Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/1842

Brussell, it-30 ta' Novembru 2009

116 006 : Vittmi tal-Kriminalità

116 117 : Servizzi Mediċi Li Mhumiex Ta' Emerġenza

Il-Kummissjoni tirriserva numri tat-telefown għall-vittmi tal-kriminalità u hotlines mediċi li mhumiex ta' emerġenza fl-Ewropa

Il-vittmi tal-kriminalità kif jistgħu jiksbu l-għajnuna fl-UE? Jekk ikollhom bżonn għajnuna medika jew parir mediku mhux urġenti ċ-ċittadini tal-UE lil min għandhom iċemplu? Linji tat-telefon ġodda għall-għajnuna bħal dawn għandhom isiru disponibbli madwar l-UE dalwaqt permezz ta' deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Ewropea llum. Hija qed tirriserva żewġ numri "116" ġodda għal servizzi ta' valur soċjali. In-numri tal-linji tat-telefon għall-għajnuna 116 006 u 116 117 se jkunu rriservati għall-vittmi tal-kriminalità u għaċ-ċittadini li jċemplu għas-servizzi mediċi li mhumiex ta' emerġenza madwar l-UE .

"In-nies huma l-aktar vulnerabbli meta jkunu 'l bogħod mid-dar, u numri tat-telefown komuni għall-Ewropa kollha jistgħu jagħmlu differenza kbira meta l-affarijiet jieħdu xejra ħażina. Iż-żewġ numri rriservati llum se joffru, meta jkunu operattivi fil-pajjiżi kollha tal-UE, appoġġ lil min isib ruħu f'diffikultà, kemm jekk ikunu vittmi tal-kriminalità kif ukoll jekk ikollhom bżonn għajnuna medika mhux ta' emerġenza" sostniet Viviane Reding, il-Kummissjarju tal-UE għat-Telekomunikazzjonijiet . "Inħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex dawn iż-żewġ numri ġodda jkunu disponibbli mill-aktar fis possibbli u sabiex jagħmlu mill-aħjar biex iħeġġu lill-organizzazzjonijiet li jistgħu jipprovdu dawn is-servizzi b'mod effiċjenti biex iħaddmuhom tajjeb" .

In-numru  116   006 se jgħin lill- vittmi tal-kriminalità billi jinfurmahom dwar id-drittijiet tagħhom u kif għandhom jużaw dawn id-drittijiet, joffrilhom appoġġ emozzjonali, filwaqt li jirreferi wkoll lill-vittmi għand organizzazzjonijiet rilevanti. Bħala punt waħdieni ta' aċċess, se jipprovdi tagħrif dwar il-pulizija lokali u l-proċedimenti tal-ġustizzja kriminali, il-possibbiltajiet ta' kumpens u kwistjonijiet ta' assikurazzjoni, kif ukoll sorsi oħra ta' għajnuna għall-vittmi tal-kriminalità.

In-numru tas- servizz għal sejħiet mediċi li mhumiex ta' emerġenza (116   117 ) se jiggwida lil min iċempel lejn l-għajnuna medika meta l-bżonn huwa urġenti iżda mhuwiex ta' theddid għall-ħajja, speċjalment barra l-ħinijiet normali tal-uffiċċju, matul tmiem il-ġimgħa jew fil-festi pubbliċi. L-għan huwa li min iċempel jiġi mqabbad ma' xi ħadd li għandu l-ħila jittratta tali telefonata jew ma' persuna medika kwalifikata li tista' tipprovdi għajnuna jew parir dak il-ħin, partikolarment fin-nuqqas tas-sors normali ta' għajnuna medika ta' min qed iċempel .

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata llum tibni fuq id-Deċiżjoni tal-UE tal-2007 dwar in-numri 116 ( IP/07/346 ), li tirriserva tliet numri oħra fl-UE kollha għal servizzi ta' valur soċjali: 116   000 għall- Hotline għat-Tfal Mitlufin , 116   111 għal- Linji ta' Għajnuna għat-Tfal u 116   123 għal- linji ta' appoġġ emozzjonali ( IP/09/276 ).

