Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/182

Brussell, 29 ta' Jannar 2009

20 Stat Membru għadhom mhumiex konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tippromwovi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

Illum, il-Kummissjoni bagħtet Opinjoni Motivata lil għoxrin Stat Membru li naqsu milli jikkomunikaw it-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Enerġija[1]. Id-Direttiva hija mmirata lejn it-tisħiħ u t-titjib tal-effiċjenza fl-użu aħħari tal-enerġija billi tipprovdi qafas ta’ inċentivi u ta’ servizzi tal-enerġija.

Minkejja ittra ta’ tqegħid fil-mora mibgħuta lill-Istati Membri kkonċernati f’Lulju 2008, dawn għadhom ma għarrfux lill-Kummissjoni dwar it-traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-Kummissjoni għalhekk fetħet it-tieni stadju tal-proċedura ta’ ksur kontra l-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

Id-Direttiva tistabbilixxi qafas li fih l-Istati Membri jistgħu joħolqu klima ta’ negozju u infrastruttura għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija madwar l-ekonomija kollha. Id-Direttiva tapplika għas-setturi tal-bini, it-trasport, l-agrikoltura u l-industrija. Toħloq ukoll il-kundizzjonijiet għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ suq għas-servizzi tal-enerġija u għat-twassil ta’ miżuri oħra għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija billi tindirizza r-rwol tad-distributuri tal-enerġija, il-finanzjament tal-miżuri għall-iffrankar tal-enerġija, ir-rwol eżemplari tas-settur pubbliku u l-importanza tad-disponibbiltà tal-informazzjoni.

L-impenn tal-Istati Membri fil-livell politiku favur l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jeħtieġ li jkun sostnut b’azzjoni ġuridika fil-livell nazzjonali.


[1] Id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-effiċjenza fl-użu finali ta'l-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website