jmiss

Minħabba l-livell għoli ta’ nuqqas ta’ konformità li nstab mill-awtoritajiet, is-sorveljanza pubblika u l-attivitajiet ta’ infurzar li speċifikament jimmiraw lejn il-katini tad-dwal se jkomplu bħala prijorità, jużaw azzjoni kkordinata, b’kemm jista’ jkun Stati Membri possibbli. L-industrija se teħtieġ ukoll li tħaffef il-kontrolli. Skont il-liġi tal-UE, manifatturi, distributuri, bejjiegħa u importaturi għandhom responsabbiltà legali għas-sikurezza tal-prodotti li huma jqiegħdu fis-suq.

Avviż għall-konsumaturi

Il-konsumaturi għandhom joqogħdu attenti u jieħdu l-prekawzjonijiet bażiċi biex inaqqsu r-riskju. Hemm pressjoni qawwija fuq il-manifatturi u l-bejjiegħa biex jipproduċu dwal tal-Milied irħas kemm jista’ jkun, minħabba li l-konsumaturi ħafna drabi ma jkunux iridu jonfqu ħafna flus fuq dawk li huma dekorazzjonijiet temporanji. Dan jista’ jwassal għal ksur kbir ta’ liġijiet tal-istandards ta’ sikurezza.

  • Ixtri dwal tal-Milied minn bejjiegħa li għandhom reputazzjoni fejn l-istandards ta’ sikurezza għandhom ikunu assigurati.

  • Qatt tħalli dwal tal-Milied mixgħula meta tkun barra mid-dar jew matul il-lejl meta n-nies ikunu reqdin.

  • Jekk tissuspetta li hemm kwalunkwe tip ta’ problema elettrika jew mekkanika, bi dwal ġodda jew katini tad-dwal li inti diġà kont qed tuża, tiħux ċans. Ieqaf użahom u ħudhom lura lil tal-ħanut u ilmenta dwar dan.

Għal aktar tagħrif, ara: http://ec.europa.eu/consumers/pro/index_en.htm


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site