Id-Deċiżjoni tal-lum teħtieġ li l-pajjiżi tal-UE jiżguraw li dawn iż-żewġ numri ġodda jistgħu jiġu assenjati lir-regolaturi nazzjonali tat-telekomunikazzjonijiet mill-15 ta' April 2010. Huma l-organizzazzjonijiet nazzjonali rilevanti li għandhom japplikaw għan-numri u jibdew iħaddmuhom

Sfond:

F'Lulju 2006, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li numru tat-telefown komuni jiġi rriservat sabiex ikunu rrappurtati t-tfal mitlufin (116 000) u ieħor sabiex ikunu jistgħu jċemplu t-tfal meta jkollhom bżonn l-għajnuna (116 111) bħala parti minn strateġija koordinata tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal ( IP/06/927 ). Fil-15 ta' Frar 2007 u fid-29 ta' Ottubru 2007 rispettivament il-Kummissjoni ddeċidiet li tirriserva l-116 000 u l-116 111 (kif ukoll il-116 123 għal-linji ta' għajnuna ta' appoġġ emozzjonali) fl-Istati Membri kollha tal-UE ( IP/07/188 ). Id-Deċiżjoni tobbliga lill-pajjiżi tal-UE li jagħmlu "in-numri 116" disponibbli, iżda ma tobbligahomx jassenjaw in-numri lil fornitur tas-servizzi jew jiżguraw il-forniment tas-servizzi.

Id-Deċiżjoni ta' emenda tal-lum hija disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/library/legislation/index_en.htm#decisions

Aktar tagħrif dwar il-116:

http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/current/pan_european/index_en.htm

Annex

State of Implementation of the existing reserved 116 Numbers:
Situation as of 1 July 2009

Legend:

P= preparatory work completed; number availability has been publicised

O= assignment ongoing

A= number assigned

MS

116000

Missing Children

116111

Child Helplines

116123

Emotional support

AT

P

P

A – 20/06/2008
ORF – Österreichischer Rundfunk (Austrian Red Cross)

BE

A – 18/07/2007

Child Focus

P

P

BG

O

A – 15/05/2008

State Agency for Child Protection

P

CY

O

O

O

CZ

P

A – 24/04/2008
Telefonica O2 (Safety Line Association
Sdruzení Linka Bezpecí)

P

DE

P

A – 02/06/2008
Nummer gegen Kummer e.V.

A - 06/08/2008

to Katholische Bundes-arbeitsgemeinschaft für Ehe-, Familien- und Lebensberatung, Telefonseelsorge und Offene Tür e.V.

DK

A - 03/10/2007
TDC (Thora Center)

A – 16/04/2008
TDC (Børns Vilkår)

P

EE

P

A - 09/06/2008
Arstlik Perenõuandla LLC

P

EL

A – 11/09/2007
The smile of the child

A – 21/03/2008
ΕΨΥΠΕ ( "Society of Psychosocial Education of children and Youth")

P

ES

O

O

P

FI

P

A - 13/12/2007
Mannerheim League for Child Welfare

A - 07/02/2008
Evangelical Lutheran Church of Finland

FR

A – 25/05/2009
INAVEM Fédération Nationale d'Aide aux Victimes

P

P

HU

A - 21/02/2008
Kék Vonal

A - 11/02/2008
Magyar Telekom
(Kék Vonal)

P

IE

P

A – 19/06/2008
ISPCC

A – 09/01/2008
The Samaritans

IT

A - 24/01/2008

to Ministry

of interiors
(Telefono Azzurro)

P

P

LT

P

A - 14/05/2009

State Child Rights Protection and Adoption Service under the Ministry of Social Security and Labour

A - 28/04/2009

Lithuanian Association of Telephone Emergency Services

LU

P

P

P

LV

P

A - 12/12/2008
to Lattelecom

P

MT

P

P

P

NL

A – 23/10/2007
Stichting De Ombudsman (Centrum Internationale Kinderontvoering)

A - 10/07/2008
to Maatschappelijk Ondernemers Groep (Landelijk bureau Kindertelefoon)

A – 29/04/2008
SOS Telefonische Hulpdiensten

A – 29/05/2008

Stichting Korrelatie

PL

A - 23/01/2009

Telekomunikacja Polska S.A. in cooperation with ITAKA - Centre for Missing People

A – 04/08/2008

Polkomtel S.A. ( in cooperation with Nobody's Children Foundation – Fundacja Dzieci Niczyje)

A- 30/03/2009

to Netia S.A. ( in cooperation with Institute of Health’s Psychology – Instytut Psychologii Zdrowia)

PT

A - 12/09/2007
Instituto de Apoio à Criança

A - 11/01/2008
Instituto de Apoio à Criança

P

RO

A- 30/07/2008

to Rometelecom

(the Romanian Center for Missing and Sexually Exploited children)

A - 30/07/2008

to Rometelecom

(The Child Helpline - Asociatia Telefonul Copilului)

P

SE

P

A - 24/01/2008
BRIS (Children's rights in Society)

A - 24/01/2008
Church of Sweden

SI

P

P

A - 21/02/2008
Zveza slov. Drustev svet za telef. Pomoc v stiski-STS

SK

A - 20/06/2008
Orange SK (Slovak Board of UNICEF)

A - 20/06/2008
Orange SK (Slovak Board of UNICEF)

P

UK

P

P

P


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website